EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/16

Kawża C-192/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l- 4 ta' Ottubru 2007 (Talba għal deċiżjoni preliminari ta' Bundesverwaltungsgericht) — Matthias Kruck vs Landkreis Potsdam-Mittelmark (Strutturi agrikoli — Skemi ta' għajnuna tal-Komunità — Artikolu 7(6) tar-Regolament (KEE) Nru 1765/92 — Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92 — Artijiet imwarrba — Tnaqqis ta' ħlas ta' kumpens)

ĠU C 297, 8.12.2007, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 297/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-4 ta' Ottubru 2007 (Talba għal deċiżjoni preliminari ta' Bundesverwaltungsgericht) — Matthias Kruck vs Landkreis Potsdam-Mittelmark

(Kawża C-192/06) (1)

(Strutturi agrikoli - Skemi ta' għajnuna tal-Komunità - Artikolu 7(6) tar-Regolament (KEE) Nru 1765/92 - Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92 - Artijiet imwarrba - Tnaqqis ta' ħlas ta' kumpens)

(2007/C 297/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Matthias Kruck

Konvenuta: Landkreis Potsdam-Mittelmark

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 9(2) sa (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92, tat-23 ta' Diċembru 1992, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' amministrazzjoni u tas-sistema ta' kontroll għal ċerti sistemi ta' għajnuna tal-Komunità (ĠU L 391 p. 36), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1648/95, tas-6 ta' Lulju 1995, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3887/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' amministrazzjoni u tas-sistema ta' kontroll għal ċerti sistemi ta' għajnuna tal-Komunità (ĠU L 156 p. 27), kif ukoll tat-tieni u tar-raba' sentenzi ta' l-Artikolu 7(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92, tat-30 ta' Ġunju 1992, li jistabbilixxi sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti uċuħ tar-raba' li jinħarat (ĠU L 181 p. 12), kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2989/95, tad-19 ta' Diċembru 1995, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1765/92 li jistabbilixxi sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti uċuħ tar-raba' li jinħarat (ĠU L 312 p. 5) — Determinazzjoni taż-żona massima mwarrba li tagħti dritt għal ħlasijiet ta' kumpens abbażi tas-superfiċji użata effettivament ddeterminata waqt kontroll u mhux abbażi ta' dik indikata fit-talba għal ħlas ta' kumpens

Dispożittiv

L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92, tat-23 ta' Diċembru 1992, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-amministrazzjoni u tas-sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1648/95, tas-6 ta' Lulju 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kalkolu taż-żona massima li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni għal ħlas ta' kumpens għal twarrib ta' artijiet skond it-tieni u r-raba' sentenzi ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 7(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92, tat-30 ta' Ġunju 1992, li jistabbilixxi sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti uċuħ tar-raba' li jinħarat, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2989/95, tad-19 ta' Diċembru 1995, għandu jsir abbażi tas-superfiċji mitluba, sakemm din is-superfiċji tkun effettivament użata għall-uċuħ tar-raba' li jinħarat u ma tinkludix xi artijiet esklużi permezz ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1765/92, kif emendat mir-Regolament Nru 2989/95, mill-benefiċċju tal-ħlas ta' kumpens.


(1)  ĠU C 154, 1.7.2006.


Top