This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/275/11
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.4790 — Entremont Alliance/Sodiaal Industrie/Cofranlait) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4790 — Entremont Alliance/Sodiaal Industrie/Cofranlait) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4790 — Entremont Alliance/Sodiaal Industrie/Cofranlait) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 275, 16.11.2007, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 275/27 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4790 — Entremont Alliance/Sodiaal Industrie/Cofranlait)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 275/11)
1. |
Fil-31 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Entremont Alliance (Franza) u Sodiaal Industrie (Franza), ikkontrollata minn Sodiaal Union de Coopérative agricoles, jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Cofranlait SAS (“Cofranlait”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4790 — Entremont Alliance/Sodiaal Industrie/Cofranlait, f'dan l-indirizz:
|