Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/272/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4946 — Goldman Sachs/Sintonia SpA/Sintonia) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 272, 15.11.2007, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/22


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4946 — Goldman Sachs/Sintonia SpA/Sintonia)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 272/10)

    1.

    Fid-29 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Stati Uniti ta' l-Amerika) u Sintonia SpA (“Sintonia S.p.A”, l-Italja), li tappartjeni lil Benetton group, takkwista fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Sintonia SA (“Sintonia”, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Goldman Sachs : servizzi bankarji globali ta' investiment, garanziji u amministrazzjoni ta' kumpaniji ta' investiment li jipprovdu firxa wiesgħa ta' prodotti bankarji, garanziji u servizzi ta' investiment madwar id-dinja,

    għall-impriża Sintonia : il-kumpanija possedenti ta' Benetton group għal parteċipazzjonijiet f'impriżi attivi fis-settur ta' l-infrastruttura.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4946 — Goldman Sachs/Sintonia SpA/Sintonia, fl-indirizz li ġej:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 56, 29.1.2004, p. 32.


    Top