Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/272/09

    Sejħiet għal proposti mill-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS skond il-programm ta' ħidma Kooperazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

    ĠU C 272, 15.11.2007, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/21


    Sejħiet għal proposti mill-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS skond il-programm ta' ħidma “Kooperazzjoni” tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

    (2007/C 272/09)

    B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti mill-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS skond il-programm ta' ħidma “Kooperazzjoni” tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).

    Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja.

     

    Il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”:

    Tema: It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)

    Subtema: Appoġġ għas-Sistema Ewropea tan-Navigazzjoni Globali bis-Satelliti (Galileo) u EGNOS

    Identifikazzjoni tas-Sejħa: FP7-GALILEO-2007-GSA-1

    Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta' ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)2460 tal-11 ta' Ġunju 2007.

    Informazzjoni dwar il-baġit, l-iskadenzi u l-modalitajiet, tas-sejħ, il-programm ta' ħidma, deskrizzjoni tas-suġġetti u l-gwida għall-applikanti dwar kif jippreżentaw proposti huma disponibbli fis-sit eletroniku tal-CORDIS.

    http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


    Top