Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XX1115(01)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattika restrittiva u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu mogħtija fl-416-il laqgħa fit- 18 ta' Settembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni relatata ma' każ COMP/C2/38.681 — Il-ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes

    ĠU C 272, 15.11.2007, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/18


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattika restrittiva u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu mogħtija fl-416-il laqgħa fit-18 ta' Settembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni relatata ma' każ COMP/C2/38.681 — Il-ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes

    (2007/C 272/06)

    1.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-klawsola 9(a) tal-Ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes jista' jkollha l-effett li tipprevjeni l-għoti ta' roħs minn soċjetà ta' ġbir li tinnegozja Ftehim Ċentrali ta' Liċenzji ma' kumpanija tad-diski u b'hekk, tammonta għal ftehim ta' fissar indirett ta' prezz.

    2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni illi l-klawsola 7(a)(i) tal-Ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes għandha l-għan u jista' jkollha l-effett li twaqqaf l-istrutturi kurrenti tas-suq u tostakola kwalunkwe kompetizzjoni potenzjali minn soċjetajiet ta' ġbir favur pubblikaturi ta' muzika u/jew kumpaniji tad-diski.

    3.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti huma biżżejjed biex jilħqu t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompatibilità tal-klawsoli ma' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

    4.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li jista' joħloq impenji li jorbtu l-partijiet għal Ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes.

    5.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, minħabba l-impenji offruti, l-evalwazzjoni preliminarja u l-osservazzjonijiet sottomessi minn partijiet terzi interessati, għad m'hemmx raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

    6.

    Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


    Top