This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007XC1108(02)
Publication of an application pursuant to Article 8(2) of Council Regulation (EC) No 509/2006 on agricultural products and foodstuffs as traditional specialities guaranteed
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
ĠU C 266, 8.11.2007, p. 27–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 266/27 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
(2007/C 266/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA' STG
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006
“CZWÓRNIAK”
Nru tal-KE: PL/TSG/007/0035/06.09.2006
1. Isem u indirizz tal-grupp applikant
Isem: |
Krajowa Rada Winiarstwa i Miodosytnictwa przy Stowarzyszeniu Naukowo — Technicznym Inżynierów i Techników Przemysłu Spożywczego |
||
Indirizz: |
|
||
Tel.: |
(48) 22 828 27 21 |
||
Posta elettronika: |
krwim@sitspoz.pl |
2. Stat Membru jew Pajjiż terz
Il-Polonja
3. Speċifikazzjoni tal-prodott
3.1. Isem li għandu jiġi rreġistrat
“Czwórniak”
Meta l-prodotti jitqiegħed fis-suq, it-tikketta jista' jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja: “miód pitny wytworzony zgodnie ze staropolską tradycją” (mead prodott b'konformità mat-tradizzjoni qadima Pollakka). Din l-informazzjoni għandha tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali l-oħra.
3.2. Indika jekk l-isem:
|
huwiex speċifiku fih innifsu |
|
jesprimix l-ispeċifiċità tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġetti ta' l-ikel |
Id-denominazzjoni “czwórniak” ġejja min-numru “4” (“cztery” bil-Pollakk) u jirrigwarda direttament il-kompożizzjoni u l-metodu ta' produzzjoni storiċi stabbiliti ta' “czwórniak” — il-proporzjonijiet ta' għasel u ilma fil-mead wort huma 1:3 għall-għasel u għall-ilma rispettivament. Għalhekk, l-isem jesprimi l-ispeċifiċità tal-prodott. Billi t-terminu “czwórniak” huwa kelma li tintuża esklussivament biex tindika tip speċifiku ta' mead, l-isem għandu jitqies ukoll bħala speċifiku fih innifsu.
3.3. Indika jekk hijiex meħtieġa r-riżerva ta' l-isem skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006
|
Reġistrazzjoni b'riżerva ta' l-isem |
|
Reġistrazzjoni mingħajr riżerva ta' l-isem |
3.4. Tip ta' prodott
Klassi 1.8. — Prodotti oħra ta' l-Anness I
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel li għandu l-isem indikat fil-punt 3.1
“Czwórniak” huwa mead, xarba ċara ffermentata mill-mead wort li tiddistingwi ruħha mill-aroma ta' għasel karatteristika tagħha u t-togħma tal-materja prima użata.
It-togħma ta' “czwórniak” tista' titjieb bit-togħma tal-ħwawar użati. Lewn iċ-“czwórniak” ivarja bejn dehbi u ambra skur u jiddependi mit-tip ta' għasel użat fil-produzzjoni.
L-indikaturi fiżiko-kimiċi tipiċi tal-mead“czwórniak” huma:
— |
kontenut ta' alkoħol: 9-12 % vol. |
— |
zokkor għar-riduzzjoni wara l-inverżjoni: 35-90 g/l, |
— |
aċidità totali espressa f'aċidu maliku: 3,5-8 g/l, |
— |
aċidità volatili espressa f'aċidu aċetiku: massimu ta' 1,4 g/l, |
— |
zokkor totali (g) flimkien mal-kontenut ta' alkoħol effettiv ( % vol.) multiplikat bi 18: minimu ta' 240, |
— |
estratt mhux ta' zokkor: mhux inqas minn,
|
— |
irmied — minimu ta' 1,3 g/l f'każ ta' mead tal-frott. |
Huwa projbit l-użu ta' preżervattivi, stabilizzaturi u koloranti artifiċjali u sustanzi artifiċjali li jagħtu t-togħma fil-produzzjoni taċ-“czwórniak”.
3.6. Deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni tal-prodott li għandu l-isem indikat fil-punt 3.1
Materja prima:
— |
Għasel naturali bil-parametri li ġejjin:
|
— |
Ħmira tal-mead b'attenwazzjoni għolja — adattata għall-attenwazzjoni ta' estratti għoljin fil-wort miżjud bil-ħmira biex jiffermenta (pitched wort). |
— |
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar: imsiemer tal-qronfol, kannella, noċemuskata jew ġinġer. |
— |
Meraq tal-frott naturali jew frott frisk. |
Metodu ta' produzzjoni:
Fażi 1
Produzzjoni tal-birra (tgħollija) tal-mead wort f'temperatura ta' 95-105 °C. Il-proporzjonijiet meħtieġa ta' għasel u ilma għaċ-“czwórniak” huma 1:3 għall-għasel u għall-ilma (jew ilma mħallat bil-meraq tal-frott) rispettivament, li magħhom jistgħu jinżdiedu ħxejjex aromatiċi jew ħwawar. F'każ ta' meads tal-frott, talanqas 30 % ta' l-ilma huwa sostitwit bil-meraq tal-frott.
Osservanza rigoruża mal-proporzjonijiet ta' l-ilma u l-għasel u l-ksib ta' l-estratt meħtieġ fit-tank tal-wort li jkollu kopertura biex iżżomm is-sħana bil-fwar (steam jacket). Dan il-metodu tal-produzzjoni tal-birra jimpedixxi l-karamellizzazzjoni taz-zokkor.
Fażi 2
Tkessiħ tal-wort għal 20-22 oC, it-temperatura ideali biex il-ħmira tippropaga. It-tkessiħ tal-wort għandu jsir dakinhar stess tal-produzzjoni u l-perjodu tat-tkessiħ jiddependi mill-effiċjenza tal-kessieħ. It-tkessiħ jiggarantixxi s-sikurezza mikrobijoloġika tal-wort.
Fażi 3
Pitching — żieda tas-soluzzjoni tal-ħmira mal-wort fit-tank tal-fermentazzjoni.
Fażi 4
A. |
Fermentazzjoni mgħaġġla — 6-10 ijiem. Iż-żamma tat-temperatura għal livell massimu ta' 28 oC tiggarantixxi li l-proċess tal-fermentazzjoni jseħħ b'mod korrett. |
B. |
Fermentazzjoni bil-mod — 3-6 ġimgħat. Il-perjodu tal-fermentazzjoni bil-mod jiggarantixxi li jintlaħqu l-parametri fiżiko-kimiċi korretti. |
Fażi 5
Tiswib (racking) tal-wort attenwat miżjud bil-ħmira biex jiffermenta (pitched wort).
Wara li jinkiseb kontenut ta' alkoħol ta' talanqas 9 % vol., għandu jsir it-tiswib qabel il-maturazzjoni. Dan jiggarantixxi li ċ-“czwórniak” ikollu l-proprjetajiet fiżiko-kimiċi u organolettiċi xierqa. Jekk il-pitched wort jitħalla fuq is-sediment aktar mill-perjodu tal-fermentazzjoni bil-mod, il-proprjetajiet organolettiċi jintlaqtu negattivament minħabba l-awtoliżi tal-ħmira.
Fażi 6
Maturazzjoni u sifonaġġ (tferrigħ mingħajr ma jitqanqal il-fond [decanting]) — dan jiġi ripetut meta neċessarju biex jipprevjeni milli jseħħu proċessi mhux mixtieqa fis-sediment (awtoliżi tal-ħmira). Huwa possibbli li jitwettqu operazzjoni bħall-pasturizzazzjoni u l-filtrazzjoni waqt il-maturazzjoni.
Din il-fażi hija fundamentali biex jiġi garantit li l-prodott ikollu l-proprjetajiet organolettiċi korretti.
Il-perjodu ta' maturazzjoni minimu għaċ-“czwórniak” huwa ta' disa' xhur.
Fażi 7
Adegwament tat-togħma (kompożizzjoni) — din il-fażi tikkonċerna t-tħejjija tal-prodott finali bil-proprjetajiet organolettiċi u fiżiko-kimiċi xierqa għaċ-“czwórniak”, kif indikat fil-punt 3.5 — Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel. Bil-għan li jiġi garantit li jintlaħqu l-parametri meħtieġa, huwa possibbli li l-proprjetajiet organolettiċi u fiżiko-kimiċi jiġu kkoreġuti permezz ta':
— |
żieda ta' għasel biex il-mead isir ħelu, |
— |
żieda ta' ħxejjex aromatiċi u ħwawar. |
L-għan ta' din il-fażi huwa dak li jinkiseb prodott bil-bouquet karatteristiku taċ-“czwórniak”.
Fażi 8
Tferrigħ f'kontenituri individwali f'temperatura ta' 55-60 °C. Huwa rakkomandat li ċ-“czwórniak” jiġi ppreżentat fi ppakkjar tradizzjonali, eż.: damiġġjani, kontenituri taċ-ċeramika jew btieti tal-ballut.
3.7. Speċifiċità tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel
L-ispeċifiċità taċ-“czwórniak” tirriżulta minn:
— |
it-tħejjija tal-wort (kompożizzjoni u proporzjon tal-materja prima), |
— |
il-maturazzjoni, |
— |
il-proprjetajiet fiżiko-kimiċi u organolettiċi tiegħu. |
Tħejjija tal-wort (kompożizzjoni u proporzjon tal-materja prima):
L-ispeċifiċità taċ-“czwórniak” tirriżulta partikolarment mill-użu u l-osservanza rigoruża tal-proporzjonijiet stabbiliti ta' għasel u ilma — 1:3 għall-għasel u għall-ilma rispettivament — fil-mead wort. Dan il-proporzjon huwa l-fattur determinanti fil-fażijiet ulterjuri kollha fil-produzzjoni taċ-“czwórniak” li jagħti l-proprjetajiet uniċi tiegħu.
Maturazzjoni:
Skond ir-riċetta tradizzjonali antika Pollakka, in-natura tal-prodott tiddependi mill-maturazzjoni tiegħu għal perjodu ta' żmien speċifiku. Fil-każ taċ-“czwórniak”, dan il-perjodu għandu jkun mhux inqas minn disa' xhur.
Proprjetajiet fiżiko-kimiċi u organolettiċi:
L-osservanza tal-fażijiet kollha tal-produzzjoni inklużi fl-ispeċifikazzjoni tiggarantixxi li jinkiseb prodott b'togħma u aroma uniċi. It-togħma u l-fwieħa uniċi taċ-“czwórniak” huma r-riżultat ta' kontenut adegwat ta' zokkor u alkoħol:
— |
zokkor għar-riduzzjoni wara l-inverżjoni: >35-90 g/l, |
— |
zokkor totali (g) flimkien mal-kontenut ta' alkoħol effettiv ( % vol.) multiplikat bi 18: minimu ta' 240, |
— |
alkoħol: 9-12 % vol. |
Minħabba l-proporzjonijiet definiti b'mod rigoruż ta' l-ingredjenti użati fil-produzzjoni tiegħu, iċ-“czwórniak” għandu konsistenza tipikament viskuża u fluwida li tiddistingwiha mit-tipi oħra ta' mead.
3.8. Natura tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel
Metodu tal-produzzjoni tradizzjonali:
Il-produzzjoni tal-mead fil-Polonja tmur lura għal aktar minn elf sena u hija kkaratterizzata minn diversità kbira. Tul is-sekli, l-iżvilupp u t-titjib tal-metodu ta' produzzjoni waslu għal bosta tipi ta' mead. L-istorja tal-produzzjoni tal-mead tmur lura għall-bidu tas-sovranità Pollakka. Fid-966, Ibraħim ibn Jaqub, diplomatiku, negozjant u vjaġġatur Spanjol, kiteb: “Minbarra l-ikel, il-laħam u l-art għall-ħrit, il-pajjiż ta' Mieszko I jabbonda bil-mead, kif jissejħu l-inbejjed u x-xorb li jsakkar Slavi” (Mieszko I kien l-ewwel re storiku tal-Polonja). Il-Kronaki ta' Gallu Anonimu, li rreġistraw l-istorja Pollakka fil-bidu tas-sekli 11 u 12, fihom ukoll bosta referenzi għall-produzzjoni tal-mead.
Il-poeżija epika nazzjonali Pollakka “Pan Tadeusz” ta' Adam Mickiewicz, li tirrakkonta l-istorja tan-nobbiltà bejn l-1811 u l-1812, fiha ħafna informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-konsum u t-tipi differenti ta' mead. Il-mead jissemma wkoll fil-poeżiji ta' Tomasz Zan (1796–1855) u fit-triloġija ta' Henryk Sienkiewicz li tiddeskrivi l-ġrajjiet tal-Polonja tas-seklu 17 (“Ogniem i mieczem”, ippubblikata fl-1884; “Potop”, ippubblikata fl-1886 u “Pan Wołodyjowski”, ippubblikata fl-1887 u fl-1888).
Is-sorsi li jiddeskrivu d-drawwiet kulinarji Pollakki tas-sekli 17 u 18 mhux biss fihom referenzi ġenerali għall-mead, iżda wkoll referenzi għat-tipi differenti ta' mead. Dawn kienu jissejħu “półtorak”, “dwójniak”, “trójniak” u “czwórniak” skond il-metodu ta' produzzjoni. Kull wieħed minn dawn l-ismijiet jirrigwarda tip differenti ta' mead, prodott abbażi ta' proporzjonijiet differenti ta' għasel u ilma jew meraq tal-frott, u ta' perjodi tal-maturazzjoni differenti. It-teknika tal-produzzjoni taċ-“czwórniak” ilha tintuża, bi ftit modifiki, għal sekli sħaħ.
Kompożizzjoni tradizzjonali:
Il-mead tradizzjonalment jinqasam f'“półtorak”, “dwójniak”, “trójniak” u “czwórniak” u dan fil-Polonja ilu jeżisti sekli sħaħ u hekk għadu llum il-ġurnata f'moħħ il-konsumaturi. Wara it-Tieni Gwerra Dinjija saru xi tentattivi biex jiġi rregolat il-qsim tradizzjonali tal-mead f'erba' kategoriji. Dan il-qsim ġie sa fl-aħħar imnaqqax fil-liġi Pollakka fl-1948 permezz ta' l-Att dwar il-produzzjoni ta' nbejjed, most ta' l-inbid, meads u l-kummerċ f'dawn il-prodotti (Gazzetta tal-Liġijiet tar-Repubblika tal-Polonja tat-18 ta' Novembru 1948). Dan l-Att fih ir-regoli rigward il-produzzjoni tal-meads u jispeċifika l-proporzjonijiet ta' għasel u ilma u r-rekwiżiti teknoloġiċi. Il-proporzjon ta' ilma u għasel għaċ-“czwórniak” hija stabbilita hekk: “Il-mead prodott esklussivament minn parti għasel naturali u tliet partijiet ilma jista' jissejjaħ czwórniak”.
3.9. Rekwiżiti minimi u proċeduri ta' kontroll ta' l-ispeċifiċità tal-prodott
Il-kontroll obbligatorju jinkludi:
— |
l-osservanza tal-proporzjonijiet stabbiliti ta' l-ingredjenti fil-mead wort, |
— |
l-osservanza tal-perjodu ta' maturazzjoni, |
— |
il-proprjetajiet organolettiċi tal-prodott finali (togħma, fwieħa, kulur, ċarezza), |
— |
l-indikaturi fiżiko-kimiċi tal-prodott finali: kontenut ta' alkoħol, żokkor totali, zokkor għar-riduzzjoni wara l-inverżjoni, aċidità totali, aċidità volatili, estratt mhux ta' zokkor u rmied fil-każ tal-meads tal-frott — il-valuri għandhom jikkorrispondu ma' dawk indikati fil-punt 3.5 ta' l-ispeċifikazzjoni. |
Il-kontrolli obbligatorji għandhom isiru talanqas darba fis-sena.
Huwa rakkomandat li l-kontrolli jsiru wkoll matul il-fażijiet tal-produzzjoni elenkati hawn taħt. Il-kontrolli fil-fażijiet tal-produzzjoni elenkati hawn taħt mhumiex obbligatorji, iżda mħeġġa, minħabba li jgħinu fl-eliminazzjoni ta' żbalji eventwali li jokkorru f'fażijiet differenti tal-produzzjoni:
Fażi 4:
Matul il-proċess tal-fermentazzjoni, għandhom isiru testijiet regolari fil-laboratorju fir-rigward tal-proprjetajiet organolettiċi (togħma u fwieħa) u l-parametri fiżiko-kimiċi bħall-kontenut ta' alkoħol u l-kontenut ta' zokkor li huma suġġetti għal tibdil matul il-proċess tal-fermentazzjoni alkoħolika.
Fażi 6:
Matul il-maturazzjoni, għandhom isiru kontrolli regolari fir-rigward tal-proprjetajiet organolettiċi bażiċi tal-prodott u l-indikaturi fiżiko-kimiċi bħall-kontenut ta' alkoħol, iz-zokkor totali, l-aċidità totali u l-aċidità volatili.
Fażi 8:
Qabel ma jitferra' fil-fliexken, għandhom isiru kontrolli fir-rigward tal-parametri fiżiko-kimiċi u organolettiċi varji indikati fil-punt 3.5 — Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel.
4. Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott
4.1. Isem u indirizz
Isem: |
Główny Inspektorat Jakości Handlowej Artykułów Rolno — Spożywczych |
||
Indirizz: |
|
||
Tel.: |
(48) 22 623 29 00 |
||
Faks: |
(48) 22 623 29 98 |
||
Posta elettronika: |
— |
|
|
4.2. Kompiti speċifiċi ta' l-awtorità jew tal-korp
L-awtorità ta' spezzjoni ta' hawn fuq hija responsabbli mill-verifika ta' l-ispeċifikazzjoni fl-intier tagħha.