This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/238/05
Non-opposition to a notified concentration (Case COMP/M.4821 — CVC/Taminco) Text with EEA relevance
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4821 — CVC/Taminco) Test b'relevanza għaż-ŻEE
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4821 — CVC/Taminco) Test b'relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 238, 10.10.2007, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 238/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4821 — CVC/Taminco)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 238/05)
Fl-24 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. |
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4821. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |