This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/210/06
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.4904 — Lite-On/Perlos) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4904 — Lite-On/Perlos) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4904 — Lite-On/Perlos) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 210, 8.9.2007, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 210/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4904 — Lite-On/Perlos)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 210/06)
1. |
Fit-3 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Lite-On Technologies Corporation (“Lite-On”, it-Tajwan), takkwista fi fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Perlos Corporation (“Perlos”, il-Finlandja) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fit-13 ta' Awissu 2007. |
2. |
L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4904 — Lite-On/Perlos, fl-indirizz li ġej:
|