EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC0828(02)

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 200, 28.8.2007, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/8


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 200/05)

Numru XA: XA 108/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Veneto

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem il-kumpanija li tirċievi għotja ta' l-għajnuna individwali: Corsi di aggiornamento per il corretto impiego di prodotti fitosanitari.

Bażi ġuridika: Legge regionale 30 gennaio 1990, n. 10, Ordinamento del sistema di formazione professionale e organizzazione delle politiche regionali del lavoro. D.P.R. 23 aprile 2001, n. 290, artt. 25-26-27, Regolamento di semplificazione dei procedimenti di autorizzazione alla produzione, alla immissione in commercio e alla vendita di prodotti fitosanitari e relativi coadiuvanti. Deliberazione della giunta regionale del Veneto 22 ottobre 2004, n. 3306, Direttive generali realizzazione corsi.

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: Il-baġit huwa stabbilit fuq il-bażi ta' Liġi Reġjonali li tapprova l-estimi tal-baġit għas-sena finanzjarja u emendi sussegwenti lil dawn l-estimi. Għall-2007, l-ammont kumplessiv tal-baġit huwa ta' 162 005 EUR.

Intensità massima ta' għajnuna: Sa 100 % tan-nefqa eliġibbli, fuq il-bażi ta' l-ispejjeż attwali tat-taħriġ (125 EUR/siegħa). L-applikanti (organizazzjonijiet ta' taħriġ akkreditati kif previst fil-Liġi Reġjonali Nru 19 tad-9 ta' Awissu 2002) jistgħu jibagħtu sa massimu ta' proġett wieħed li jkopri l-korsijiet tat-taħriġ (bażiċi u/jew ta' aġġornament) kollha, l-ammont massimu totali ta' sigħat huwa ta' 390. In-nefqa totali eliġibbli għal kull kors ta' taħriġ huwa ta' 1 875 EUR għal taħriġ bażiku (tul minimu ta' żmien ta' 15-il siegħa għal kull kors) u 750 EUR għal taħriġ ta' aġġornament (tul minimu ta' 6 sigħat għal kull kors).

Data ta' l-implimentazzjoni: 30 ta' Ġunju 2007.

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: 31 ta' Diċembru 2008.

Għan ta' l-għajnuna: Edukazzjoni ġenerali u taħriġ lill-bdiewa u ħaddiema tal-farm.

Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, Provista ta' appoġġ tekniku fil-qasam ta' l-agrikoltura.

Spejjeż eliġibbli: nefqa dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim ta' korsijiet ta' taħriġ.

Settur(i) konċernat(i): L-iskema tkopri taħriġ vokazzjonali (fl-użu korrett tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) għal bdiewa involuti fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli msemmija f'Anness I tat-Trattat.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione del Veneto — Giunta regionale Direzione regionale Agroambiente e servizi per l'agricoltura

Via Torino, 110

I-30172 Mestre (VE)

Websajt: http://www.regione.veneto.it/Economia/Agricoltura+e+Foreste/Agricoltura/Servizi+per+Agricoltura/Formazione+e+aggiornamento

http://www.regione.veneto.it/Bandi+Avvisi+Concorsi/Bandi/?materia=Agricoltura

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 109/07

Stat Membru: ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-Muniċipalità ta' Domžale

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Domžale 2007-2013.

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Domžale — II. Poglavje.

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Nefqa annwali għall-perjodu 2007-2013 mistennija li tammonta 74 400 EUR.

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment f'farms tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas ivvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra,

2.

Biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, is-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet, fieri, għall-pubblikazzjonijiet, katalgi u sitiweb.

Data ta' l-implimentazzjoni: Bidu f'Ġunju 2007 (jew fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ ir-Regoli)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Tmiem fil-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna:: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tal-Pravilnika o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Domžale (ir-Regoli għall-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Domžale), inkluż miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istati lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p.3, 16.12.2006):

l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni: investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni: provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura — biedja u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Domžale

Ljubljanska 69

SLO-1230 Domžale

Websajt: http://vestnik.domzale.si/index.php?id=344

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 110/07

Stat Membru: :Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-muniċipalità ta' Maribor

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Maribor 2007-2013.

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoj kmetijstva in podeželja v Mestni občini Maribor — II. Poglavje.

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 2007: 240 000 EUR

2008: 245 000 EUR

2009: 250 000 EUR

2010: 260 000 EUR

2011: 270 000 EUR

2012: 270 000 EUR

2013: 275 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment fil-farms għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati jew sa 40 % ta' l-ispejjeż eleġibbli f'żoni oħra,

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni oħra, jekk l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mit-twaqqif tal-farm tagħhom u huwa mmirat għall-investimenti inklużi fil-pjanijiet ta' ħidma.

2.

Il-konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali

sa 60 % jew sa 75 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati għall-investimenti biex jiġi kkonservat il-patrimonju kulturali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, sakemm dan ma jwassalx għal żieda fil-produzzjoni,

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment għall-finijiet ta' konservazzjoni ta' patrimonju mhux produttiv li jinsab fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku u storiku),

sa 100 % ta' l-għajnuna addizzjonali biex jiġu koperti l-ispejjeż żejda minħabba l-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-elementi patrimonjali tal-bini.

3.

Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni

imħalta ma' fondi ta' kofinanzjament mill-Istati, l-għajnuna ma tistax taqbeż il-50 % ta' l-ispejjez tal-primjums ta' l-assigurazzjoni.

4.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli minfuqa fi proċeduri amministrattivi, inkluż spejjeż ta' spezzjonijiet.

5.

Għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

l-għajnuna tista' tingħata biex tkopri sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti għall-produtturi.

6.

Il-provvediment ta' assistenza teknika:

l-għajnuna tista' tingħata biex tkopri sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti għall-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Bidu f'Ġunju 2007 (jew fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ ir-Regoli)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tal-Pravilnika o dodeljevanju državnih pomoči,pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoja podeželja v Mestni občini Maribor (ir-Regoli għall-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat, għajnuna de minimis u li jimplimentaw miżuri oħra ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Maribor), inkluż miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istati lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16.12.2006):

l-Artikolu 4 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: il-konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini vernakolari;

l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummmissjoni: għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni: provvediment ta' appoġġ tekniku.

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Agrikoltura: Biedja u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Mestna občina Maribor

Ul. Heroja staneta 1

SLO-2000 Maribor

Websajt: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=410

Tagħrif ieħor: —

In-numru XA: XA 111/07

L-Istat Membru: Il-Ġermanja

Ir-reġjun: Land Baden-Württemberg

It-titolu ta' l-iskema: Dienstleistung zur Vermarktung ökologischer oder regionaler land- und forstwirtschaftlicher Qualitätsprodukte im Zusammenhang mit der Erhaltung der Kulturlandschaft:

Organisationskosten eines zu gründenden oder wesentlich zu erweiternden Erzeugerzusammenschlusses

Bażi ġuridika: Landschaftspflegerichtlinie (LPR) 2007 des Ministeriums für Ernährung und Ländlichen Raum Baden-Württemberg

L-ispiża annwali ppjanata skond l-iskema: 150 000 EUR /sena

Intensità massima ta' għajnuna: Ir-rata ta' għajnuna għall-ispejjeż ta' l-organizzazzjoni ta' assoċjazzjoni tal-bdiewa tlaħħaq sa 90 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fl-ewwel sena, sa 70 % fit-tieni sena, sa 50 % fit-tielet sena, sa 30 % fir-raba' sena u sa 10 % fil-ħames sena.

Id-data ta' l-implimentazzjoni: Minn Mejju 2007

It-tul ta' żmien ta' l-iskema: Minn Mejju 2007 sa Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: Biex iżżid il-valur fuq skala lokali/reġjunali billi l-pajsaġġ ta' artijietmaħduma jiġi użat bl-aħjar mod possibbli.

Fil-kuntest ta' żvilupp reġjunali orjentat lejn il-ħarsien tan-natura, huwa maħsub illi ċerti żoni li jintgħażlu għax ikollhom karatteristiċi ta' pajsaġġ ta' valur għoli f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tan-natura għandhom jiġu megħjuna biex jużaw il-potenzjal li għandhom għaż-żamma, ħarsien u żvilupp tal-pajsaġġ ta' artijiet maħduma u tal-wirt naturali.

B'konformità ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006:

għajnuna orjentata lejn il-ħarsien tan-natura li tingħata lil SMEs bil-għan taż-żamma u żvilupp sostenibbli tal-pajsaġġ ta' artijiet maħduma u tal-wirt naturali.

L-għajnuna tista' tingħata — abbażi ta' fatturi ddettaljati jew xhieda oħra — għall-ispejjeż meħtieġa biex tiġi stabbilita jew imkabbra l-assoċjazzjoni tal-produtturi, faċilitajiet u tagħmir ta' l-uffiċini (deprezzament inkluż), spejjeż ta' l-istaff u ta' l-operat, il-ġbir u l-preparazzjoni ta' prodotti ta' kwalità (minbarra l-ispejjeż tat-trasport) inkluż il-ħażna tagħhom għal żmien qasir, pariri esterni, il-kontroll u ġestjoni tal-kwalità, il-ġestjoni ta' l-ambjent, ċertifikazzjoni inizjali.

Is-settur(i) kkonċernat(i): Is-setturi agrikoli u tal-forestrija kollha

L-isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: Regierungspräsidium Stuttgart, Ruppmannstraße 21, D-70565 Stuttgart

Regierungspräsidium Karlsruhe, Schlossplatz 1-3, D-76131 Karlsruhe

Regierungspräsidium Freiburg, Bissierstraße 7, D-79114 Freiburg

Regierungspräsidium Tübingen, Konrad-Adenauer-Straße 40-44, D-72072 Tübingen

L-indirizz ta' l-internet: http://www.mlr.baden-wuerttemberg.de/mlr/formular/landschaftspflege.pdf

Tagħrif ieħor:

Millanqas, l-assoċjazzjoni tal-produtturi għandha jkollha kuntratt ta' ħames snin u trid tkun magħmula minn ta' lanqas żewġ produtturi.

Min jirċievi l-għajnuna għandu jiżgura li l-interessi tal-produtturi jiġu kkunsidrati.

L-għajnuna tingħata biss f'żoni rikonoxxuti mill-Ministeru ta' l-Ikel u ż-Żoni Rurali li għandhom strateġija integrata għall-ħarsien tan-natura jew f'żoni rikonoxxuta mill-awtorità amministrattiva (ta' livell inqas għoli) bħala żoni minimi meħtieġa għar-ragħa ta' l-annimali.

L-għajnuna tingħata abbażi tal-linji ta' gwida għat-titjib strutturali tas-swieq jew ta' l-għajnuna orjentata lejn il-ħarsien tan-natura għall-mikroimpriżi skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u ma tistax tmur kontra l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew tar-Regolament li ħareġ minnu dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħxejjex.

Min jirċievi l-għajnuna għandu joqgħod għal proċedura ta' kontroll li tikkonċerna l-produzzjoni ekoloġika jew l-oriġini reġjunali. Il-kunċett ta' kontroll għandu jifforma parti mill-applikazzjoni u huwa eliġibbli għall-għajnuna. Is-sostenibbiltà tal-proġett għandha tkun evidenti.

Iffirmat

Dr Merz

Numru XA: XA 112/07

Stat Membru: Franza

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Aides au paiement des primes et cotisations d'assurance afférentes aux dommages causés par plusieurs phénomènes météorologiques, dont au moins à la fois la sécheresse, la grêle, le gel et l'inondation ou l'excès d'eau (Għajnuna għall-ħlas ta' primjums u kontribuzzjonijiet ta' l-assigurazzjoni minħabba ħsarat kkawżati minn għadd ta' kundizzjonijiet meteoroloġiċi, eż. nixfa, silġ, ġlata u għargħar jew eċċess ta' ilma).

Bażi ġuridika:

Article 12 du règlement (CE) no 1857/2006

Loi 64.706 du 10 juillet 1964

Article L 361-8 du livre III (nouveau) du code rural

Article L 122.7 du code des assurances

Décret no 2007-134 du 30 janvier 2007 fixant les modalités d'application de l'article L.361-8 du livre II (nouveau) du code rural en vue de favoriser le développement de l'assurance contre certains risques agricoles

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema ta' għajnuna: 30 miljun EUR minn fondi nazzjonali ta' garanzija għad-diżastri fl-agrikoltura (FNGCA)

Intensità massima ta' l-għajnuna: 35 % tal-primjum jew kontribuzzjoni, netti mit-taxxi u tariffi dovuti minn dawk ikkonċernati, b'rabta mal-garanzija eliġibbli għall-għajnuna. Il-garanzija eliġibbli għall-għajnuna tikkonċerna dawk il-poloz b'25 % eċċess (excess) fil-każ ta' l-assigurazzjoni fuq l-għelejjel, u 20 % eċċess fil-każ ta' l-assigurazzjoni fuq l-azjenda. Il-perċentwali ta' l-għajnuna jiżdiedu b'5 % fil-każ ta' bdiewa żgħażagħ stabbiliti f'dawn l-aħħar ħames snin.

Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-konferma ta' l-irċevuta mill-Kummissjoni

Tul ta' l-iskema ta' għajnuna:: Sena mill-konferma ta' l-irċevuta mill-Kummissjoni

Għan ta' l-għajnuna: Il-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-assigurazzjoni kontra għadd ta' riskji agrikoli. Il-primjums ta' l-assigurazzjoni megħjuna huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) nru 1857/2006.

Settur(i) konċernat(i): Azjendi, eskluż impriżi kbar, fil-produzzjoni primarja tal-frott, ħaxix, inbid, ċereali, xtieli taż-żrieragħ għaż-żejt jew tal-proteini.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministère de l'agriculture et de la pêche — Direction des affaires financières et de la logistique — Bureau du crédit et de l'assurance

78, rue de Varenne

F-75700 Paris

Sitweb: www.agriculture.gouv.fr

Sezzjoni “ressources” fir-“recherche”, ittajpja “calamités”


Top