Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/80

    Kawża F-121/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ta' l- 14 ta' Ġunju 2007 — De Meerleer vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kompetizzjoni ġenerali — Inammissibbiltà għall-provi bil-miktub — Esperjenza professjonali — Obbligu ta' motivazzjoni — Notifika tad-deċiżjoni tal-bord — Talba għal eżami mill-ġdid)

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/42


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — De Meerleer vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-121/05) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Inammissibbiltà għall-provi bil-miktub - Esperjenza professjonali - Obbligu ta' motivazzjoni - Notifika tad-deċiżjoni tal-bord - Talba għal eżami mill-ġdid)

    (2007/C 170/80)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Michel De Meerleer (Ophain-Bois-Seigneur-Isaac, Il-Belġju) (rappreżentant: E.Boigelat, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-bord tal-kompetizzjoni EPSO/A/19/04 li ma jilqax il-kandidatura tar-rikorrent u li ma jieħux deċiżjoni fuq it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-danni.

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 60 tal-11.3.2006, p. 52.


    Top