Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/77

    Kawża T-204/07: Rikors ippreżentat fl- 4 ta'Ġunju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/40


    Rikors ippreżentat fl-4 ta'Ġunju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-204/07)

    (2007/C 170/77)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: Paolo Gentili, Avvocato dello Stato)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    li tiġi annullata n-nota tal-Kummissjoni Ewropea Nru 03059, tas-26 ta' Marzu 2007, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, Malta u l-Olanda, li għandha bħala suġġett POR Sardegna 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1PO 010) — Ħlasijiet mill-Kummissjoni li huma differenti mill-ammont mitlub;

    li tiġi annullata n-nota tal-Kummissjoni Ewropea Nru 04718 ta' l-14 ta' Mejju 2007, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, Malta u l-Olanda, li għandha bħala suġġett POR Sardegna 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1PO 010) — Ħlasijiet mill-Kummissjoni li huma differenti mill-ammont mitlub;

    kif ukoll li jiġu annullati l-atti kollha li fuqhom huma bbażati l-imsemmija noti u li huma marbuta magħhom, u konsegwentement li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiġi ordnata tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk imressqa fil-kawża T-345/04, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni (1).


    (1)  ĠU C 262, tat-23.10.2004, p. 55.


    Top