EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/75

Kawża T-199/07: Rikors ippreżentat fil- 5 ta' Ġunju 2007 — Cementownia Odra vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU C 170, 21.7.2007, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2007 — Cementownia “Odra” vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-199/07)

(2007/C 170/75)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Cementownia “Odra” (rappreżentanti: P.K. Rosiak, konsulent legali, u F. Puel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Marzu 2007 dwar il-pjan nazzjonali ta' l-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mill-Polonja skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE;

tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2007) 1295, fl-aħħar verżjoni tagħha tas-26 ta' Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' l-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, innotifikat mill-Polonja skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE (1), li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li ċerti aspetti tal-pjan nazzjonali ta' l-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' CO2 għall-perijodu 2008-2012, innotifikat lill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2006, mhumiex konformi ma' l-Artikoli 9(1) u (3), 10 u 13(2) kif ukoll mal-kriterji li jinsabu fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE. Id-Deċiżjoni kkontestata tnaqqas b'26.7 % l-limitu ta' emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju għas-snin 2008-2012 meta mqabbel mal-limitu propost mill-Polonja fil-pjan nazzjonali tagħha ta' l-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emisssjonijiet nnotifikat lill-Kummissjoni.

L-ilmenti u l-argumenti prinċipali tar-rikors imressaq mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk invokati mir-rikorrenti fil-kawża T-195/07.


(1)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).


Top