Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/64

    Kawża T-182/07: Rikors ippreżentat fid- 29 ta' Mejju 2007 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs L-UASI — Tequilas del Señor (TEQUILA GOLD Sombrero Negro)

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/33


    Rikors ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2007 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs L-UASI — Tequilas del Señor (TEQUILA GOLD Sombrero Negro)

    (Kawża T-182/07)

    (2007/C 170/64)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliz

    Partijiet

    Rikorrenti: Borco-Marken-Import Matthiesen (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wolter, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Tequilas del Señor S A de CV (Guadalajara, il-Messiku)

    Tip ta' rimedju mitlub

    Ir-rikorrenti titlob li:

    Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Marzu 2007 fil-Każ R 1285/2005-1 tkun annullata;

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ikun ordnat iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Tequilas del Señor SA de CV

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja figurattiva “TEQUILA GOLD Sombrero Negro” għall-prodotti fil-Klassi 33 — applikazzjoni Nru 2 722 122

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Borco-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG

    Trade mark jew sinjal iċcitat: It-trade marks figurattivi nazzjonali li jikkontjenu l-elementi bil-kliem “SIERRA” u “CACTUS JACK SHOOTER” kif ukoll it-trade mark figurattiva nazzjonali li għandha stampa ta' “kappell sombrero aħmar” għall-prodotti fil-Klassi 33

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħdet l-oppożizzjoni

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-appell

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.


    Top