Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/63

    Kawża T-181/07: Rikors ippreżentat fil- 25 ta' Mejju 2007 — Eurocopter vs L-UASI (STEADYCONTROL)

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/32


    Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2007 — Eurocopter vs L-UASI (STEADYCONTROL)

    (Kawża T-181/07)

    (2007/C 170/63)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Eurocopter (Marignane, Franza) (rappreżentant: E. Soler Borda, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tal-parti rikorrenti

    L-annullament tad-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-12 ta' Marzu 2007, dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja STEADYCONTROL Nru 3 560 935 (R 8/2006-4) kollha kemm hi.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “STEADYCONTROL” għall-prodotti fil-klassijiet 9, 12 u 38 (applikazzjoni nru 3 560 935)

    Deċiżjoni ta'l-eżaminatur: Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 9 u 12

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (1) peress li, skond ir-rikorrenti u kuntrarjament għall-kunsiderazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, it-terminu “STEADYCONTROL” mhuwiex deskrittiv u jippermetti li ssir distinzjoni tal-prodotti in kwistjoni.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top