EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/50

Kawża T-149/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 14 ta' Mejju 2007 — Czigàny et vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta' żvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002 — Rikors manifestament inammissibli u manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt )

ĠU C 170, 21.7.2007, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/25


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 2007 — Czigàny et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-149/04) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' żvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002 - Rikors manifestament inammissibli u manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt’)

(2007/C 170/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Imre Czigàny (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju); Isabel Alves (Lussemburgu, il-Lussemburgu); Georgette Henningsen (Brussell, il-Belġju); u Michel Lucas (Tervuren, il-Belġju) (rappreżentanti: inizzjalment G. Bounéou u F. Frabetti, imbagħad F. Frabetti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament, prinċipalment, ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002, f'dak li jikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, tar-rapporti fuq il-karriera tar-rikorrenti għal dan l-eżerċizzju.

Dispożittiv tad-Digriet

1)

Ir-rikors huwa miċħud in kwantu parzjalment manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt.

2)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 168 tas-26.6.2004.


Top