Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/49

    Kawża T-112/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 14 ta' Mejju 2007 — Ruiz Sanz et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta' żvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002 — Rikors manifestament inammissibli u manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt )

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/25


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 2007 — Ruiz Sanz et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża T-112/04) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' żvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002 - Rikors manifestament inammissibli u manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt’)

    (2007/C 170/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Manuel Ruiz Sanz (Tervuren, il-Belġju); Anna Maria Campogrande (Brussell, il-Belġju); u Friedrich Mühlbauer (Brussell) (rappreżentanti: inizjalment G. Bounéou u F. Frabetti, wara F. Frabetti, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament, prinċipalment, ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002, f'dak li jirrigwarda lir-rikorrenti, u b'mod sussidjarju, tar-rapporti ta' żvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għal dan l-eżerċizzju.

    Dispożittiv tad-Digriet

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt.

    2)

    Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 106 tat-30.4.2004.


    Top