Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/43

    Kawża T-190/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Ġunju 2007 — Sherwin-Williams vs L-UASI (TWIST & POUR) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali TWIST & POUR — Raġuni assoluta ta' rifjut ta' reġistrazzjoni — Trade mark li m'għandhiex karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar- Regolament (KE) Nru 40/94)

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/23


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Ġunju 2007 — Sherwin-Williams vs L-UASI (TWIST & POUR)

    (Kawża T-190/05) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TWIST & POUR - Raġuni assoluta ta' rifjut ta' reġistrazzjoni - Trade mark li m'għandhiex karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar- Regolament (KE) Nru 40/94)

    (2007/C 170/43)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: The Sherwin-Williams Company (Cleveland, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar, aġent)

    Suġġett

    Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Frar 2005 (każ R 755/2004-2) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal TWIST & POUR bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    The Sherwin-Williams Company hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 171 tad-9.7.2005.


    Top