Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/41

    Kawża T-105/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Ġunju 2007 — Assembled Investments (Proprietary) vs L-UASI — Waterford Wedgwood (WATERFORD STELLENBOSCH) ( Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Talba għat- trade mark Komunitarja figurattiva WATERFORD STELLENBOSCH — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WATERFORD — Motiv relattiv għaċ-ċaħda — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Nuqqas ta' xebħ bejn il-prodotti — Nuqqas ta' kumplimentarità — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 170, 21.7.2007, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 170/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Ġunju 2007 — Assembled Investments (Proprietary) vs L-UASI — Waterford Wedgwood (WATERFORD STELLENBOSCH)

    (Kawża T-105/05) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja figurattiva WATERFORD STELLENBOSCH - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WATERFORD - Motiv relattiv għaċ-ċaħda - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebħ bejn il-prodotti - Nuqqas ta' kumplimentarità - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2007/C 170/41)

    Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Assembled Investments (Proprietary) Ltd (Stellenbosch, l-Afrika t'Isfel) (rappreżentanti: P. Hagmann u S. Ziegler, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, agent)

    Parti(jiet) oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Waterford Wedgwood plc (Waterford, l-Irlanda) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

    Suġġett tal-kawża

    Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-15 ta' Diċembru 2004 (kawża R 240/2004-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Waterford Wedgwood u Assembled Investments (Proprietary) Ltd.

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Id-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Diċembru 2004 (kawża R 240/2004-1) hija annullata.

    2)

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Waterford Wedgwood plc jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll dawk tar-rikorrenti.


    (1)  ĠU C 115 ta' l-14.5.2005.


    Top