EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/39

Kawża T-433/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 6 ta' Ġunju 2007 — Davi vs Il-Kummissjoni ( Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni 2003 — Rifjut ta' promozzjoni — Għoti ta' punti ta' promozzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Trattament ugwali — Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni ta' l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Eċċezzjoni ta' illegalità — Aspettattivi leġittimi )

ĠU C 170, 21.7.2007, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ġunju 2007 — Davi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/04) (1)

(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2003 - Rifjut ta' promozzjoni - Għoti ta' punti ta' promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Trattament ugwali - Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni ta' l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Eċċezzjoni ta' illegalità - Aspettattivi leġittimi’)

(2007/C 170/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Angela Davi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: inizjalment J. Currall, u wara C. Berardis-Kayser u M. Velardo, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità Investita bis-Setgħa tal-Ħatra tat-2 ta' Lulju 2004 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni ta' l-istess Awtorità li rrifjutat li tagħtiha l-promozzjoni għall-grad C2 għall-proċedura ta' promozzjoni 2003 u, min-naħa l-oħra, safejn huwa neċessarju, tad-deċiżjoni li kienet is-suġġett ta' dan l-ilment.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 6 tat-8.1.2005.


Top