EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/11

Kawża C-76/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas- 7 ta' Ġunju 2007 — Britannia Alloys & Chemicals Ltd. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Multi — Kunċett ta' sena ta' negozju preċedenti għall-kalkolu tal-limitu tal-multa)

ĠU C 170, 21.7.2007, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-7 ta' Ġunju 2007 — Britannia Alloys & Chemicals Ltd. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-76/06 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Multi - Kunċett ta' “sena ta' negozju preċedenti’ għall-kalkolu tal-limitu tal-multa)

(2007/C 170/11)

Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Britannia Alloys & Chemicals Ltd. (rappreżentanti: S. Mobley u M. Commons, Solicitors)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Castillo de la Torre, aġent)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tad-29 ta' Novembru 2005, British Alloys & Chemicals vs Il-Kummissjoni (T-33/02), li tiċħad bħala mhux fondata talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001)4327 finali tal-11 ta' Novembru 2001, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Kawża COMP/E-1-37.027 — Fosfat taż-żingu) jew sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Ksur ta' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17/62 -Ksur tal-prinċipji ta' l-ugwaljanza u taċ-ċertezza legali

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Britannia Alloys & Chemicals Ltd għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108 tas-6.5.2006.


Top