EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/06

Kawża C-254/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas- 7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju ( Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 28 KE u 30 KE — Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni — Miżuri b'effett ekwivalenti — Sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors — Rekwiżit ta' konformità ma' standard nazzjonali — Proċedura nazzjonali ta' approvazzjoni )

ĠU C 170, 21.7.2007, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-254/05) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni - Miżuri b'effett ekwivalenti - Sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors - Rekwiżit ta' konformità ma' standard nazzjonali - Proċedura nazzjonali ta' approvazzjoni’)

(2007/C 170/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: M. Wimmer, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 28 KE — Regoli nazzjonali li jeħtieġu li s-sistemi ta' detezzjoni awtomatika ta' nar b'ditekter lokalizzat magħmulin jew ikkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li ma jurux il-marka “CE” jkunu konformi ma' l-istandard nazzjonali, ikunu suġġetti għal approvazzjoni tat-tip u f'dan il-kuntest ikunu soġġetti għal testijiet u verifikazzjonijiet li diġà saru fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

1)

Billi jirrikjedi li s-sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor u li m'għandhomx l-immarkar CE:

ikunu konformi ma' l-istandard Belġjan NBN S 21-100 dwar l-iddiżinjar ta' sistemi ġeneralizzati ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors, tax-xahar ta' Settembru 1986, kif emendat mill-addendum nru 2 tiegħu tax-xahar ta' Awwissu 1996,

ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tat-tip minn BOSEC (Belgian Organisation for Security Certification), ostaklu li hu mkabbar mill-ispejjeż sproporzjonati li tinvolvi dik l-approvazzjoni, u

jiġu ssuġġettati għal testijiet u verifiki meta tkun qed titwettaq l-approvazzjoni tat-tip li, essenzjalment, jirduppjaw il-kontrolli li jkunu diġà saru taħt proċeduri oħra fi Stat Membru ieħor,

ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 28 KE.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa ordnat ibati l-ispejjeż


(1)  ĠU C 205 ta' l-20.8.2005.


Top