Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/152/05

    F-Dijon Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati — Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Dijon u Bordeaux u bejn Dijon u Toulouse — Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

    ĠU C 152, 6.7.2007, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 152/13


    F-Dijon Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati

    Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Dijon u Bordeaux u bejn Dijon u Toulouse

    Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

    (2007/C 152/05)

    1.   Daħla: Għal raġunijiet ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992, dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, Franza imponiet obbligi ta' servizz pubbliku għas-servizzi bl-ajru skedati li joperaw bejn Dijon u Bordeaux u bejn Dijon u Toulouse. L-istandards mitluba minn dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 151, 5.7.2007.

    Jekk ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun beda jew wasal biex jibda, fit-3 ta' Novembru 2007, jopera servizzi bl-ajru skedati fuq din ir-rotta skond l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jkun talab kumpens finanzjarju, Franza ddeċidiet, fil-qafas tal-proċedura prevista mill-Artikolu 4(1)(d) ta' dan l-istess Regolament, li tillimita l-aċċess tar-rotot għal trasportatur wieħed biss u tikkonċedi wara s-sejħa għall-offerti d-dritt ta' operar ta' dawn is-servizzi mit-3 ta' Diċembru 2007.

    2.   Awtorità aġġudikanti: Chambre de commerce et d'industrie de Dijon, 1, place du Théâtre, BP 370, -21010 Dijon. Tél. (33) 380 65 91 94. Fax (33) 380 65 91 99. E-mail: jp.martins@dijon.cci.fr.

    3.   Għan tal-konsultazzjoni: L-għoti ta' servizzi bl-ajru skedati mit-3 ta' Diċembru 2007 b'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija fil-paragrafu 1.

    4.   Karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt: Kuntratt ta' delega ta' servizz pubbliku konkluż bejn it-trasportatur iddelegat u l-persuna jew il-persuni pubbliki li qed jiddelegaw.

    Id-delegat se jirċievi d-dħul. Il-persuna jew il-persuni pubbliċi li jiddelegaw se jħallsuh kontribut li jammonta għad-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) għall-operar tas-servizz u d-dħul kummerċjali mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) li rċieva dan ta' l-aħħar, fil-limiti tal-kumpens massimu li għalih id-delegat impenja ruħu u bi tnaqqis, jekk ikun il-każ, tal-penali msemmija fl-Artikoli 9-4 ta' dan l-avviż.

    5.   Tul tal-kuntratt: It-tul tal-kuntratt (ftehim ta' delega ta' servizz pubbliku) huwa ta' tliet snin, li jibdew mit- 3 ta' Diċembru 2007.

    6.   Parteċipazzjoni fil-konsulatazzjoni: Is-sejħa hija miftuħa għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha fil-pussess ta' liċenzja tat-tħaddim valida maħruġa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, dwar liċenzjar ta' air carriers.

    7.   Proċedura li taġġudika u l-kriterji għall-għażla tal-kandidati: Din is-sejħa għall-offerti hi sottomessa għad-dispożizzjonijiet tal-punti d), e), f), g), h), u i) ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, għall-Artikoli L. 1411-1 u skond il-kodiċi ġenerali tal-kollettivitajiet territorjali relatati mad-delegi ta' servizz pubbliku kif ukoll għat-testi adottati għall-applikazzjoni tagħhom (notevolment id-digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1977 adottat għall-applikazzjoni tal-liġi Nru 97-210 ta' Marzu 1997 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra x-xogħol illegali), u għad-digriet Nru 2005-473 tas-16 ta' Mejju 2005 notevolment dwar ir-regoli ta' attribuzzjoni mill-Istat ta' kumpensi finanzjarji kif ukoll għat-tliet sentenzi tas-16 ta' Mejju 2005 adottati għall-applikazzjoni tiegħu.

     

    Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jitħejja bil-Franċiż. Jekk hu neċessarju, min jagħmel l-offerta għandu jittraduċi għall-Franċiż id-dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi u miktuba b'lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Mal-verżjoni Franċiża, min jagħmel l-offerta jista' wkoll jehmeż verżjoni f'lingwa uffiċjali oħra ta' l-Unjoni Ewropea, iżda li ma tkunx awtentika.

     

    Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jkun fih

    ittra ta' applikazzjoni, iffirmata mid-direttur jew mir-rappreżentant tiegħu, flimkien mad-dokumenti li jagħtuh is-setgħa li jiffirma

    memorandum informattiv dwar l-impriża, li jagħti xhieda tal-kapaċitajiet professjonali u finanzjarji ta' l-applikant fis-settur tat-trasport bl-ajru, kif ukoll kwalunkwe referenza fil-qasam. Dan il-memorandum għandu jagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità ta' l-applikant li jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti; l-applikant jista', jekk jixtieq, jimxi fuq il-mudell tal-formola DC5 użata fil-qasam ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi

    il-fatturat kumplessiv u l-fatturat marbut mal-provvista tas-servizzi kkonċernati matul l-aħħar tliet snin jew, jekk l-applikant hekk jixtieq, il-bilanċi u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf ta' l-aħħar tliet snin. Jekk l-applikant ma jistax jipprovdi dan it-tagħrif, huwa għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu

    nota metodoloġika dwar kif l-applikant biħsiebu jwieġeb għall-fajl tal-konsultazzjoni, f'każ li jitħalla jippreżenta offerta mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta' Dijon, billi juri b'mod partikolari

    ir-riżorsi tekniċi u umani li l-applikant se jassenja għall-operar tar-rotot,

    in-numru, il-kwalifika u l-assenjazzjoni ta' l-istaff u, jekk ikun il-każ, ir-reklutaġġ li l-applikant biħsiebu jagħmel,

    it-tipi ta' ajruplani użati u, jekk ikun il-każ, id-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom,

    kopja tal-liċenzja tat-tħaddim tat-trasportatur ta' l-ajru ta' min jagħmel l-offerta,

    jekk il-liċenzja ta' operat inħarġet minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, min jagħmel l-offerta għandu wkoll jipprovdi dan it-tagħrif

    l-Istat li ħareġ il-liċenzja tal-piloti,

    il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-kuntratti tax-xogħol,

    dettalji tas-sħubija fl-entitajiet tas-sigurtà soċjali,

    id-dispożizzjonijiet adottati għall-konformità ma' l-Artikoli L. 341-5 u l-Artikoli D. 341-5 u sussegwenti tal-Kodiċi tax-Xogħol marbuta ma' l-issekondar temporanju ta' impjegati għall-provvista ta' servizzi fuq it-territorju nazzjonali

    iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet maħruġa fuq l-unur previsti mill-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 u mill-Ordni tal-31 ta' Jannar 2003 adottata għal raġunijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tad-Digriet imsemmi qabel, li jagħtu xhieda li l-applikant onora l-obbligi fiskali u soċjali tiegħu, partikolarment f'dawk li huma

    it-taxxa fuq il-kumpaniji,

    it-taxxa fuq il-valur miżjud,

    il-kontributi għas-sigurtà soċjali, inċidenti tax-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol u għall-benefiċċji familjari

    it-taxxa ta' l-avjazzjoni ċivili,

    it-taxxa ta' l-ajruport,

    it-taxxa fuq it-tniġġis akustiku ta' l-ajru,

    it-taxxa tas-solidarjetà

    għall-applikanti minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet għandhom jinħarġu mill-amministrazzjonijiet u mill-entitajiet tal-pajjiż ta' l-oriġini

    dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur ta' assenza ta' kundanna mniżżla fil-bullettin Nru 2 għar-reati msemmija fl-Artikoli L. 324-9, L. 324-10, L. 341-6, L. 125-1 u L. 125-3 tal-Kodiċi tax-Xogħol

    dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur u/jew kwalunkwe prova ta' konformità ma' l-obbligu li timpjega ħaddiema b'diżabilità prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol

    estratt “K bis” ta' tniżżil fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti

    skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, ċertifikat ta' assigurazzjoni li ilu sa 3 xhur maħruġ li jkopri r-responsabblità ċivili f'każ ta' inċident, b'mod partikolari għar-rigward ta' passiġġieri, bagalji, merkanzija, ittri u terzi persuni, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-21 ta' April 2004, partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu

    f'każ ta' miżura kawtelatorja jew ta' proċedura kollettiva, kopja tas-sentenza jew sentenzi maqtugħa għal dan ir-rigward (jekk is-sentenza mhijiex bil-Franċiż, jeħtieġ li tinhemeż traduzzjoni ċċertifikata).

    L-applikazzjonijiet se jintgħażlu skond il-kriterji li ġejjin

    il-garanziji professjonali u finanzjarji ta' l-applikanti,

    il-kapaċità ta' dawn ta' l-aħħar li jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti tas-servizz imsemmi,

    konformità mill-kandidati ma' l-obbligu li jiġu impjegati ħaddiema b'diżabilità previst mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol.

    8.   Kriterji għall-għoti tal-kuntratt: It-trasportaturi li l-applikazzjoni tagħhom tkun aċċettata se jkunu sussegwentement mistiedna jressqu l-offerta tagħhom skond il-proċedura stabbilita mir-Regolament speċifiku tas-sejħa għall-offerti li wara se tintbagħtilhom.

    B'konformità ma' l-Artikolu 38 tal-liġi Nru 93-122 tad-29 ta' Jannar 1993, l-offerti ppreżentati b'dan il-mod għandhom jiġu nnegożjati b'mod ħieles mill-Kambra tal-Kummerċ u l-Industrija ta' Dijon.

    B'konformità mad-dispożizzjonijiet l-Artikolu 4 (1)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, l-għażla fost l-offerti ppreżentati għandha ssir b'kunsiderazzjoni ta' l-adegwatezza tas-servizz, partikolarment il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu kwotati lejn l-utenti, kif ukoll ta' l-ispiża tal-kumpens meħtieġ.

    9.   Informazzjoni addizzjonali essenzjali:

    9-1.

    Kumpens finanzjarju

     

    L-offerti ppreżentati mill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom tkun ġiet aċċettata għandhom jindikaw espliċitament is-somma massima meħtieġa bħala kumpens għall-operar tar-rotot għal perjodu ta' tliet snin li jibda mit-3 ta' Diċembru 2007, b'analiżi annwali. Is-somma eżatta tal-kumpens miftiehma fl-aħħar se tiġi stabbilita ex post kull sena, skond l-ispejjeż u d-dħul effettivament ġġenerati mis-servizz, fil-limiti tas-somma indikata fl-offerta. Dan il-limitu massimu ma jistax jinbidel ħlief jekk ikun hemm bidla imprevedibbli fil-kundizzjonijiet tas-servizz.

     

    Il-ħlasijiet annwali jsiru permezz ta' ħlasijiet bin-nifs u ta' bilanċ. Il-ħlas tal-bilanċ isir biss wara l-approvazzjoni tal-kontijiet tat-trasportatur marbuta mar-rotot kkunsidrati u wara verifika li s-servizz ġie operat skond il-kundizzjonijiet previsti fil-punt 9-2 hawn taħt.

     

    F'każ ta' tmiem tal-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu, għandhom japplikaw mill-aktar fis possibbli d-dispożizzjonijiet tal-punt 9-2 biex isir il-ħlas tal-bilanċ lit-trasportatur tal-kumpens finanzjarju dovut lilu, filwaqt li l-limitu massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu jitnaqqas bi prorata ta' kemm effettivament idum jopera s-servizz.

    9-2.

    Verifika ta' l-operar tas-servizz u tal-kontijiet tat-trasportatur

     

    L-operar tas-servizz u l-kontabilità tal-kosti tat-trasportatur rigward ir-rotot ikkunsidrati għandhom ikunu eżaminati talanqas darba fis-sena, bi qbil mat-trasportatur.

    9-3.

    Emendi u tmiem tal-kuntratt

     

    It-trasportatur, jekk iqis li bidliet imprevedibbli tal-kundizzjonijiet ta' l-operar jiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-somma massima tal-kumpens finanzjarju, jista' jressaq talba motivata lill-partijiet firmatarji l-oħra li għandhom xahrejn biex jieħdu deċiżjoni. Il-kuntratt għalhekk ikun jista' jiġi emendat permezz ta' klawsola addizzjonali.

     

    Kull waħda mill-partijiet tista' ttemm il-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu jekk jingħata avviż minn sitt xhur qabel. F'każ ta' ksur gravi ta' l-obbligi tal-kuntratt, it-trasportatur jitqies li temm il-kuntratt mingħajr ma jkun ta avviż jekk ma jissoktax is-servizz b'mod konformi ma' dawn l-obbligi fi żmien xahar mid-data wara li jinħariġlu avviż uffiċjali.

    9-4.

    Penali jew sanzjonijiet oħra previsti mill-kuntratt

     

    In-nuqqas min-naħa tat-trasportatur, milli jagħti l-avviż previst fi-punt 10-3 huwa suġġett jew għal ammenda amministrattiva, skond l-Artikolu R. 330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, jew inkella għal penali kkalkolat abbażi tan-numru ta' xhur li fihom naqas milli jagħti avviż u tan-nuqqasijiet operattivi fis-servizz matul is-sena in kwistjoni, mingħajr ma jinqabeż il-kumpens finanzjarju massimu previst fil-punt 9-1.

     

    Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu R. 330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, f'każ ta' ksur parzjali ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku, jitnaqqas il-kumpens finanzjarju massimu previst mill-punt 9-1.

     

    Dan it-tnaqqis iqis, jekk ikun il-każ, in-numru tat-titjiriet kanċellati minħabba raġunijiet li għalihom ikun responsabbli t-trasportatur, tan-numru tat-titjiriet li seħħu b'kapaċità anqas minn dik meħtieġa u tan-numru tat-titjiriet li seħħu mhux konformi ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku f'dak li huma waqfiet qosra f'ajruporti jew tariffi applikati.

    10.   Tressiq ta' l-applikazzjonijiet: Il-fajls ta' l-applikazzjonijiet għandhom jingħalqu f'envelop issiġillat li fuqu jkollu miktub “Réponse à l'appel de candidatures n° 2007-11 – À n'ouvrir que par le destinataire”. Dawn għandhom jaslu sal-5 p.m., ħin lokali, sa mhux aktar tard mid-29 ta' Awissu 2007, bil-posta rreġistrata b'irċevuta li turi t-twassil, b'din ta' l-aħħar tixhed id-data, jew inkella jitwasslu bl-idejn u tingħata rċevuta, f'dan l-indirizz

    Chambre de commerce et d'industrie de Dijon, 1, place du Théâtre, BP 370, F-21010 Dijon.

    11.   Proċedura sussegwenti: Il-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Dijon se tibgħat, mhux aktar tard mill-4 ta' Settembru 2007, lill-applikanti magħżula fajl tal-konsultazzjoni li jkun fih notevolment regolament tal-konsultazzjoni kif ukoll abbozz ta' ftehim.

    L-applikanti magħżula għandhom iressqu l-offerta tagħhom mhux aktar tard mis-27 ta' Settembru qabel 5 p.m., ħin lokali.

    L-offerta se timpenja lill-applikant għal tul ta' żmien ta' 280 jum li jibdew minn meta titressaq.

    12.   Validità tas-sejħa għall-offerti: Il-validità tas-sejħa għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ma jippreżenta, qabel it-3 ta' Novembru 2007, programm għall-operar tar-rotot in kwistjoni mit-3 ta' Diċembru 2007, b'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jirċievi ebda kumpens finanzjarju.

    13.   Talbiet għal tagħrif supplimentari: Biex jingħataw aktar informazzjoni li tista' tkun meħtieġa għalihom, il-kandidati jistgħu jikkuntattjaw, permezz ta' ittra, email jew fax biss, lill-President tal-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Dijon li l-indirizz u n-numru tal-fax tiegħu jidhru fi paragrafu 2.


    Top