Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/151/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4686 — Louis Delhaize/Magyar Hipermarket Kft) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 151, 5.7.2007, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 151/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4686 — Louis Delhaize/Magyar Hipermarket Kft)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 151/06)

1.

Fl-4 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Louis Delhaize S.A. (“Louis Delhaize”, il-Belġju), takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriżi kollha Magyar Hipermarket Kft (“Magyar Hipermarket”, l-Ungerija) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

Louis Delhaize: impriża attiva, permezz tas-sussidjarji tagħha, f'bejgħ bl-imnut ta' oġġetti ta' l-ikel u mhux ta' l-ikel f'diversi pajjiżi Ewropej.

Magyar Hipermarket: impriża li topera ipermerkati bħala rappreżentanta ta' Cora France.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4686 — Louis Delhaize/Magyar Hipermarket Kft, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top