EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/131/11

Notifika ta' konċentrazzjoni minn qabel (Każ Nru COMP/M.4722 — PAI/Kaufman&Broad) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 131, 13.6.2007, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 131/20


Notifika ta' konċentrazzjoni minn qabel

(Każ Nru COMP/M.4722 — PAI/Kaufman&Broad)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 131/11)

1.

Fil-5 ta' Ġunju 2007 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża PAI tidħol fi sħubija ma' l-S.A.S. (“PAI”, Franza) tikseb skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' l-impriża kollha Kaufman & Broad S.A. (“Kaufman & Broad”, Franza) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal PAI: fond ta' ekwità privata;

għal Kaufman & Broad: din hija attiva fis-settur tal-proprjetà u involuta fl-istadji kollha tal-proċess ta' żvilupp ta' proprjetà.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni nnotifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi innutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4722 — PAI/Kaufman&Broad, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, tad-29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, tal-5.3.2005, p. 32.


Top