This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/131/08
Call for proposals — eParticipation 2007/1
Sejħa għal proposti — Parteċipazzjoni elettronika 2007/1
Sejħa għal proposti — Parteċipazzjoni elettronika 2007/1
ĠU C 131, 13.6.2007, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 131/12 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI — Parteċipazzjoni elettronika 2007/1
(2007/C 131/08)
1. L-għanijiet u d-deskrizzjoni
Parteċipazzjoni elettronika hija azzjoni ta' tħejjija li tipprova tħaddem il-benefiċċji ta' l-użu tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) biex itejbu l-proċessi leġiżlattivi u tat-teħid ta' deċiżjonijiet u biex tqawwi l-parteċipazzjoni pubblika f'dawn il-proċessi f'kull livell tad-deċiżjonijiet governattivi.
Skond il-Programm ta' Ħidma dwar il-Parteċipazzjoni Elettronika ta' l-2007, il-Kummissjoni b'dan tistieden il-konsorzji jressqu l-proposti.
2. L-eliġibilità tal-konsorzji
Is-sejħa għal proposti hija miftuħa għal entitajiet ġuridiċi mis-27 Stat Membru ta' l-UE.
L-għadd minimu ta' parteċipanti fi proposta huwa ta' tliet entitajiet ġuridiċi indipendenti, minn talanqas żewġ Stati Membri differenti.
3. L-evalwazzjoni u l-għażla
Il-proposti mressqa jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Il-kriterji użati għall-evalwazzjoni huma ddefiniti fil-Programm ta' Ħidma tal-Parteċipazzjoni Elettronika. Il-proposti li jgħaddu mill-evalwazzjoni jiġu kklasifikati f'ordni skond il-kwalità.
Il-proċess ta' evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-għoti ta' fondi mill-Kummissjoni huwa stipulat fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1).
4. L-appoġġ Komunitarju
Il-fondi Komunitarji mhux sejrin jaqbżu l-75 % ta' l-infiq eliġibbli ta' kull sieħeb.
F'kull każ, il-finanzjament tal-Komunità ma għandux ikollu l-effett li joħloq profitt għall-benefiċjarju.
5. Il-baġit għas-sejħa
Il-baġit totali għal din is-sejħa għal proposti hu ta' 4,7 miljun EUR.
6. Id-data ta' l-għeluq u l-indirizz għat-tressiq tal-proposti
Id-data ta' l-għeluq għall-wasla tal-proposti għand il-Kummissjoni hija t-13 ta' Settembru fil-17:00 (ħin lokali ta' Brussell).
Il-proposti mressqa wara din id-data ta' l-għeluq mhux se jiġu aċċettati għall-evalwazzjoni.
Meta proposta tkun tressqet aktar minn darba, il-Kummissjoni teżamina l-aħħar verżjoni li tasal qabel id-data ta' l-għeluq.
Il-proposti għandhom jintbagħtu lil:
Il-Kummissjoni Ewropea — DG INFSO |
Għall-attenzjoni ta' Mr Thanassis Chrissafis |
BU31 07/17 |
B-1049 Brussell |
7. L-iskeda taż-żmien
Il-Kummissjoni beħsiebha tinforma lill-proponenti bir-riżultat ta' l-evalwazzjoni u l-proċess ta' l-għażla fi żmien tliet xhur mid-data ta' l-għeluq għat-tressiq tal-proposti u tiffinalizza n-negozjati mal-proponenti magħżula fi żmien erba' xhur mid-data ta' l-għeluq għall-proposti. L-eżekuzzjoni tal-proġetti għandha tibda wara l-finalizzazzjoni tan-negozjati.
8. Informazzjoni addizzjonali
Il-Gwida tal-Parteċipazzjoni elettronika għall-proponenti 2007 tagħti informazzjoni ddettaljata dwar kif għandhom jitħejjew u jitressqu l-proposti. Dan id-dokument, flimkien mal-Programm ta' Ħidma tal-Parteċipazzjoni elettronika għall-2006 u kull informazzjoni oħra relatata ma' din is-sejħa u l-proċess ta' l-evalwazzjoni jistgħu jitniżżlu mis-sit li ġej:
http://europa.eu.int/information_society/activities/egovernment_research/eparticipation/index_en.htm
Kull korrispondenza relatata ma' din is-sejħa għandha tikkwota l-identifikazzjoni tas-sejħa Parteċipazzjoni elettronika 2007/1.
Kull proposta milqugħa se tiġi ttrattata b'kunfidenzjalità stretta.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).