EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/59

Kawża F-27/07: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Marzu 2007 — Sundholm vs Il-Kummissjoni

ĠU C 117, 26.5.2007, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 36–36 (MT)

26.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/36


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2007 — Sundholm vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/07)

(2007/C 117/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Asa Sundholm (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar l-abbozzar ta' rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għall-perijodu li jmur mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002, in eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-20 ta' April 2005, Sundholm vs Il-Kummissjoni (T-86/04);

tikkundanna l-parti konvenuta tħallas, f'dan l-istadju tal-proċedura, EUR 1 bħala danni morali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, l-ewwel nett, ksur ta' l-Artikolu 233 KE u ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, in kwantu d-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix li jinftihem kif il-motivi tas-sentenza ċċitata iktar 'il fuq ittieħdu in kunsiderazzjoni.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata, minn naħa, ma rrikonoxxietx l-objettivi u l-għanijiet imfittxija mis-sistema l-ġdida ta' evalwazzjoni tal-karriera u, min-naħa l-oħra, hija vvizzjata minn inkoerenza bejn il-kummenti u l-punti mogħtija.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn l-elementi fattwali li jservu ta' bażi għall-evalwazzjoni tagħha ma ġewx ikkomunikati lilha la fil-mument meta saru u lanqas fil-kuntest tal-proċedura ta' evalwazzjoni.


Top