EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/48

Kawża T-92/07 P: Appell imressaq fit- 28 ta' Marzu 2007 minn Jacques Frankin et kontra s-sentenza mogħtija fis- 16 ta' Jannar 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-3/06, Jacques Frankin et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 117, 26.5.2007, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 30–30 (MT)

26.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/30


Appell imressaq fit-28 ta' Marzu 2007 minn Jacques Frankin et kontra s-sentenza mogħtija fis-16 ta' Jannar 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-3/06, Jacques Frankin et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/07 P)

(2007/C 117/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jacques Frankin (Sorée, Il-Belgju) u 482 rikorrenti oħra (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta' Jannar 2007 mogħtija fil-kawża F-3/06, li għandha bħala suġġett prinċipali rikors għall-annullament tad-deċiżjoni espliċita ta' l-10 ta' Ġunju 2005 li biha l-Kummissjoni ċaħdet lir-rikorrenti l-assistenza skond l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż tal-kawża, spejjeż oħra u drittijiet u tordna lill-Kummissjoni tħallashom.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn ta' l-appell tagħhom ir-rikorrenti jsostnu li billi ċaħad ir-rikors tagħhom fl-ewwel istanza, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji ta' dritt waqt l-eżami tal-motivi invokati fl-ewwel istanza bbażati, minn naħa, fuq il-ksur ta' l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal u ta' l-obbligu ta' premura u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-prinċipju ta' non-diskiriminazzjoni


Top