Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/43

    Kawża T-87/07: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Marzu 2007 — Scil Proteins vs L-UASI — Indena (affilene)

    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 26–27 (MT)

    26.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 117/26


    Rikors ippreżentat fit-22 ta' Marzu 2007 — Scil Proteins vs L-UASI — Indena (affilene)

    (Kawża T-87/07)

    (2007/C 117/42)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Scil Proteins GmbH (Halle, Il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Dalichau, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Indena SpA (Milan, L-Italja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut tat-23 ta' Jannar 2006, u d-deċiżjoni b'korriġendum tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-31 ta' Jannar 2007, Każ R 10/2006-2, in kwantu l-oppożizzjoni ġiet miċħuda fir-rigward tal-prodotti “estratti minn pjanti mediċinali għall-użu fl-[…] industriji tal-kosmetiċi u ta' l-ikel, u mhux għal skopijiet ta' dijanjosi”;

    tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Scil Proteins

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “affilene ”għal prodotti fil-Klassi 1 — Applikazzjoni Nru 2 751 931

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: L-applikant

    Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Komunitarja “AFFILIN ”għal prodotti fil-Klassijiet 1 u 5

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade marks in kwistjoni huma simili u jistgħu joħolqu konfużjoni anki fir-rigward tal-prodotti li għalihom il-Bord ta' l-Appell approva r-reġistrazzjoni.


    Top