EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/17

Kawża C-132/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Rechtbank van koophandel Brussel (Il-Belġju) fil- 5 ta' Marzu 2007 — Beecham Group plc, SmithKline Beecham plc, Glaxo Group Ltd, Stafford-Miller Ltd, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare NV, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV vs Andacon NV

ĠU C 117, 26.5.2007, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 9–10 (MT)

26.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Rechtbank van koophandel Brussel (Il-Belġju) fil-5 ta' Marzu 2007 — Beecham Group plc, SmithKline Beecham plc, Glaxo Group Ltd, Stafford-Miller Ltd, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare NV, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV vs Andacon NV

(Kawża C-132/07)

(2007/C 117/16)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel Brussel (Il-Belgju).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Beecham Group plc, SmithKline Beecham plc, Glaxo Group Ltd, Stafford-Miller Ltd, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare NV, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV.

Konvenuta: Andacon NV.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1891/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa pprojbit għad-dipartiment doganali kompetenti jew l-uffiċċju doganali kompetenti milli jipproċedi (jew milli jagħti l-permess li jipproċedi) għal komunikazzjoni, skond l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 (2), jew għal ispezzjoni, skond l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, għal daqshekk żmien li l-applikazzjoni għal azzjoni, imressqa qabel l-1 ta' Lulju 2004, tkun nieqsa mid-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1383/2003? Fi kliem ieħor, din l-aħħar dikjarazzjoni tikkostitwixxi kundizzjoni formali li għandha tiġi soddisfatta sabiex it-talba għal azzjoni jibqa' jkollha l-istess effetti?

2)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lid-dwana ta' Antwerp il-possibbiltà li tippreżenta lis-sid tat-trade mark sitt kampjuni li ttieħdu mill-merkanzija sabiex tkun tista' tiddetermina jekk din tirrigwardax jew le merkanzija ffalsifikata, fil-konsapevolezza tal-fatt li t-tali komunikazzjoni m'għandhiex titqjes li hija ispezzjoni ddettaljata skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, li fil-kuntest tiegħu mhuwiex permess li jiġu kkontrollati fid-dettal l-oriġini u l-provenjenza tal-merkanzija, u l-anqas analiżi teknika ddettaljata ta' kampjun ipprelevat, skond l-aħħar paragrafu ta' l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003? Jekk iva, din il-preżentazzjoni għandha ssir fi żmien tlett ijiem tax-xogħol previsti mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament?

3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 jipprekludi li l-uffiċjali Belġjani jipprovdu informazzjoni, miksuba fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tar-Regolament, barra mill-kanali previsti mir-Regolament — u, f'dan il-każ, il-Qorti tal-Prim'Istanza tirreferi fost oħrajn għall-Artikolu 9(2) u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 9(3) tar-Regolament — per eżempju fil-kuntest ta' smiegħ ta xhieda jew ta' produzzjoni ta' provi ordnati mill-qrati Belġjani?

4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 jipprekludi li l-informazzjoni miksuba permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 4(2) (ara t-tieni domanda) u 9(2) u (3), minbarra dawk koperti mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 9(3), ta' l-imsemmi Regolament jew li l-informazzjoni miksuba permezz ta' smiegħ ta' xhieda jew ta' preżentata ta' dokumenti ordnati mill-imħallef Belġjan (ara t-tielet domanda) jintużaw fil-kuntest ta' proċediment li mhuwiex proċediment intiż li tiġi kkonstatata falsifikazzjoni ta' merkanzija, bħall-proċediment intiż għall-ġlieda kontra l-importazzjonijiet paralleli?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 tal-21 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intelletwali u l-miżuri li għandhom jittiħedu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawn id-drittijiet (ĠU L 328, tat-30.10.2004, p. 16).

(2)  ĠU L 196, tat-2.8.2003, p. 7.


Top