Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/08

    Kawża C-113/07 P: Appell imressaq fis- 27 ta' Frar 2007 minn Selex Sistemi Integrati S.p.A kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla), fit- 12 ta' Diċembru 2006 fil-Kawża T-155/04, Selex Sistemi Integrati S.p.A. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 4–5 (MT)

    26.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 117/4


    Appell imressaq fis-27 ta' Frar 2007 minn Selex Sistemi Integrati S.p.A kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla), fit-12 ta' Diċembru 2006 fil-Kawża T-155/04, Selex Sistemi Integrati S.p.A. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-113/07 P)

    (2007/C 117/07)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Selex Sistemi Integrati S.p.A (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u D. Fioretti, avvocati)

    Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Eurocontrol — Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru

    Talbiet

    L-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Diċembru 2006, fil-kawża T-155/04, u r-rinviju tal-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fid-dawl ta' l-indikazzjonijiet li jogħġobha tagħti l-Qorti tal-Ġustizzja;

    Li l-Kummissjoni tiġi ordnata tbati l-ispejjeż ta' din il-kawża u dawk tal-kawża T-155/04.

    Motivi u argumenti prinċipali

    In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tqajjem sensiela ta' żbalji ta' dritt rispettivament rigward il-proċedura u l-mertu.

    Fuq l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-proċedura

    Fir-rigward ta' l-iżbalji ta' dritt, relattivi għall-proċedura, li wettqet il-Qorti tal-Prim'Istanza, ir-rikorrenti ssostni:

    il-ksur ta' l-Artikolu 116(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, billi din il-Qorti awtorizzat lil Eurocontrol tiġi nnotifikata bl-atti tal-kawża u tippreżenta nota bil-miktub;

    il-ksur ta' l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, minħabba interpretazzjoni żbaljata tal-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li l-motivi l-ġodda tar-rikorrenti jiġu ddikjarati inammissibbli;

    il-ksur ta' l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, minħabba li ma ġiex ikkunsidrat l-aġir tal-Kummissjoni fir-rigward tal-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li l-motivi l-ġodda tar-rikorrenti jiġu ddikjarati inammissibbli;

    il-ksur ta' l-Artikolu 66(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, minħabba li ma ngħatax digriet fuq it-talba għal miżuri istruttorji.

    Fuq l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-mertu

    Fir-rigward ta' l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-applikabbiltà ta' l-Artikolu 82 KE għall-attività ta' assistenza lill-amministrazzjonijiet nazzjonali li tiżvolġi Eurocontrol, ir-rikorreni ssostni:

    l-interpretazzjoni żbaljata tal-kontenut tad-deċiżjoni in kwistjoni;

    in-natura kontradittorja tal-motivazzjoni billi d-deċiżjoni in kwistjoni ma ġietx annullata minkejja li ntlaqa' l-ewwel motiv tar-rikors;

    in-natura kontradittorja tal-motivazzjoni, billi l-Qorti tal-Prim'Istanza ssostitwiet il-motivazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni in kwistjoni;

    in-nuqqas ta' osservanza tal-ġurisprudenza Komunitarja stabbilita fir-rigward tal-limiti ta' l-istħarriġ ġudizzjarju;

    l-iżball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tal-ksur ta' l-Artikolu 82 KE.

    Fir-rigward ta' l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-applikabbiltà ta' l-Artikolu 82 KE għall-attività ta' standardizzazzjoni li tiżvolġi Eurocontrol, ir-rikorrenti tallega:

    interpretazzjoni żbaljata tal-kontenut tad-deċiżjoni in kwistjoni;

    l-adozzjoni ta' kunċett ta' attività ekonomika li jmur kontra dak żviluppat mill-ġurisprudenza Komunitarja;

    interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza Komunitarja fir-rigward ta' servizzi ta' assistenza soċjali;

    il-vjolazzjoni ta' l-obbligu li tingħata motivazzjoni suffiċjenti.

    Fir-rigward ta' l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-applikabbiltà ta' l-Artikolu 82 KE għall-attività ta' riċerka u żvilupp (b'mod partikolari, l-akkwist ta' prototipi u s-sistema ta' proprjetà intellettwali) li tiżvolġi Eurocontrol, ir-rikorrenti ssostni:

    interpretazzjoni manifestament żbaljata tad-deċiżjoni in kwistjoni;

    l-adozzjoni ta' kunċett ta' attività ekonomika li jmur kontra dak żviluppat mill-ġurisprudenza Komunitarja;

    l-interpretazzjoni mhux korretta u żbaljata ta' l-elementi ta' prova mressqa mir-rikorrenti dwar in-natura ekonomika ta' l-amministrazzjoni tas-sistema ta' proprjetà intellettwali ta' Eurocontrol.


    Top