EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/04

Kawża C-94/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Bonn (Il-Ġermanja) fl- 20 ta' Frar 2007 — Andrea Raccanelli vs Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften e. V.

ĠU C 117, 26.5.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 2–3 (MT)

26.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Bonn (Il-Ġermanja) fl-20 ta' Frar 2007 — Andrea Raccanelli vs Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften e. V.

(Kawża C-94/07)

(2007/C 117/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Bonn (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andrea Raccanelli.

Konvenuta: Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften e. V.

Domandi preliminari

1)

Ir-rikorrent għandu jitqies li huwa ħaddiem impjegat, skond il-kunċett Ewropew ta' ħaddiem impjegat, jekk ma jiġix mitlub jaħdem iżjed milli jiġi mitlub minn studenti li qed jistudjaw għad-dottorat li jkollhom kuntratt ta' xogħol BAT/2 (Bundesangestellten — Tarifvertrag: ftehim kollettiv tal-ħaddiema tas-settur pubbliku)?

2)

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tkunx saret diskriminazzjoni biss meta l-konvenuta tkun ippermettiet lir-rikorrent almenu jagħżel bejn kuntratt ta' xogħol u borża ta' studju qabel ikun beda l-perijodu ta' l-istudji tiegħu tad-dottorat?

3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun li r-rikorrent imissu ngħata l-possibbiltà jikkonkludi kuntratt ta' xogħol, x'inhuma l-konsegwenzi legali fil-każ ta' diskriminazzjoni kontra l-barranin?


(1)  ĠU L 257, p. 2.


Top