Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2006/245A/01

Avviz għal Reklutaġġ – Deputat Direttur

ĠU C 245A, 12.10.2006, p. 1–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

12.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


AVVIZ GĦAL REKLUTAĠĠ

DEPUTAT DIRETTUR

(2006/C 245 A/01)

L-Europol iqis li rappreżentazzjoni bbilanċjata ta’ nisa u rġiel hija importanti daqs ir-rappreżentazzjoni adegwata taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri kollha, b’kont meħud ta’ rappreżentazzjoni ġeografika xierqa, u tal-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għal dan l-iskop, l-Europol jinkuraġġixxi b’mod partikolari lin-nisa mill-Istati Membri kollha sabiex japplikaw għal dan il-post tax-xogħol battal.

IL-MISSJONI TA’ L-EUROPOL

L-għan ta' l-Europol huwa dak li jgħin fit-titjib ta’ l-effikaċja u l-koperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda tal-forom serji kollha tal-kriminalità internazzjonali. Din il-missjoni ssir prinċiplament f’ambjent fejn jiġi mitkellem l-Ingliż.

1.   DESKRIZZJONI TAX-XOGĦOL

A.   Responsabbiltajiet prinċipali għall-Viċi Diretturi ta’ l-Europol

1.

J(t)ipprovdi tmexxija u direzzjoni lid-dipartiment sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' l-Europol;

2.

J(t)assigura l-amminstrazzjoni ta’ kuljum u t-tmexxija tal-personal fuq livell dipartimentali;

3.

J(t)ipprovdi preparazzjoni u implimentazzjoni xierqa tad-deċiżjonijiet tal-korpi rilevanti;

4.

J(t)assigura preparazzjoni u implimentazzjoni xierqa ta’ kwistjonijiet relatati mal-baġit fuq livell dipartimentali;

5.

J(Is)sostni u j(t)assisti lid-Direttur fl-iżvilupp strateġiku ta' l-Europol;

6.

J(t)issorvelja l-ippjanar korporattiv u l-ġestjoni tal-prestazzjoni fi ħdan id-dipartiment;

7.

J(t)ippromwovi l-kisbiet ta’ l-Europol lill-midja;

8.

I(t)mexxi u j(t)ippromwovi l-iżvilupp ta’ programmi li jqajmu l-għarfien;

9.

Iżomm kuntatt strett u jorganizza diskussjonijiet regolari mad-dipartimenti l-oħra;

10.

J(t)irrapreżenta u jieħu post id-Diretttur kif u meta meħtieġ;

11.

I(t)wettaq kull kompitu ieħor assenjat lilhom mid-Direttur.

B.   Responsabbiltajiet speċifiċi għall-post vakanti

Mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni tal-kompiti u responsabbiltajiet tad-Direttur, il-persuna li tingħata l-post se tkun, partikolarment responsabbli għal:

1.

It-tmexxija u l-kontroll tad-Dipartiment tal-Ġestjoni u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ l-unitajiet tiegħu;

2.

Tkompli tiżviluppa u tikkontrolla l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġiji li ġejjin:

a.

Ġestjoni ta’ l-Informazzjoni u Strateġija tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni;

b.

Strateġija ta’ l-informazzjoni sigrieta (inkl. Mudell ta’ l-Informazzjoni Sigrieta);

c.

Strateġija tal-Bureaux tal-Liaison;

3.

Il-ġestjoni tat-temma ta’ l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-Sistema ta' l-Informazzjoni;

4.

Il-forniment ta’ qafas fi ħdan l-organizzazzjoni għall-ġestjoni koerenti tad-dejtabejżis tiegħu kollha;

5.

Jassigura li l-Europol jipprovdi ħażna ta’ dejta u t-trażmissjoni tagħha b’mod effettiv u effiċjenti bejn l-Europol u imsieħba oħra ta’ koperazzjoni li magħhom l-Europol kien iffirma ftehim;

6.

Jisponsorja l-professjonaliżmu ta’ l-Europol fil-qasam tal-ġestjoni ta’ l-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni;

7.

Jaħdem bħala Koordinatur tal-Kunfidenzjalità;

8.

Jmexxi s-superviżjoni tal-proġett tat-tkabbir;

9.

Jassumi l-funzjoni temporanja bħala l-punt ta’ kuntatt tad-Direttorat għall-assitenza lill-Bureau ta’ Kollegament.

2.   KAPAĊITAJIET PERSONALI MEĦTIEĠA

L-Applikanti jkunu jridu juru għarfien tajjeb ħafna fil-Ġestjoni u fit-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni fuq livell maniġerjali għoli, preferibbilment fi ħdan kuntest internazzjonali. Għarfien u esperjenza fl-ambjent ta’ l-infurzar tal-liġi huma kkonsidrati bħala ta’ vantaġġ.

Barra minn hekk, l-applikanti ikunu meħtieġa li:

1.

ikollhom lawrja universitarja jew ekwivalenti;

2.

jkunu maniġers bl-esperjenza u fi grad għoli (minimu ta’ 10 snin ta’ esperjenza maniġerjali);

3.

jippossjedu kapaċitatjiet pruvati ta’ tmexxija (effikaċja meta jkunu jridu jikkonvinċu l-aċċettazzjoni ta' xi ideat u fl-iggwidar ta' grupp jew individwu sabiex iwettqu xi kompitu);

4.

juru kapaċiatjiet imprenditorjali b’saħħithom fil-mod ta’ kif jidentifikaw u jsegwu oqsma ġodda ta' attivitaijiet;

5.

juru ftehim strateġiku (viżjoni wiesgħa, l-abilità li jifhem kwistjonijiet kruċjali malajr u l-kapaċità li japplikaw viżjoni strateġika biex isib soluzzjoni għal problemi prattiċi).

6.

jkun kapaċi li jikkomunika b’mod effettiv (b’mod sewwa, ċar u fil-qosor, kemm orali kif ukoll bil-miktub) ma’ udjenzi kemm interni kif ukoll esterni u mal-midja. Konoxxenza tajba ta’ mill-anqas żewġ lingwi uffiċjali ta’ l-UE, inkluż l-Ingliż.

7.

juru u jżommu livell għoli ta' onestá u integritá (permezz ta' l-imġieba personali u eżembju għal ħaddieħor, inkluża t-trasparenza fl-azzjonijiet u fit-teħid ta' deċiżjonijiet u jinkoraġixxu imġieba etika f'ħaddieħor);

8.

juru kapaċitajiet tajba ta' influenzar fuq il-livelli l-aktar għoljin (jinfluenzaw lil ħaddieħor sabiex jintlaħaq ftehim jew isir impenn);

9.

ikollhom kapaċitajiet diplomatiċi eċċelenti u l-kapaċità li jaħdmu fuq kwistjonijiet sensittivi fuq l-ogħla livelli amministrattivi u politiċi;

10.

jipposjedu kapaċitajiet interpersonali b’saħħithom bis-saħħa li jispira u jimmotiva personal li jkun ġej minn diversi oqsma tal-ħajja kif ukoll ta’ nazzjonalitajiet differenti (li jkunu flessibbli u attivi fl-interazzjonijiet tiegħu, jaħdmu b’mod koperattiv u b’mod li jagħti sostenn meta jkun f’tim);

11.

ikunu jifilħu għall-istress (sabiex iżomm effikaċja kbira u approċċ pożittiv quddiem diffikultajiet u oppożizzjoni);

12.

juru li kapaċi jkunu innovattivi (kapaċità li joħroġu b’soluzzjonijiet ġodda għal sitwazzjonijiet ta’ xogħol, jirikonnoxxu u jaċċettaw soluzzjonijiet oriġinali),

13.

ikunu jafu jippjanaw u jorganizzaw b’mod effettiv (kapaċi li jistabbilixxu u jikkontrollaw metodu ta’ azzjoni xieraq kemm għalih/għaliha kif ukoll għall-oħrajn sabiex jiksbu għan speċifiku bl-użu approprijat ta’ riżorsi u jiddelegaw b’mod effettiv).

3.   KONDIZZJONIJIET GĦALL-IMPJIEG

Il-kandidat jista' jiġi mpjegat biss fuq il-kondizzjoni li huwa/hija ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u jgawdi drittijiet sħaħ bħala ċittadin fil-ġurnata ta’ l-applikazzjoni tiegħu/tagħha.

Il-Konvenzjoni ta’ l-Europol flimkien ma’ l-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998, li jistipula r-Regolamenti tal-Personal li huma applikabbli għall-Impjegati ta' l-Europol (1998/C/26/07), kif emendat mill-Att tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 (2003/C/24/01), jipprovdu l-qafas legali ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni.

Aktar informazzjoni tista’ tinsab f’www.europol.eu.int.

4.   ĦATRA

Il-kandidat li jintgħażel jiġi maħtur mill-Kunsill, wara li jottjeni l-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Europol, għal perjodu ta’ erba’ snin li jista’ jiġġedded darba biss.

5.   SALARJU

Skala tas-Salarju: 2

Is-salarju bażiku huwa EUR 13 180,56 

Minbarra dan, meta rilevanti, jistgħu jingħataw sussidji għall-familja:

5 % tas-salarju bażiku – konċessjoni għad-dar;

EUR 275,59 għal kull wild li huwa dipendenti;

EUR 1 198,24 – konċessjoni ta' espatrijazzjoni

Kontribuzzjonijiet soċjali u taxxi għandhom jiġu mnaqqsa mill-ammonti hawn fuq imsemmija.

6.   EŻAMI TAS-SIGURTÁ

L-applikanti li jintgħażlu jiġu soġġetti għal eżami tas-sigurtà (security screening) skond r-regolamenti dwar segretezza adottati skond l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol.

7.   DATI IMPORTANTI

Data ta’ l-għeluq għall-applikazzjoni: 60 jum mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Proċedura ta’ selezzjoni: l-ewwel semestru ta’ l-2007

Data minn meta jibda l-impieg: 1 ta’ Lulju 2007

8.   APPLIKAZZJONIJIET

L-Applikanti huma ġentilment mitluba li jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-miktub billi jużaw il-formola ta’ l-applikazzjoni li hija disponibbli fuq il-websajt ta’ l-Europol u jibgħatuhom lil:

Il-President tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Europol

C/o Il-Kap tar-Riżorsi Umani

L-Europol

Raamweg 47;

PO Box 90850

2509 LW, L-Aja;

L-Olanda

Faks: + 31 70 318 08 61

www.europol.eu.int

Persuna ta' Kuntatt:

Is-Sur C. Jechoutek, Assistant Direttur

Tel: + 31 70 302 53 61

E-mail: hru@europol.eu.int


Top