Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2006/014A/01

Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (EAC) – Pubblikazzjoni għal post battal għal Deputat Direttur Ġenerali (Grad A*15) (Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff) – COM/2006/10018

ĠU C 14A, 19.1.2006, p. 1–1 (CS, ET, EL, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

19.1.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


ID-DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-EDUKAZZJONI U L-KULTURA (EAC)

Pubblikazzjoni għal post battal għal Deputat Direttur Ġenerali (Grad A*15)

(Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff)

COM/2006/10018

(2006/C 14 A/01)

Il-Kummissjoni qiegħda tfittex li taħtar Deputat Direttur Ġenerali fid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC).

Deskrizzjoni sħiħa tax-xogħol, kriterji ta' għażla u dettalji ta' l-applikazzjoni jinsabu fis-sit

http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

L-uffiċjal għoli se jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u ta' impjieg tagħha. Il-pagi u l-kondizzjonijiet ta' impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bil-grad A*15. Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Sabiex ikunu eliġibbli l-kandidati għandhom:

ikunu ċittadini ta' wieħed mill-għaxar Stati Membri l-ġodda ta' l-Unjoni Ewropea (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja);

ikollhom grad universitarju li jagħti aċċess għal studji li jwasslu għal Dottorat;

ikollhom għallinqas 12-il sena esperjenza professjonali post-grad fuq livell li l-kwalifiki msemmija hawn fuq jagħtu aċċess għalih kif ukoll għallinqas sitt snin fuq livell għoli ta' maniġment;

ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien xieraq ta' lingwa uffiċjali oħra.

Jekk trid tapplika, għandek tinkiteb permezz ta' l-internet billi tmur fuq il-websajt

http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html u ssegwi l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw l-istadji varji tal-proċedura. Jekk jogħġbok innota li jrid ikollok indirizz postali elettroniku; dan se jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek.

Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hi l-20 ta' Frar 2006. Reġistrazzjoni online mhijiex se tkun possibbli wara 12: 00 nofsinhar, ħin ta' Brussell.


Top