Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62009TJ0017

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 taʼ Mejju 2012.
    Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi tal-informatika dwar sistema ta’ skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali (sistema EESSI) fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għall-persuni mobbli fl-Ewropa — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ interess ġuridiku — Responsabbiltà mhux kuntrattwali.
    Kawża T-17/09.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2012:243





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 taʼ Mejju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-17/09)

    “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi tal-informatika dwar sistema ta’ skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali (sistema EESSI) fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għall-persuni mobbli fl-Ewropa — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ interess ġuridiku — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

    1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt permezz ta’ sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punt 37)

    2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, li offerta tiġi miċħuda — Teħid inkunsiderazzjoni, bħala motivazzjoni, tar-risposti ta’ istituzzjoni għat-talbiet ta’ offerent eskluż — Kundizzjoni (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 38-45, 56, 73)

    3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-offerenti — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punti 65-68)

    4.                     Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Kunċett — Rikors ippreżentat minn offerent, eliminat qabel l-istadju li jippreċedi d-deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, kontra d-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Esklużjoni — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 114, 117-120)

    5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Dannu reali u ċert — Dannu li jirriżulta minn lucrum cessans — Dannu futur u ipotetiku — Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 122, 123)

    6.                     Proċedura — Spejjeż — Kundanna tal-parti li tirbaħ li tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti — Kundizzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 87(3)) (ara l-punti 130-132)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-ċaħda tal-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti VT/2008/019 EMPL EESSI, dwar il-provvista ta’ prodotti u servizzi tal-informatika fil-qafas tas-sistema EESSI (ĠU 2008/S 111-148 213), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Fuq