Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62009TJ0049
Judgment of the General Court (Eighth Chamber) of 19 April 2012.#Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE v European Commission.#Public service contracts — Community tendering procedure — Provision of services relating to the maintenance and development of the information systems of the Directorate-General for Regional Policy — Rejection of a tender — Action for annulment — Equal treatment — Duty to state reasons — Infringement of essential procedural requirements — Manifest error of assessment — Non‑contractual liability.#Case T‑49/09.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2012.
Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta’ servizzi relatati mal-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali ‘Politika reġjonali’ — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Ugwaljanza fit-trattament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali.
Kawża T-49/09.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2012.
Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta’ servizzi relatati mal-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali ‘Politika reġjonali’ — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Ugwaljanza fit-trattament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali.
Kawża T-49/09.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2012:186
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-49/09)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta’ servizzi relatati mal-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali ‘Politika reġjonali’ — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Ugwaljanza fit-trattament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”
1. Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(2)) (ara l-punti 33-37, 45)
2. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punt 56)
3. Proċedura — Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti — Obbligi ta’ min iressaq it-talba (ara l-punt 83)
4. Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 89, 90)
5. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza — Portata tal-obbligu ta’ trasparenza (ara l-punti 107-110)
6. Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 127, 128)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Novembru 2008, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti REGIO‑A4‑2008‑01, intiża għall-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali “Politika Reġjonali”, (ĠU 2008/S 117-155067), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni. |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż. |