Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62006TJ0072

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Novembru 2011.
    Groupe Gascogne SA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Limitu massimu ta' 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Proporzjonalità.
    Kawża T-72/06.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2011:671





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 – Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-72/06)

    “Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-boroż industrijali tal-plastik – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Multi – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Proporzjonalità”

    1.                     Rikors għal annullament - Sentenza ta’ annullament - Effetti - Annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni - Effetti fuq id-destinatarji li ma jkunux ippreżentaw rikors - Assenza (Artikoli 81 KE, 230 KE u 249 KE) (ara l-punt 20)

    2.                     Proċedura - Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża - Kundizzjonijiet - Motiv ibbażat fuq elementi rrivelati fil-mori tal-kawża - Dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona - Fatt ġdid li jiġġustifika l-introduzzjoni tardiva ta’ lment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza - Esklużjoni (Artikolu 6 TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punti 27-30)

    3.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha - Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 66-71, 92)

    4.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Ammont massimu - Kalkolu - Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni - Dħul mill-bejgħ akkumulat tal-kumpanniji kollha li jifformaw l-entità ekonomika li taġixxi bħala impriża - Obbligu għall-Kummissjoni li turi l-assenza ta’ awtonomija tas-sussidjarji kollha tal-grupp - Assenza (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 106-115)

    5.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Iffissar tal-multa proporzjonalment għall-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 128, 130, 131)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali u talba ta’ tibdil tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Diċembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/38354 – Boroż industrijali), dwar akkordju fuq is-suq tal-boroż industrijali tal-plastik u talba ta’ tibdil tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Groupe Gascogne SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Fuq