EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62008TJ0582

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010.
Carpent Languages SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Organizzazzjoni ta' laqgħat u konferenzi - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Trattament ugwali.
Kawża T-582/08.

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2010:379





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 – Carpent Languages vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-582/08)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja – Organizzazzjoni ta’ laqgħat u konferenzi – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Trattament ugwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punt 28)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, li tiċħad offerta - Evalwazzjoni fir-rigward tal-elementi ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149) (ara l-punti 37-39, 43-46)

3.                     Rikors għal annullament - Motivi - Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 51)

4.                     Rikors għad-danni - Awtonomija mir-rikors għal annullament - Limiti - Motivi identiċi li huma l-bażi għaż-żewġ rikorsi (Artikolu 288 KE) (ara l-punti 84-86)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta li saret mir-rikorrenti għal-lott Nru 4 “Provvista ta’ gruppi ta’ interpreti skont il-bżonnijiet lingwistiċi ta’ kull avveniment” tas-sejħa għal offerti VT/2008/036 (Kuntratti f’bosta oqsma għal servizzi għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat u konferenzi), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2008, li tagħti lill-kumpannija li ntgħażlet il-kuntratt għal-lott Nru 4, kif ukoll talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tad-danni f’każ li l-Qorti Ġenerali ma tilqax it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carpent Languages SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.

Fuq