Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62004TJ0457

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Ottubru 2008.
    Camar Srl vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Miżuri tranżitorji - Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 - Sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni - Rifjut li tiġi eżegwita sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Rikors għal annullament - Talba sabiex tiġi ordnata l-eżekuzzjoni tas-sentenza permezz tal-ħlas ta’ ammonti ekwivalenti - Kumpens għad-dannu morali - Astensjoni illegali mill-Kummissjoni - Rikors għad-danni - Interruzzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni - Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà.
    Każijiet Magħquda T-457/04 u T-223/05.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2008:439





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008 – Camar vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-457/04 u T-223/05)

    “Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Banana – Miżuri tranżitorji – Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 – Sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni – Rifjut li tiġi eżegwita sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Rikors għal annullament – Talba sabiex tiġi ordnata l-eżekuzzjoni tas-sentenza permezz tal-ħlas ta’ ammonti ekwivalenti – Kumpens għad-dannu morali – Astensjoni illegali mill-Kummissjoni – Rikors għad-danni – Interruzzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni – Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà”

    1.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni (Artikoli 230 KE, 232 KE, u 233 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 39-41, 49, 50)

    2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Nuqqas tal-obbligu ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 57, 58, 60-62)

    3.                     Rikors għad-danni – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Preskrizzjoni ta’ ħames snin (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 75, 77, 79, 80)

    Suġġett

    Għal dak li jikkonċerna l-kawża T-457/04, fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni li teżegwixxi l-punt (1) tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T-79/96, T-260/97 u T-117/98, Ġabra p. II-2193), li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Settembru 2004, fit-tieni lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata teżegwixxi l-punt (1) tad-dispożittiv tas-sentenza Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, billi tħallas l-ammonti ekwivalenti għall-valur taċ-ċertifikati mhux maħruġa u, fit-tielet lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu morali, u, għal dak li jikkonċerna l-kawża T-223/05, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas kumpens, bħala riżultat tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità Ewropea, għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-“Agrikoltura” tal-10 ta’ Settembru 2004, li tirrifjuta li teżegwixxi l-punt (1) tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T-79/96, T-260/97 u T-117/98, Ġabra p. II-2193) hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors fil-kawża T-457/04 huwa miċħud bħala infondat.

    3)

    Ir-rikors fil-kawża T-223/05 huwa miċħud bħala inammissibbli.

    4)

    Fil-kawża T-457/04, Camar Srl u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed nofs l-ispejjeż tagħhom u nofs l-ispejjeż tal-parti l-oħra.

    5)

    Fil-kawża T-223/05, Camar hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.

    Fuq