Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62005TJ0317

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla) tas-7 ta' Frar 2007.
    Kustom Musical Amplification, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali - Forma ta' kitarra - Motiv assolut ta' rifjut -Ksur tad-drittijiet tad-difiża- Motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
    Kawża T-317/05.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2007:39

    SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (It-Tielet Awla)

    7 ta’ Frar 2007 (*)

    “Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali – Forma ta' kitarra – Motiv assolut ta’ rifjut –Ksur tad-drittijiet tad-difiża– Motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

    Fil-kawża T‑317/05,

    Kustom Musical Amplification, Inc., stabbilita f' Cincinatti, Ohio (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn M. Edenborough, barrister, u T. Bamford, solicitor,

    rikorrenti

    vs

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), irrappreżentat minn A. Folliard-Monguiral, bħala aġent,

    konvenut

    li għandha bħala suġġett rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-UASI tas-7 ta' Ġunju 2005 (każ R 1035/2004‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark tridimensjonali li tippreżenta ruħha taħt il-forma ta' kitarra bħala trade mark Komunitarja,

    IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (It-Tielet Awla),

    komposta minn M. Jaeger, President, V. Tiili u O. Czúcz, Imħallfin,

    Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,

    wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fis-16 ta' Awwissu 2005,

    wara li rat ir-risposta ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-11 ta' Novembru 2005

    wara s-seduta ta' l-10 ta' Lulju 2006

    tagħti l-preżenti

    Sentenza

     Il-fatti li wasslu għall-kawża

    1       Fit-28 ta' Mejju 2003, ir-rikorrenti ppreżentat applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ma' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1), kif emendat, li tirrigwarda trade mark tridimensjonali li tirrapreżenta l-forma ta' kitarra, riprodotta hawn taħt:

    Image not found Image not found

    2       It-trade mark mitluba tirrapreżenta l-forma ta' mudell ta' kitarra msejħa "BEAST", tal-linja ta' produzzjoni BC Rich tar-rikorrenti.

    3        L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tippreċiża dak li ġej:

    "[I]t-trade mark hija disinn ta' forma fantażjuża tal-forma ta' kitarra. L-manku, r-ras, il-kordi, il-mikrofonu u elementi oħra tal-kitarra huma ddisjinati bit-tikkek madwarhom u ma jagħmlux parti mit-trade mark."

    4       Il-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jaqgħu taħt il-klassi 15 skond il-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta' Trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: "Strumenti bil-kordi, b'mod partikolari kitarri".

    5       B'Deċiżjon B'deċiżjoni tas-7 ta' Settembru, l-eżaminatur ċaħad it-talba għal reġistrazzjoni għar-raġuni li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma kellhiex karattru distintiv skond l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, (iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni ta' l-eżaminatur").

    6       Fl-4 ta' Novembru 2004, ir-rikorrenti ressqet appell quddiem il-UASI kontra d-deċiżjoni ta' l-eżaminatur.

    7       L-appell ġie miċħud bid-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-UASI tas-7 ta' Ġunju 2005 (iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni kkontestata"). Din essenzjalment ikkunsidrat illi d-dilettant medju tal-kitarri huwa mdorri li jara numru kbir ta' mudelli ta' kitarri elettriċi, f’forom numerużi u stravaganti, u b’mod partikolari numru kbir ta' kitarri bil-ponta, tat-tip li ma jarax fil-forma li ma tiddistingwix ruħha b'mod sinifikanti minn dik ta' kitarri elettriċi oħra l-indikazzjoni ta' oriġini, iżda jara l-forma in kwistjoni bħala ornament.

     It-talbiet tal-partijiet

    8       Fir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex jogħġobha:

    –       tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli;

    –       tannulla d-deċiżjoni kkontestata, jew sussidjarjament tannullaha parzjalment billi tillimita l-lista ta' prodotti msemmija fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għall-"istrumenti bil-kordi, jiġifieri [għall-] kitarri elettriċi, professjonali" li jaqgħu taħt il-klassi 15 skond il-Ftehim ta' Nizza;

    –       tirrinvija l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lil UASI sabiex jipproċedi għall-formalitajiet ta' pubblikazzjoni;

    –       tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż inklużi dawk li hija sostniet matul il-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell u quddiem l-eżaminatur.

    9       Matul is-seduta, r-rikorrenti mmodifikat it-talba sussidjarja tagħha għal annullament parzjali, billi ppreċiżat li li hija kellha l-intenzjoni li tillimita l-lista ta' prodotti għal "istrumenti bil-kordi, jiġifieri [għall-] kitarri elettriċi. Barra minn hekk, hija rrinunzjat it-talba tagħha intiża sabiex il-UASI jiġi ordnat ibati l-ispejjeż sostnuti waqt il-proċedura quddiem l-eżaminatur.

    10     L-UASI jitlob li l-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex jogħġobha:

    –       tiċħad tiċħad bħala inammissibbli talbiet prinċipali tar-rikorrenti safejn huma intiża sabiex : a) il-Qorti tal-Prim'Istanza tordna lil UASI jippubblika l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ; b) il-Qorti tal-Prim'Istanza tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tal-lista ġdida ta' prodotti; c) il-Qorti tal-Prim' Istanza tordna lil UASI jbati l-ispejjeż sostenuti mir-rikorrenti matul il-proċedura quddiem l-eżaminatur;

    –       fil-każ fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza tikkunsidra li r-rikors huwa intiż li jwassal għal ksur allegat ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94, tddikjara dan il-"motiv" bħala inammissibili;

    –       tiċħad ir-rikors bħala infondat għall-bqija jew għat-talbiet prinċipali kollha jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li huma ammissibili;

    –       tordna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

     Fuq l-ammissibbiltà

    11     Għal dak li jikkonċerna t-tielet talba prinċipali intiża sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza ġġiegħel lil UASI jippubblika l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, ir-rikorrenti ppreċiżat, matul is-seduta, li hija ma talbitx il-pubblikazzjoni tat-trade mark mitluba iżda li l-Qorti tal-Prim'Istanza ġġiegħel lil UASI jipproċedi għal eżami ġdid tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

    12     Skond l-Artikolu 63(6) tar-Regolament Nru 40/94, il-UASI huwa meħtieġ li jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza mal-qorti Komunitarja. Għaldaqstant, mhuwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tindirizza inġunzjoni lill-UASI. Huwa dan ta’ l-aħħar li għandu jasal għall-konsegwenzi mid-dispożittiv u mill-motivi tas-sentenzi tal-qorti Komunitarja [sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-31 ta’ Jannar 2001, Mitsubishi HiTec Paper Bielefeld vs l-UASI (Giroform), T-331/99, Ġabra p. II-433, punt 33 ; tas-27 ta' Frar 2002, Eurocool Logistik vs L-UASI (EUROCOOL), T-34/00, Ġabra p. II-683, punt 12; tal-21 ta' April 2005, Ampafrance vs L-UASI – Johnson & Johnson (monBeBé), T 164/03, Ġabra. p. II 1401, punt 24, u tal-5 ta' April 2006, Madaus vs L-UASI – Optima Healthcare (ECHINAID), T 202/04, għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 14].

    13     Għaldaqstant, it-tielet talba prinċipali tar-rikorrenti hija inammissibbli.

    14     Fir-rigward ta' l-ammissibbiltà tat-talba sussidjarja li tinsab fit-tieni talba prinċipali, din ser tiġi eżaminata biss fil-każ fejn it-talba prinċipali tiġi miċħuda.

     Fuq il-mertu

    15     Ir-rikorrenti tressaq motiv wieħed, fis-sustanza maqsum f'żewġ partijiet, ibbażati, minn naħa fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u fuq ksur tad-dritt għal smigħ u min-naħa l-oħra, fuq ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b), tar-Regolament Nru 40/94.

     L-argumenti tal-partijiet

    16     Ir-rikorrenti takkuża lil UASI li fid-deċiżjoni ta' l-eżaminatur u fid-deċiżjoni kkontestata uża diversi referenza mill-paġni internet, minghajr ma kkomunika l-kontenut eżatt ta' dawn il-paġni taħt il-forma ta' kopja pprintjata.

    17     F'dan ir-rigward, hija tosserva li tnejn mis-siti ta’ l-internet iċċitati mill-eżaminatur ma kinux aċċessibbli meta hija pprovat tidħol fihom. Hija tikkunsidra li l-komunikazzjoni tar-referenzi biss għas-siti ta’ l-internet ma tistabbilixxix il-prova tal-paġni oriġinali fuq is-sit in kwistjoni, iżda hija biss xhieda ta' l-eżaminatur fir-rigward tal-kontenut tas-sit.

    18     Fir-rigward tar-referenzi għall-ħames siti ta’ l-internet li r-rikorrenti irnexxielha tikkonsulta, hija tikkunsidra li ma teżisti l-ebda ċertezza li l-kontenut tal-paġni tagħhom huwa l-istess bħal dak li l-eżaminatur ibbaża l-konklużjonijiet tiegħu peress li l-paġni ta’ l-internet jiġu aġġornati b'mod regolari.

    19     Ir-rikorrenti issostni li l-ispjegazzjoni li pprovda l-Bord ta' l-Appell dwar in-nuqqas ta' aċċessibbiltà u l-bdil possibbli tal-kontenut ta' l-imsemmija paġni internet, jiġifieri li "l-eżaminatur għamel referenza ċara għal xi siti internet li mhumiex temporanji iżda huma dawk ta' fabbrikanti ta' kitarri rinomati", ma jneħħix l-inċertezza fir-rigward ta' l-informazzjoni li kienet disponibbli matul il-konsultazzjoni tas-siti ta’ l-internet mill-eżaminatur, peress li għandu jiġi preżunt li paġna internet tiġi mmodifikata minn żmien għal żmien, indipendentement mir-reputazzjoni tal-kumpannija li toperaha.

    20     Ir-rikorrenti ssostni li mhuwiex aċċettabbli li l-Bord ta' l-Appell għamel referenza, u bbaża ruħu fuq, xi dokumenti li hija ma kinitx f'pożizzjoni li tikkumenta fuqhom, u li ma kinux tressqu, u għaldaqstant li ma kinux ġew ammessi fil-proċedura.

    21     L-UASI jikkunsidra, fir-rigward ta' l-allegazzjoni tar-rikorrenti skond liema nkiser id-dritt tagħha għal smiegħ xieraq, li anki jekk dan kien il-każ, tali ksur ma jiġġustifikax l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata jekk id-deċiżjoni ġiet effettivament korretta [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2004, KWS Saat vs L-UASI, C 447/02 P, Ġabra p. I 10107, punt 60, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Lulju 2005, Sunrider vs L-UASI (TOP), T 242/02, Ġabra p. II 2793, punt 65].

    22     llIIIPPL-UASI jżid li, peress li r-rikorrenti hija professjonali fis-settur kkonċernat, għandha tkun tista' tirkonoxxi l-forom tal-kitarri evokati mill-Bord ta' l-Appell. Minbarra dan, l-eżistenza ta' diversità kbira ta' forom ta' kitarri, inklużi l-"kitarri bil-ponta" huwa fatt magħruf li jista' jsir magħruf minn fonti li huma ġeneralment aċċessibbli [sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Ġunju 2004, Ruiz-Picasso et vs L-UASI – DaimlerChrysler (PICARO) T-185/02, Ġabra p. II-1739, punt 29]. Ir-referenza tal-Bord ta' l-Appell għal varjetà tal-forom ta' kitarri għaldaqstant ma kkawżatx dannu għad-drittijiet ta' difiża tar-rikorrenti.

    23     Barra minn hekk, il-konklużjoni tal-Bord ta' l-Appell skond liema is-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni huwa wieħed mid-diversi forom "bil-ponta" ta' kitarri fuq is-suq seta’ ġie sostnut mid-diversi provi dokumentarji prodotti mir-rikorrenti fl-ittra tagħha tat-13 ta' Awwissu 2004.

     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim Istanza

    24     Qabel kollQabel kollox, għandu jiġi mfakkar li, skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94, id-deċiżjonijiet tal-UASI għandhom ikunu bbażati biss fuq raġunijiet jew fuq xhieda fir-rigward ta' liema l-partijiet ikkonċernati kellhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom.

    25     Skond din id-dispożizzjoni, il-Bord ta’ l-Appell tal-UASI jista’ jibbaża d-deċiżjoni tiegħu biss fuq elementi ta’ fatt jew ta’ dritt li fuqhom il-partijiet setgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Konsegwentement, fil-każ fejn il-Bord ta’ l-Appell jiġbor ex uffiċio elementi ta’ fatti intizi sabiex iservu ta’ bażi għad-deċiżjoni tiegħu, huwa għandu l-obbligu li jikkomunikhom lill-partijiet sabiex dawn ikunu jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (sentenza KWS Saat vs L-UASI, punt 21 iktar ‘il fuq, punti 42 u 43, u TOP, punt 21 iktar ‘il fuq, punt 59).

    26     L-imsemmija dispożizzjoni tistabbilixxi, fil-kuntest tad-dritt tat-trade marks Komunitarji, l-prinċipju ġenerali ta' protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża [sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Settembru 2005, Citicorp vs L-UASI (LIVE RICHLY), T 320/03, Ġabra p. II 3411, punt 21]. Skond dan il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju, id-destinatarji tad-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet pubbliċi li jaffettwaw b'mod sustanzjali l-interessi tagħhom għandhom ikollhom l-opportunità li jressqu l-opinjoni tagħhom b'mod effettiv (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Ottubru 1974, Transocean Marine Paint vs Il-Kummissjoni, 17/74, Ġabra p. 1063, punt 15; sentenzi EUROCOOL, punt 12 iktar 'il fuq, punt 21 u LIVE RICHLY, iċċitata iktar 'il fuq, punt 22).

    27     Id-dritt għal smigħ xieraq japplika għall-elementi kollha ta' fatt jew ta' dritt li jikkostitwixxu l-bażi ta' l-att deċiżjonali u mhux għall-pożizzjoni finali li l-amministrazzjoni għandha l-intenzjoni li tadotta [sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Diċembru 2003, AUDI vs L-UASI (TDI), T-16/02, Ġabra p. II-5167, punt 75].

    28     Fir-rigward tal-kawża preżenti, minn naħa, il-UASI kkomunika xi links fuq l-internet, mingħajr ma pprovda lir-rikorrenti kopja pprintjata tal-kontenut tagħhom, f'żewġ ittri tat-23 ta' Frar 2004 u tat-13 ta' Mejju 2004 rispettivament, fejn informa lir-rikorrenti, skond ir-Regola 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/65, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament Nru 40/94 (ĠU L 303, p. 1), li l-forma li għaliha saret l-applikazzjoni ma kinitx eliġibbli għar-reġistrazzjoni (iktar il-quddiem rispettivament l-"ewwel komunikazzjoni tal-motivi ta’ rifjut" u t-"tieni komunikazzjoni tal-motivi ta' rifjut"). Min-naħa, l-Bord ta' l-Appell ikkomunika, mingħar ma ttrażmetta lir-rikorrenti kopji pprintjati, għoxrin indirizz ta' links internet, fejn indirizz wieħed kien identiku għal dak iċċitat fit-tieni komunikazzjoni tal-motivi ta' rifjut.

    29     Fl- Fl-ewwel komunikazzjoni tal-motivi ta' rifjut, l-eżaminatur ikkunsidra li l-forma li għaliha saret l-applikazzjoni hija standard fil-kategorija ta' strumenti ġeneralment magħrufa bħala "kitarri bil-ponta" u, għaldaqstant mhijiex indikazzjoni ta' l-oriġni. Huwa żied jgħid li "tfittxija qasira fuq l-internet [kienet] uriet li numru kbir ta' fabbrikanti kbar jipprod[uċu] l-kitarri kollha li għandhom forma simili". F'dan ir-rigward, l-eżaminatur isemmi s-sit internet tar-rikorrenti, kif ukoll żewġ paġni li jappartjenu għal fabbrikanti oħra. Huwa jikkonkludi li "[f]id-dawl tal-prova miksuba, it-trade mark hija kkunsidrata bħala li hija nieqsa minn kull karattru distintiv".

    30     Fit-tieni komunikazzjoni tal-motivi ta' rifjut, l-eżaminatur jindika li "r-riżultati tat-tfittxija internet ikkomunikati lir-rikorrenti servew bħala bażi għar-rifjut tat-trade mark mill-UASI". Wara huwa rrefera għal links lejn ħames paġni internet ta' fabbrikanti tal-kitarri u kkonkluda li dawn il-provi "jindikaw […] li forom simili ħafna għall-forma li għaliha saret l-applikazzjoni jintużaw minn terzi fis-settur relevanti.

    31     Fid-deċiżjoni ta' l-eżaminatur, huwa rrettifika l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tar-rwol u l-importanza ta' l-elementi ta' prova fir-rigward ta’ l-indirizzi tal-links ta’ l-internet u li jikkonsistu fit-tfittxija internet imsemmija fil-kommunikazzjonijiet tal-motivi ta' rifjut. Huwa jindika:

    "[I]r-referenzi internet […] ma jistgħu qatt jifformaw l-unika bażi sabiex titqajjem oġġezzjoni. Wara li kkunsidra l-fatti kollha ta' din il-kawża, l-UASI ddeċieda li r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(b) [tar-Regolament Nru 40/94 ] u pprovda raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni. Dawn ir-raġunijiet huma sostnuti minn xi referenzi internet misjuba mill-UASI iżda mhumiex ibbażati biss fuqhom."

    32     Madankollu, l-Qorti tal-Prim'Istanza tikkonstata li d-deċiżjoni ta' l-eżaminatur ma ssemmi ebda prova ġdida li tikkostitwixxi l-bażi fattwali ta' l-analiżi u li tisosstitwixxi r-riċerka internet ikkomunikata lir-rikorrenti taħt il-forma ta' l-imsemmija links.

    33     Il-Bord ta' l-Appell jafferma fil-punt 20 tad-deċiżjoni kkontestata dak li ġej:

    "[I]l-forom ta' kitarri attwalment offerti fuq is-suq huma prattikament bla limitu […] L-ewwelnett, […] jidher li dan l-istil jinstab komunement [bil-ponta] fil-[[forom] tal-kitarri ta' l-elettriku oħra differenti fuq is-suq, ġeneralment magħrufa bħala "kitarri bil-ponta" […] It-tieni nett, jidher li l-kitarri ta’ l-elettriku heavy metal u hard-rock huma ġeneralment mibjugħa f'varjeta kbira ta' forom […] u b'xi dettalji ta' disinn stravaganti". Wara l-Bord ta' l-Appell jagħti "xi eżempji li jibdew mis-siti li għalihom l-eżaminatur għamel referenza" u jelenka seba' links Internet.

    34     Skond il-punt 21 tad-deċiżjoni kkontestata, is-siti ta’ l-internet iċċitati mill-eżaminatur ippreżentaw assortiment ta' mudelli ta' kitarri, b'varjeta kbira ta' disinji bil-ponta […] ftit jew wisq simili għall-forma li għaliha saret l-applikazzjoni, li tqiegħdu fis-suq minn diversi fabbrikanti ta’ kitarri". Sabiex "tagħti biss xi eżempji li jibdew mis-siti li għalihom l-eżaminatur għamel referenza", id-deċiżjoni kkontestata tispeċifika tmien links internet.

    35     Fil-punt 22 tad-deċiżjoni kkontestata, l-Bord ta' l-Appell iżid li "s-siti internet diġa ċċitati mill-eżaminatur fihom bosta mudelli ta' " kitarri bil-ponta" […] li huma simili ħafna, kważi identiċi, għall-forma li għaliha saret l-applikazzjoni" u ssemmi ħames links ta' internet oħra.

    36     L-eww L-ewwel ilment tar-rikorrenti dwar id-dritt li jkollha smigħ xieraq jikkonċerna s-seba indirizzi tal-links internet li jappartjenu lill-prodotturi l-oħra tal-kitarri mibgħuta, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fil-komunikazzjonijiet tal-motivi ta' rifjut. F'dan il-kuntest, ir-rikorrenti tikkritika n-nuqqas ta' kopji pprintjati tal-paġni li għalihom dawn il-links jirreferu fil-mument tal-kunsiderazzjoni tagħhom mill-eżaminatur u mill-Bord ta' l-Appell. Bit-tieni lment tagħha dwar id-dritt li jkollha smigħ xieraq, li jirrigwarda d-dsatax-il links li ġew ikkomunikati lilha għall-ewwel darba fid-deċiżjoni kkontestata, hija tikkritika mhux biss in-nuqqas ta' kopji pprintjati,iżda wkoll il-kunsiderazzjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' dawn il-links ta’ l-internet, peress li dawn jikkonsistu f'elementi ta’ fatt li fuqhom hija ma setgħetx tieħu pożizzjoni qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

    37     Fir-rigwFir-rigward ta' l-ewwel ilment tar-rikorrenti li hija diġà ressqet fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Bord ta' l-Appell, skond liema hija ma setgħetx tikkonsulta diversi links ikkomunikati mill-eżaminatur minħabba n-nuqqas ta' aċċessibbiltà tagħhom u skond liema, anki fil-każ fejn dawn il-links kienu aċċessibbli, hija ma kellhiex iċ-ċertezza li ssib il-forom ta' kitarri li fuqhom l-eżaminatur kien ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, l-Bord ta' l-Appell tafferma fil-punt 39 tad-deċiżjoni kkontestata dan li ġej:

    "[H]uwa veru li, jekk hemm referenzi għal paġni ta' internet temporanji, kopja pprintjata għandha tkun aċċessibbli għal min jagħmel l-applikazzjoni [għat-trade mark Komunitaja], jekk dan jitlobha. Madankollu, fil-kawża preżenti, l-eżaminatur jagħmel referenza ċara għal siti ta’ l-internet li mhumiex temporanji iżda huma dawk ta' manifatturi ta' kitarri rinomati."

    38     Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, matul is-seduta, l-UASI afferma li l-kontenut tal-links ta’ l-internet kien tbiddel sadanittant u li ċerti paġni ta’ l-internet, li għalihom il-links jirreferu, kienu sparixxew. Huwa iindika wkoll li ma kellux kopji pprintjati li seta’ jipprovdi lill-Qorti tal-Prim'Istanza.

    39     Isegwi li l-argumenti mressqa mill-UASI fil-punt 39 tad-deċiżjoni kkontestata ma jirrispondu bl-ebda mod għall-ewwel ilment tar-rikorrenti, dwar id-dritt li jkollha smigħ xieraq.

    40     Fir-rigward ta' l-argument tal-UASI skond liema r-rikorrenti, billi hija professjonista fis-settur in kwistjoni, kellha tkun taf il-forom tal-kitarri evokati mill-eżaminatur u mill-Bord ta' l-Appell, għandu jiġi rrilevat li l-UASI ammetta fis-seduta li l-uniku mod biex jiġu identifikati l-forom tal-kitarri li l-eżaminatur u l-Bord ta' l-Appell kienu rreferu għalihom kien il-ftuħ tal-links in kwistjoni.

    41     Huwa madankollu ċar li dan il-mod ta' identifikazzjoni tal-forom in kwistjoni huwa inoperabbli fil-każ fejn il-link in kwistjoni mhuwiex aċċessibbli u ma jeskludix il-possibbiltà li dan il-link mogħti jwassal, f’mument sussegwenti, għal kitarra li hija differenti għal dik ikkunsidrata mill-eżaminatur jew mill-Bord ta' l-Appell.

    42     Fir-rigward ta' ċerti links aċċessibbli li jwasslu għal diversi forom ta' kitarri, l-UASI afferma, matul is-seduta, li l-identifikazzjoni tal-forma speċifika li ġiet ikkunsidrata mill-Bord ta' l-Appell ma kinitx possibbli ħlief b'kuntatt mar-Relatur fi ħdan il-Bord ta' l-Appell.

    43     Għaldaqstant, fir-rigward ta' l-ewwel ilment tar-rikorrenti dwar id-dritt għal smigħ xieraq, il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkonstata li l-unika komunikazzjoni ta' l-indirizzi tal-links ta’ l-internet fiż-żewġ komunikazzjonijiet tal-motivi ta' rifjut, mingħajr ma ġew ipprovduti kopji pprintjati tal-paġni li għalihom l-imsemmija links iwasslu, ma ppermettietx lir-rikorrenti li tiddentifika, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-forom tal-kitarri kkunsidrati mill-Bord ta' l-Appell.

    44     F'dak li jirrigwarda t-tieni lment tar-rikorrenti, għandu wkoll jiġi rrilevat li hija ma setgħetx, anki teoretikament, taċċedi qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata għad-19-il link li ġew ikkomunikati lilha għall-ewwel darba biss fid-deċiżjoni kkontestata (ara punti 33 sa 35 iktar 'il fuq).

    45     BħalaBħala konsegwenza, għandu jiġi konkluż li l-Bord ta' l-Appell ikkunsidra, fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, elementi ta' fatt li ma kinux ġew ikkomunikati lir-rikorrenti qabel l-adozzjoni ta' l-imsemmija deċiżjoni.

    46     Billi għamel dan, huwa kiser it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94.

    47     Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk dan il-ksur ta' dritt għal smigħ xieraq jikkonċerna l-elementi ta' fatt li jikkostitwixxu l-bażi tad-deċiżjoni kkontestata.

    48     F'dan ir-rigward, iF'dan ir-rigward, l-UASI jsostni li l-konklużjoni ta' rifjut tat-talba kienet ibbażata fuq analiżi indipendenti mir-riċerka fuq l-internet in kwistjoni. F'dan ir-rigward, huwa jsostni li l-eżistenza ta' diversità kbira fil-forom tal-kitarri, inklużi l-"kitarri bil-ponta", hija fatt magħruf u li l-konklużjoni skond liema s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni huwa wieħed minn bosta forom "bil-ponta" fuq is-suq hija sostnuta mill-provi dokumentarji prodotti mir-rikorrenti. Matul is-seduta, l-UASI ppreċiża li l-punti 15, 24, 25 u 29 tad-deċiżjoni kkontestata, li fuqhom id-deċiżjoni ta’ rifjut tistrieħ mhumiex marbuta mar-riċerka fuq l-internet magħmula mill-eżaminatur u l-Bord ta' l-Appell.

    49     Għandu jiġi rrilevat li l-punti msemmija iktar 'il fuq fihom, essenzjalment, żewġ affermazzjonijiet : l-ewwelnett, li teżisti diversità kbira ta' forom ta' kitarri fuq is-suq, li għalhekk timpedixxi lill-konsumaturi milli jikkunsidraw il-forma tal-kitarri bħala indikazzjoni ta' l-oriġni. It-tieni nett, il-forma li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex differenti b'mod sinifikanti mill-forom l-oħra li għandhom il-kitarri heavy metal fuq is-suq, u għaldaqstant ma tippermettix li l-konsumaturi jikkunsidrawha bħala identifikazzjoni ta' l-oriġni.

    50     F'daF'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-UASI jillimita ruħu li jsostni li d-diversità kbira fil-forom tal-kitarri fuq is-suq huwa fatt magħruf u li, skond huwa, il-fatt li l-forma li għaliha saret l-applikazzjoni tappartjeni fil-kategorija tal-kitarri bil-ponta jirriżulta mid-dokumenti mressqa mir-rikorrenti matul il-proċedura amministrattiva. Min-naħa l-oħra, huwa bl-ebda mod ma jgħid li l-allegazzjoni tiegħu dwar ix-xebħ bejn il-forma li għaliha saret l-applikazzjoni u l-forom l-oħra tal-kitarri fuq is-suq tikkostitwixxi tali fatt magħruf.

    51     F'dan ir-rigwa F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li l-evalwazzjoni tax-xebħ bejn il-forma li għaliha saret l-applikazzjoni u l-forom l-oħra li jeżistu teħtieġ neċessarjament l-eżami komparattiv tal-forma li għaliha saret l-applikazzjoni ma' kull wieħed mill-mudelli speċifiku l-oħra li jixbħuha. Għaldaqstant, l-identifikazzjoni tal-mudelli l-oħra li sservi bħala referenza għall-evalwazzjoni ta' l-imsemmija xebħ hija, f'dan ir-rigward, element indispensabbli fl-analiżi tal-Bord ta' l-Appell. Madankollu, l-UASI ma jikkontestax li r-referenzi ta’ l-internet huma intiżi, fil-komunikazzjoni tar-raġunijiet ta' rifjut u fid-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw il-mudelli speċifiċi tal-fabbrikanti tal-kitarri l-oħra kkunsidrati mill-eżaminatur u mill-Bord ta' l-Appell.

    52     Fuq kollox, l-eżaminatur afferma espressament fit-tieni komunikazzjoni tal-motivi ta' rifjut li "r-riżultati tar-riċerka ta’ l-internet ikkomunikati lir-rikorrenti servew bħala l-bażi tar-rifjut tat-trade mark mill-UASI".

    53     Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-punti 24, 25 u 29 tad-deċiżjoni kkontestata jsegwu l-punti 20 sa 22 li jevokaw id-diversi mudelli li l-eżaminatur u l-Bord ta' l-Appell ikkunsidraw u jagħmlu referenza għall-konklużjonijiet fattwali bbażati fuq il-punti 20 sa 23 fuq l-eżami tal-mudelli preżenti fuq is-siti ta’ l-internet in kwistjoni, b'mod partikolari l-konstatazzjoni li l-forma li għaliha saret l-applikazzjoni hija simili, jew anki identika għall-forom l-oħra fuq is-suq.

    54     Għaldaqstant il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkunsidra li r-riċerka ta’ l-internet in kwistjoni mhijiex konfermattiva u lanqas eċċessiva, fir-rigward ta' l-analiżi magħmula mill-Bord ta' l-Appell, iżda tikkostitwixxi l-punt ta' bidu tagħha.

    55     Bħala konsegwenza, l-Qorti tal-Prim'Istanza tikkonstata li l-konklużjoni ta' rifjut tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata tistrieh fuq l-elementi ta' fatt li ma ġewx ikkomunikati lir-rikorrenti qabel l-adozzjoni tagħhom. Għaldaqstant, il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ xieraq jivvizzja l-konklużjoni stess tad-deċiżjoni kkontestata.

    56     Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94, id-deċiżjonijiet tal-UASI għandhom ikunu motivati. Dan l-obbligu għandu l-istess portata bħal dak ta' l-Artikolu 253 KE [sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' April 2004, Sunrider vs L-UASI – Vitakraft-Werke Wührmann u Friesland Brands (VITATASTE u METABALANCE 44), T-124/02 u T-156/02, Ġabra II-1149, punt 72].

    57     F'dan ir-rigward, hija ġurisprudenza kostanti li l-obbligu li jingħataw motivi għad-deċiżjonijiet individwali għandu bħala għan doppju li jippermetti, minn naħa, li l-persuna interessati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda sabiex jiddefendu d-drittijiet tagħhom u, min-naħa l-oħra, li l-qorti Komunitarja teżerċita l-kontroll tagħha fuq il-legalità tad-deċiżjoni [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-14 ta' Frar 1990, Delacre et vs Il-Kummissjoni, C 350/88, Ġabra p. I 395, punt 15; sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' April 2000, Kuijer vs Il-Kunsill, T 188/98, Ġabra. p. II 1959, punt 36, u tat-23 ta' Ottubru 2002, Institut für Lernsysteme vs L-UASI – Educational Services (ELS), T 388/00, Ġabra p. II 4301, punt 59]. Il-kwistjoni jekk il-motivazzjoni għal deċiżjoni tissodisfax dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi evalwata fir-rigward mhux biss tal-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha, kif ukoll ir-regoli ġudizzjarji kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Frar 1996, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C-122/94, Ġabra p. I 881, punt 29, u s-sentenza VITATASTE et METABALANCE 44, punt 56 iktar 'il fuq, punt 73).

    58     Fir-rigFir-rigward tal-kawża preżenti, għandu jiġi mfakkar li l-UASI ammetta matul is-seduta li diversi links ta’ l-internet ikkomunikati lir-rikorrenti fiż-żewġ komunikazzjonijiet ta’ motivi ta' rifjut, kif ukoll fid-deċiżjoni kkontestata, kienu saru inaċċessibbli, li l-kontenut tagħhom inbidel sadanittant, u li fil-każ ta' links li jwasslu għal diversi forom ta' kitarri, kienet biss il-konsultazzjoni tar-Relatur tal-Bord ta' l-Appell li ppermettiet l-idenitifikazzjoni tal-forma li ġiet ikkunsidrata mill-Bord ta' l-Appell. Għandu wkoll jiġi rrilevat li matul l-istruttorja tal-kawża mill-Qorti tal-Prim'Istanza, din kellha aċċess biss għal tnejn mis-seba' links li jwasslu għas-siti ta' l-internet tal-prodotturi l-oħra tal-kitarri, li jidhru fiż-żewġ komunikazzjonijiet tal-motivi ta' rifjut, u għal biss tmienja mid-dsatax-il link li kienu ġew iċċitati għall-ewwel darba fid-deċiżjoni kkontestata.

    59     F'dan ir-rigwF'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkonstata li l-komunikazzjoni ta' l-elementi ta' fatt, li jikkostitwixxu l-bażi ta' deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell, taħt il-forma ta' links internet li kienu inaċċessibbli fil-mument ta' l-istruttorja tal-kawża mill-Qorti tal-Prim'Istanza, jew taħt il-forma ta' links aċċessibbli fejn il-kontenut tbiddel jew seta' inbidel wara l-eżami ta' l-eżaminatur jew tal-Bord ta' l-Appell, ma tikkostitwixxix motivazzjoni suffiċjenti skond il-ġurisprudenża ċċitata fil-punt 57 iktar 'il fuq, peress li ma ppermettietx lill-Qorti tal-Prim'Istanza li tikkontrolla l-validità tad-deċiżjoni kkontestata.

    60     Fid Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, għandu jiġi konkluż li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 peress li hija ma tikkunsidrax kemm l-obbligu ta' motivazzjoni kif ukoll id-dritt għal smigħ xieraq previsti minn dan l-Artikolu u li dan il-ksur jaffettwa l-bażi prinċipali tad-deċiżjoni kkontestata li wasslet għar-rifjut tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.

    61     Għaldaqstant, l-ewwel parti ta' l-uniku motiv tar-rikorrenti għandu jiġi milqugħ u għandha tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma hemm bżonn li jiġu eżaminati l-argumenti l-oħra tar-rikorrenti.

     Fuq l-ispejjeż

    62     Skond l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-UASI tilef, u peress li d-deċiżjoni kkontestata hija annullata, hemm lok li jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti, kif mitlub mir-rikorrenti.

    Għal dawn il-motivi,

    IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (It-Tielet Awla)

    taqta' u tiddeċiedi

    1)      Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-7 ta’ Ġunju 2005 (każ R 1035/2004-2) hija annullata.

    2)      L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

    Jaeger

    Tiili

    Czúcz

    Mogħtija fil-Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fis-7 ta’ Frar 2007.

    Reġistratur

     

           Il-President

    E. Coulon

     

           M. Jaeger


    * Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.

    Fuq