EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62003TJ0077

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla Estiża) tal-25 ta' Ottubru 2007.
Feralpi Siderurgica SpA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Akkordji - Produtturi ta’ vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ l-Artikolu 65 KEFA - Deċiżjoni bbażata fuq it-Trattat KEFA wara l-iskadenza ta’ l-imsemmi Trattat - Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni.
Kawża T-77/03.

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2007:319





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tal-25 ta’ Ottubru 2007 – Feralpi Siderurgica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-77/03)

“Akkordji – Produtturi ta’ vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ l-Artikolu 65 KEFA – Deċiżjoni bbażata fuq it-Trattat KEFA wara l-iskadenza ta’ l-imsemmi Trattat – Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni”

1.                     KEFA – Akkordji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur ta’ l-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza ta’ l-imsemmi Trattat (Artikolu 65(1), (4) u (5) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikoli 3 u 15(2) (ara l-punti 55, 57, 72, 73, 77)

2.                     KEFA – Akkordji – Kompetenza tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 65(4) u (5) KEFA li tikkonstata u tippenalizza ksur ta’ l-Artikolu 65(1) KEFA – Tmiem ta’ eżistenza fl-iskadenza tat-Trattat KEFA (Artikoli 65(1) (4) u (5), u 97 KEFA; Artikolu 305(1) KE; Trattat li jgħaqqad) (ara l-punti 89-92, 94, 96)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta’ Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta’ Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit), hija annullata fir-rigward ta’ Feralpi Siderurgica SpA.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Feralpi Siderurgica.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Fuq