Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62003TJ0375

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla) ta'l-20 ta' Settembru 2007.
    Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima - European Insulation Manufacturers Association vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Għajnuna mill-Istat - Miżuri intiżi sabiex jippromwovu l-użu ta’ materjal iżolanti prodotti minn materja prima rinnovabbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Proċedura ta’ eżami preliminari - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ parti interessata fis-sens ta’ l-Artikolu 88(2) KE - Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja.
    Kawża T-375/03.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2007:293





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 – Fachvereinigung Mineralfaserindustrie vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-375/03)

    “Għajnuna mill-Istat – Miżuri intiżi sabiex jippromwovu l-użu ta’ materjal iżolanti prodotti minn materja prima rinnovabbli – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni – Proċedura ta’ eżami preliminari – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Kunċett ta’ parti interessata fis-sens ta’ l-Artikolu 88(2) KE – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja”

    1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Artikolu 88(2) u (3) KE u r-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 46-52, 63)

    2.                     Rikors għal annullament – Motivi – Interpretazzjoni mill-qorti – Limitu (ara l-punti 65, 66)

    3.                     Rikors għal annullament – Termini – Punt tat-tluq (il-ħames paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 26(1) (ara l-punti 72-73)

    4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Pjanijiet ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja (Artikoli 87(3) KE u 88(2) u (3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 Artikoli 4(5), u 5) (ara l-punti 88-90, 117, 124)

    5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni (Artikolu 88 KE) (ara l-punt 90)

    6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq komuni – Għajnuna għall-ambjent (Artikoli 6 KE, 87(3)(c) KE u 174(1) KE) (ara l-punti 138-143, 148, 152)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 1473 finali, tad-9 ta’ Lulju 2003, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-miżuri li l-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom l-intenzjoni jadottaw sabiex jippromwovu l-użu ta’ materjali iżolanti prodott minn materja prima rinnovabbli (Għajnuna Nru 694/2002).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima – European Insulation Manufacturers Association hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

    3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Fuq