Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62020CJ0168
Judgment of the Court (Third Chamber) of 11 November 2021.#BJ and OV v Mrs M and Others.#Request for a preliminary ruling from the High Court of Justice Business and Property Courts of England and Wales.#Reference for a preliminary ruling – Freedom of movement of persons – Citizenship of the Union – Article 21 TFEU – Freedom of establishment – Article 49 TFEU – Equal treatment – Directive 2004/38/EC – Article 24(1) – Legislation of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland making the exclusion, in principle in full and automatically, from the bankruptcy estate of pension rights accrued under a pension scheme dependent on prior registration of the pension scheme with the tax authorities – Application of that requirement in bankruptcy proceedings in respect of an EU citizen who has exercised his right to freedom of movement in order to pursue a self-employed occupation in the United Kingdom on a permanent basis – That EU citizen’s pension rights accrued under a pension scheme established and tax approved in his home Member State – Inability to avail of the protection of exclusion from the bankruptcy estate of those pension rights – Application to those pension rights of a system of exclusion from the bankruptcy estate significantly less advantageous to the bankrupt.#Case C-168/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021.
BJ u OV vs Is-sinjura M et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-High Court of Justice England & Wales), Chancery Division (business and property courts, insolvency and companies list).
Rinviju preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 21 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 49 TFUE – Ugwaljanza fit-trattament – Direttiva 2004/38/KE – Artikolu 24(1) – Leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, għall-finijiet tat-taxxa, tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni – Impożizzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fi proċedura ta’ insolvenza ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu sabiex jeżerċita, b’mod permanenti, attività għal rasu fir-Renju Unit – Drittijiet għall-pensjoni misluta minn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu – Esklużjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-pensjoni mill-benefiċċju tal-imsemmija esklużjoni mill-massa fallimentari – Applikazzjoni għal dawn id-drittijiet għall-pensjoni ta’ skema ta’ esklużjoni mill-massa fallimentari nettament inqas vantaġġuża għall-persuna li tkun falliet.
Kawża C-168/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021.
BJ u OV vs Is-sinjura M et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-High Court of Justice England & Wales), Chancery Division (business and property courts, insolvency and companies list).
Rinviju preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 21 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 49 TFUE – Ugwaljanza fit-trattament – Direttiva 2004/38/KE – Artikolu 24(1) – Leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, għall-finijiet tat-taxxa, tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni – Impożizzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fi proċedura ta’ insolvenza ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu sabiex jeżerċita, b’mod permanenti, attività għal rasu fir-Renju Unit – Drittijiet għall-pensjoni misluta minn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu – Esklużjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-pensjoni mill-benefiċċju tal-imsemmija esklużjoni mill-massa fallimentari – Applikazzjoni għal dawn id-drittijiet għall-pensjoni ta’ skema ta’ esklużjoni mill-massa fallimentari nettament inqas vantaġġuża għall-persuna li tkun falliet.
Kawża C-168/20.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2021:907
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
11 ta’ Novembru 2021 ( *1 )
Werrej
Il-kuntest ġuridiku |
|
Id-dritt tal-Unjoni |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 |
|
Id-Direttiva 2004/38 |
|
Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 |
|
Id-dritt tar-Renju Unit |
|
Regoli dwar l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati |
|
Regoli dwar l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati |
|
It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari |
|
Fuq id-domandi preliminari |
|
Osservazzjonijiet preliminari |
|
Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment |
|
Fuq l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment |
|
Fuq l-eżistenza ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika ir-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment |
|
Fuq il-proporzjonalità tar-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment |
|
Fuq l-ispejjeż |
“Rinviju preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 21 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 49 TFUE – Ugwaljanza fit-trattament – Direttiva 2004/38/KE – Artikolu 24(1) – Leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, għall-finijiet tat-taxxa, tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni – Impożizzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fi proċedura ta’ insolvenza ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu sabiex jeżerċita, b’mod permanenti, attività għal rasu fir-Renju Unit – Drittijiet għall-pensjoni misluta minn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu – Esklużjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-pensjoni mill-benefiċċju tal-imsemmija esklużjoni mill-massa fallimentari – Applikazzjoni għal dawn id-drittijiet għall-pensjoni ta’ skema ta’ esklużjoni mill-massa fallimentari nettament inqas vantaġġuża għall-persuna li tkun falliet”
Fil-Kawża C‑168/20,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division (business and property courts, insolvency and companies list) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Qrati Kummerċjali u tal-Proprjetà, Reġistru tal-Insolvenzi u tal-Kumpanniji), ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Marzu 2020, li wasslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ April 2020, fil-proċedura
BJ, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment ta’ is-sur M,
OV, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment ta’ M
vs
Is-sinjura M,
MH,
ILA,
Is-sur M,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (it-Tielet Awla),
komposta minn A. Prechal (Relatriċi), Presidenta tat-Tieni Awla li qiegħdha taġixxi bħala Presidenta tat-Tielet Awla, J. Passer, F. Biltgen, L. S. Rossi u N. Wahl, imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal BJ u OV, li qegħdin jaġixxu fil-kwalità ta’ amministraturi tal-falliment tas-sur M, minn D. J. Rhee, QC, C. Harrison, barrister, u I. Gill, solicitor, |
– |
għas-sinjura M, MH, ILA u għas-sur M, minn G. Peretz, QC, J. Briggs, barrister, u S. Gilchrist, solicitor, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Armati, L. Malferrari u M. Wilderspin, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 21 u 49 TFUE kif ukoll tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn BJ u OV, li qegħdin jaġixxu fil-kwalità ta’ amministraturi tal-falliment tas-sur M (iktar ’il quddiem l-“amministraturi”) u s-sinjura M, MH, ILA u s-sur M (iktar ’il quddiem, flimkien, “M et”) fir-rigward tat-talba mill-amministraturi, favur il-massa fallimentari, tad-drittijiet għall-pensjoni tas-sur M, ċittadin Irlandiż, misluta minn skema ta’ pensjoni stabbilita fl-Irlanda u awtorizzata abbażi tad-dritt fiskali Irlandiż. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000
3 |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191), intitolat “Ġurisdizzjoni internazzjonali”, kien jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta’ l-uffiċju rreġistrat għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.” |
4 |
Skont kliem l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Liġi applikabbli”: “1. Ħlief fejn ipprovdut b’mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti ta’ falliment u l-effetti tagħhom għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ tali proċedura, minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala l-“Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti”. 2. Il-liġi ta’ l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-ftuħ ta’ dawk il-proċedimenti, il-manjiera tagħhom u l-egħluq tagħhom. Għandu jiddetermina b’ mod partikolari: […]
[…]”. |
5 |
Ir-regolament Nru 1346/2000 ġie mħassar u ssostitwit bir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU 2015, L 141, p. 19 bir-rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9). Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti tal-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa biss ir-Regolament Nru 1346/2000 s’li huwa applikabbli ratione temporis għall-imsemmi każ. |
Id-Direttiva 2004/38
6 |
L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38, intitolat “Trattament ugwali [Ugwaljanza fit-trattament]”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Bla ħsara għal disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar fit-Trattat u fil-liġi sekondarja, iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jgħixu skond din id-Direttiva fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom igawdu trattament ugwali [ugwaljanza fit-trattament] bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru fl-iskop tat-Trattat. […]”. |
Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011
7 |
Il-premessa 1 tar-regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1), hija fformulata kif ġej: “Ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità [(ĠU 1968, L 257, p. 2),] ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.” |
8 |
Skont kliem l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 492/2011: “1. Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba n-nazzjonalità tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid. 2. Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.” |
Id-dritt tar-Renju Unit
Regoli dwar l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati
9 |
Il-Welfare Reform and Pensions Act 1999 (il-Liġi tal-1999 li Tirriforma l-Protezzjoni Soċjali u l-Pensjonijiet, iktar ’il quddiem il-“WRPA 1999”), li daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Mejju 2000, tipprevedi, fl-Artikolu 11 tagħha: “Effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni: l-iskemi awtorizzati
[…]”. |
10 |
Dwar l-Iskemi ta’ pensjoni awtorizzati, l-amministraturi jistgħu, abbażi tal-Artikolu 15 tal-WRPA 1999, jitolbu quddiem qorti l-irkupru ta’ kontribuzzjonijiet ta’ pensjoni meqjusa bħala “eċċessivi”. |
11 |
L-Occupational and Personal Pension Schemes (Bankruptcy) (no 2) (Regulations) 2002 [ir-Regolamenti Nru 2 tal-2002 dwar Skemi ta’ Pensjoni Professjonali u Personali (falliment)] (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti 2/2002”) jipprevedu, fl-Artikolu 2(1)(c) tagħhom: “Arranġamenti ta’ pensjoni inkwistjoni:
[…]”. |
12 |
L-Artikolu 308A tal-Income Tax (Earnings and Pensions) Act 2003 [l-Att tal-2003 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (Remunerazzjonijiet u Pensjonijiet)], iktar ’il quddiem l-“ITEPA”] jipprevedi: “Eżenzjoni ta’ kontribuzzjonijiet għal skema ta’ pensjoni barranija
“skema ta’ pensjoni barranija li tissodisfa l-kundizzjonijiet” u “membru migrant rilevanti” għandhom l-istess tifsira bħal dik fl-Iskeda 33 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 (skemi ta’ pensjoni barranin: benefiċċju għall-membru migrant).” |
13 |
Il-kunċett ta’ “skema ta’ pensjoni barranija” (“overseas pension scheme”), fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA, huwa ddefinit fl-Artikolu 150(7) tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 kif ġej: “[…] “skema ta’ pensjoni barranija” tfisser skema ta’ pensjoni (apparti minn skema ta’ pensjoni rreġistrata) li
|
14 |
Il-Pension Schemes (Categories of Country and Requirements for Overseas Pension Schemes and Recognised Overseas Pension Schemes) Regulations 2006 [ir-Regolamenti tal-2006 dwar skemi ta’ pensjoni (Kategoriji ta’ Pajjiż u Rekwiżiti għal Skemi ta’ Pensjoni Barranin u l-Iskemi ta’ Pensjoni Barranin Rikonoxxuti)] kienu jipprevedu li r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 150(7)(b) tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 huma ssodisfatti jekk, b’mod partikolari, l-iskema hija waħda ta’ pensjoni professjonali, jekk, fil-pajjiż jew fit-territorju li fiha din ġiet stabbilita, jeżisti korp li jikkontrolla l-iskemi ta’ pensjoni professjonali u li jikkontrolla l-iskema inkwistjoni u jekk l-iskema hija rikonoxxuta għall-finijiet tat-taxxa. |
15 |
Sabiex tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala “skema ta’ pensjoni barranija li tissodisfa l-kundizzjonijiet” (qualifying overseas pension scheme), fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA u, għalhekk, sabiex tkun tista’ taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, skema ta’ pensjoni barranija għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5 tal-Iskeda 33 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 li l-paragrafu wieħed tiegħu jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ din l-iskeda, skema ta’ pensjoni barranija hija skema ta’ pensjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet jekk:
[…]”. |
Regoli dwar l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati
16 |
L-Artikolu 12 tal-WRPA 1999 jipprevedi: “Effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni: l-Iskemi mhux awtorizzati
|
17 |
Konformement mal-Artikolu 12(2) tal-WRPA 1999, l-Artikoli 4 sa 6 tar-Regolamenti 2/2002 jippermettu li l-persuna li tkun falliet titlob lill-qorti li quddiema tkun infetħet il-proċedura ta’ insolvenza teskludi totalment jew parzjalment mill-massa fallimentari tagħha d-drittijiet li hija tislet minn skema ta’ pensjoni mhux awtorizzata, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-bżonnijiet li din il-persuna jew il-familja tagħha jista’ jkollhom fil-ġejjieni, jew li mal-amministratur tiegħu jinnegozja ftehim li jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu effett simili. |
It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
18 |
Qabel ma ġie ddikjarat fallut, is-sur M kien jeżerċita l-attività tiegħu ta’ promotur ta’ proprjetà immobbli prinċipalment, jekk mhux esklużivament, fl-Irlanda, u dan permezz ta’ MMC, kumpannija rreġistrata taħt id-dritt Irlandiż. |
19 |
Fl-2002, din il-kumpannija stabbilixxiet, bħala korrispettiv għall-ħlas, mis-sur M, ta’ premium ta’ darba ta’ EUR 6161256, skema ta’ pensjoni professjonali fil-forma ta’ assigurazzjoni sottoskritta m’ILA u irregolata mid-dritt Irlandiż, li abbażi tagħha kellhom jitħallsu benefiċċji fid-data tal-irtirar tas-sur M jew tal-mewt prematura tiegħu. |
20 |
Fis-16 ta’ Lulju 2009, is-sur M u s-sinjura M stabbilixxew S Industries, kumpannija rreġistrata taħt id-dritt Irlandiż, li tagħha s-sur M kien amministratur sal-14 ta’ April 2012 kif ukoll impjegat mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Jannar 2011. |
21 |
Permezz ta’ att awtentiku tal-31 ta’ Awwissu 2009, S Industries stabbilixxiet skema ta’ pensjoni, irregolata mid-dritt Irlandiż, li minnha seta’ jibbenefika l-persunal ta’ din il-kumpannija iżda fejn fir-realtà l-uniċi benefiċjarji kienu s-sur M, is-sinjura M u binhom RM (iktar ’il quddiem l-“iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali”). |
22 |
Din l-iskema ġiet ikkonċepita speċifikament sabiex tkun tista’ tiġi awtorizzata bħala skema ta’ benefiċċji tal-irtirar hekk kif iddefinita mid-dritt fiskali Irlandiż. |
23 |
Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Ottubru 2009, l-awtoritajiet tat-taxxa Irlandiżi informaw lil MH li din l-iskema kienet ġiet awtorizzata bħala skema ta’ benefiċċji tal-irtirar għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni fiskali Irlandiża, b’effett mit-30 ta’ Awwissu 2009. |
24 |
Permezz ta’ att ta’ trasferiment tas-7 ta’ Diċembru 2009, MMC ittrasferiet l-assigurazzjoni sottoskritta m’ILA lil MH, lis-sur M u lis-sinjura M bħala amministraturi tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali sabiex din l-iskema tiżgura li s-sur M ikollu pensjoni li tkun xierqa fid-dawl tal-assigurazzjoni sottoskritta. Minħabba dan il-fatt, l-imsemmija assigurazzjoni ġiet integrata fl-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
25 |
Fix-xahar ta’ Novembru 2010, wara l-waqa’ tas-suq tal-proprjetà immobbli Irlandiż, MMC tqiegħdet taħt likwidazzjoni fl-Irlanda fuq talba tan-National Asset Management Agency (l-Aġenzija Nazzjonali ta’ Ġestjoni tal-Assi, l-Irlanda) li kienet xtrat id-dejn li din il-kumpannija kellha mal-Bank tal-Irlanda. |
26 |
Mix-xahar ta’ Frar 2011, is-sur M għex parzjalment f’Londra (ir-Renju Unit). Mix-xahar ta’ Lulju 2011, is-sur M u s-sinjura M ittrasferrixew ruħhom b’mod permanenti lejn Londra. |
27 |
Matul perijodu sal-31 ta’ Awwissu 2011, l-amministraturi tal-skema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali wettqu diversi pagamenti favur is-sur M, sa fejn dan kien laħaq l-età ta’ 60 sena fl-2010. Ebda kontribuzzjoni ma ġiet imħallsa f’din l-iskema f’isem is-sur M jew is-sinjura M wara li dawn ittrasferixxew ruħhom lejn ir-Renju Unit. |
28 |
Fil-mument tat-trasferiment tiegħu lejn ir-Renju Unit, is-sur M kellu dejn personali kunsiderevoli b’mod partikolari fil-konfront tal-Aġenzija Nazzjonali ta’ Ġestjoni tal-Assi, fejn l-ammont totali tal-krediti ta’ piż fuq il-patrimonju tiegħu kien jaqbeż, skont l-amministraturi, il-biljun Ewro. |
29 |
Permezz ta’ att tas-26 ta’ Lulju 2011, is-sur M tneħħa mill-mandat tiegħu ta’ amministratur tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, MH u s-sinjura M baqgħu l-uniċi amministraturi ta’ din l-iskema. |
30 |
Mix-xahar ta’ Awwissu 2011, is-sur M kerha uffiċji f’Londra sabiex jeżerċita attivitajiet ta’ konsulenza fi tranżazzjonijiet u f’kostruzzjonijiet ta’ proprjetà immobbli fir-Renju Unit. |
31 |
Permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Marzu 2012, il-konsulent fiskali tas-sur M informa lill-awtoritajiet tat-taxxa Irlandiżi li dan tal-aħħar kien attwalment residenti f’Londra u ppreżenta lill-awtoritajiet tat-taxxa tar-Renju Unit kemm id-dikjarazzjoni tal-VAT tas-sur M għall-perijodu li jagħlaq fil-31 ta’ Lulju 2012 kif ukoll id-dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu għall-perijodu li jagħlaq fil-5 ta’ April 2012. |
32 |
Fit-13 ta’ April 2012, S Industries ġiet irreġistrata abbażi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, jiġifieri tal-Companies Act 2006 (il-Liġi tal-2006 tar-Renju Unit dwar il-kumpanniji) bħala kumpannija barranija li stabbilixxiet stabbiliment fir-Renju Unit. Mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ din il-kumpannija jirriżulta li d-data tal-ftuħ ta’ dan l-istabbiliment kienet l-1 ta’ Diċembru 2011, li s-sede tiegħu kienet tinsab f’Londra u li s-sur M kien l-amministratur tiegħu u li s-sinjura M kienet kemm l-amministratriċi kif ukoll is-segretarja tal-kumpannija. |
33 |
Fit-2 ta’ Novembru 2012 is-sur M ġie ddikjarat fallut mill-High Court of Justice (England & Wales) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), ir-Renju Unit) fuq petizzjoni tal-istess ġurnata ppreżentata minn dan tal-aħħar. |
34 |
Permezz ta’ talba mressqa quddiem il-qorti tar-rinviju fl-1 ta’ Novembru 2018, l-amministraturi talbu, favur il-massa fallimentari, id-drittijiet relatati mal-assigurazzjoni inkluża fl-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Skont l-amministraturi, din l-assigurazzjoni kellha, fid-19 ta’ Awwissu 2020, valur ta’ EUR 8 462 870.24, fatt li s-sur M jikkontesta. |
35 |
Fid-difiża tagħhom, is-sur M et sostnew li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 21, 45 u 49 TFUE, l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38 kif ukoll l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, jimponi li d-drittijiet misluta mill-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġu esklużi mill-massa fallimentari inkwantu drittijiet misluta minn skema ta’ pensjoni awtorizzata previsti fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999. Sussidjarjament, huma jitolbu li l-qorti tar-rinviju tordna l-esklużjoni tal-imsemmija drittijiet mill-massa fallimentari abbażi tal-Artikolu 12 tal-WRPA 1999. |
36 |
Il-qorti tar-rinviju tosserva, qabel kollox, f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa paċifiku li l-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma ġietx irreġistrata mal-awtoritajiet tat-taxxa tar-Renju Unit abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 u li għalhekk l-imsemmija skema ta’ pensjoni ma tikkostitwixxix skema ta’ pensjoni awtorizzata, hekk kif previst fl-Artikolu 11(2)(a) tal-WRPA 1999 fejn id-drittijiet huma esklużi mill-massa fallimentari abbażi tal-Artikolu 11(1). |
37 |
Dik il-qorti barra minn hekk tindika li l-għan tal-Artikoli 11 sa 16 tal-WRPA 1999 huwa li d-drittijiet għall-pensjoni jkunu kkonċepiti u l-vantaġġ fiskali relatat magħhom jingħata sabiex jingħata sostenn finanzjarju lill-individwi fil-kuntest tal-irtirar ġejjieni tagħhom u mhux li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-kredituri fil-każ ta’ falliment tal-individwi qabel l-irtirar tagħhom u li, ħlief għal każijiet ta’ kontribuzzjonijiet imsejjħa “eċċessivi”, dawn id-drittijiet jiġu esklużi mill-massa fallimentari. |
38 |
L-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 hija, b’mod ġenerali, limitata għall-iskemi awtorizzati fiskalment peress li waħda mill-karatteristiċi ta’ dawn l-iskemi hija li l-benefiċċji li jistgħu jitħallsu abbażi tagħhom huma limitati. |
39 |
Min-naħa l-oħra, il-benefiċċji li jistgħu jitħallsu abbażi ta’ skemi mhux awtorizzati, hekk kif previsti fl-Artikolu 12 tal-WRPA 1999, ma humiex limitati, u dan jista’, skont il-qorti tar-rinviju, jispjega r-raġuni li għaliha dawn ma humiex esklużi mill-massa fallimentari b’mod sħiħ iżda biss sal-ammont tal-bżonnijiet raġonevoli tal-persuna li tkun falliet u tal-familja tagħha u permezz tal-kunsens tal-amministraturi tal-falliment jew ta’ qorti li għandha setgħa diskrezzjonali f’dan ir-rigward. |
40 |
Ir-reġistrazzjoni abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 ta’ skema ta’ pensjoni barranija bħall-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali li twassal għall-esklużjoni mill-massa fallimentari tad-drittijiet misluta minn din l-iskema abbażi tal-Artikolu 11(1) tal-WRPA 1999 hija, bħala prinċipju, possibbli. Din tagħti lok għal vantaġġi fiskali, bħall-eżenzjoni fiskali tal-kontribuzzjonijiet għall-iskema kif ukoll tad-dħul u tal-valuri addizzjonali tiegħu, iżda tkun tippreżenta wkoll inkonvenjenti, bħal, b’mod partikolari, il-limitazzjoni tal-ħlasijiet li jistgħu jitwettqu mill-iskema mingħajr ma jiġi ġġenerat dejn fiskali. |
41 |
B’konsegwenza ta’ dan, tali reġistrazzjoni ma tikkostitwixxix sempliċi formalità iżda proċess li jġib miegħu konsegwenzi sostanzjali. |
42 |
Barra minn hekk huwa evidenti li huwa iktar probabbli li ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, iktar milli ċittadini tar-Renju Unit, ikunu kisbu drittijiet għall-pensjoni li jaqgħu taħt skemi li ma humiex irreġistrati abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004. |
43 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li jista’ jkun li l-amministraturi ta’ skema ta’ pensjoni stabbilita b’tali mod li tissodisfa r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni imposti mil-leġiżlazzjoni fiskali Irlandiża, bħall-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jkunux neċessarjament iridu li din l-iskema tkun tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni imposti mil-leġiżlazzjoni fiskali tar-Renju Unit. |
44 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li, ladarba tkun tissodisfa r-rekwiżiti imposti mir-Regolamenti tal-2006 msemmija fil-punt 14 ta’ din is-sentenza, l-iskema ta’ pensjoni, b’mod partikolari jekk din tkun skema ta’ pensjoni professjonali li hija kontrollata minn korp stabbilit fil-pajjiż jew fit-territorju li fiha din ġiet stabbilita, tista’ tiġi kklassifikata bħala “skema ta’ pensjoni barranija”, fis-sens tal-Artikolu 150(7) tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004. |
45 |
Madankollu, fil-każ fejn l-amministraturi tal-iskema ta’ pensjoni kkonċernati ma jkunux bdew il-proċess neċessarju sabiex din l-iskema tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.1 tal-Iskeda 33 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004, dwar, b’mod partikolari, in-notifika tal-iskema lill-awtoritajiet tat-taxxa tar-Renju Unit, il-produzzjoni tal-prova, quddiem dawn l-awtoritajiet, li din hija skema ta’ pensjoni u l-impenn tal-osservanza ta’ ċerti rekwiżiti ta’ informazzjoni lill-imsemmija awtoritajiet, l-imsemmija skema ma tkunx tista’ tiġi kklassifikata bħala “skema ta’ pensjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet”, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA, b’tali mod li d-drittijiet misluta minn din l-iskema ma jkunux esklużi mill-massa fallimentari abbażi tal-Artikolu 11(1) tal-WRPA 1999. |
46 |
Għalkemm, ċertament, ma kienx diffiċli li dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfatti, u ma kinux jimplikaw, fil-prattika, l-osservanza ta’ rekwiżiti partikolarment ħorox, ma hemmx, b’mod ġenerali, wisq interess għall-amministraturi ta’ skema ta’ pensjoni li jibdew il-proċess neċessarju sabiex din tista’ ssir “skema ta’ pensjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet”, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA. |
47 |
Il-kwistjoni tkun differenti fis-sitwazzjoni, li madankollu ma hijiex dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ikun ippjanat li jitħallsu kontribuzzjonijiet fl-iskema minn jew f’isem benefiċjarji li stabbilixxew ruħhom fir-Renju Unit. |
48 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li, għalkemm l-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi kklassifikata bħala “skema ta’ pensjoni mhux awtorizzata”, fis-sens tal-Artikolu 12 tal-WRPA 1999, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-esklużjoni mill-massa fallimentari tad-drittijiet misluta minn tali skema huma inqas vantaġġużi mill-perspettiva tal-persuna li tkun falliet sa fejn dawn jipprevedu skema li tipprevedi inqas protezzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tal-persuna li tkun falliet mid-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 għall-iskemi ta’ pensjoni awtorizzati. |
49 |
F’dak li jirrigwarda, wara dan, l-analiżi tas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kwistjoni prinċipali li tqum hija dik ta’ jekk id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fil-qasam ta’ esklużjoni tad-drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari jistax ikollhom xi effett fuq id-dritt ta’ stabbiliment jew jekk dawn jaqgħux b’mod ieħor taħt l-Artikolu 49 TFUE. |
50 |
L-imsemmija qorti tosserva li f’dan ir-rigward is-sur M et sostnew li la huwa neċessarju li jintwera li l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jista’ jkollhom effett dissważiv fuq il-libertà ta’ stabbiliment u lanqas li s-sitwazzjoni tal-ħaddiem migrant fl-Istat Membru ospitanti titqabbel ma dik fl-Istat Membru ta’ oriġini. |
51 |
Pjuttost, is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem migrant fl-Istat Membru ospitanti għandha titqabbel mas-sitwazzjoni taċ-ċittadini nazzjonali f’dan l-istess Stat Membru. L-esklużjoni tad-drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari ta’ persuna li eżerċitat id-dritt tagħha għall-moviment liberu hija “vantaġġ soċjali” iggarantit mill-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38. |
52 |
Quddiem il-qorti tar-rinviju, l-amministraturi min-naħa l-oħra jsostnu li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali inkwistjoni, b’mod partikolari dawk tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, ma jikkostitwixxux, anki meqjusa bħala tali, ostakolu għad-dritt ta’ stabbiliment tas-sur M. Fil-fatt, milli jidher dawn ma ddiswadewħx milli jeżerċita dan id-dritt. Barra minn hekk lanqas ma ntwera li dawn id-dispożizzjonijiet huma globalment inqas favorevoli mid-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-dritt Irlandiż. F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38, hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 21 TFUE, sa fejn dawn ma ġewx armonizzati fuq livell tad-dritt tal-Unjoni, id-differenzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar l-insolvenza. |
53 |
Fl-aħħar, il-qorti tar-rinviju tindika li hija waslet għall-konklużjoni proviżorja li l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni akkumulati fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha minn persuna li teżerċita d-dritt ta’ stabbiliment bħala ħaddiem għal rasu fi Stat Membru ieħor qabel ma tiġi ddikjarata falluta hemmhekk jippreżenta rabta’ suffiċjentement stretta mal-eżerċizzju tal-imsemmi dritt sabiex jaqa’ taħt l-Artikolu 49 TFUE. |
54 |
Dik il-qorti tqis li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tar-Renju Unit fil-qasam ta’ esklużjoni tad-drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari li abbażi tagħhom il-protezzjoni integrali prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 tista’ tkun ta’ benefiċċju biss għal dawk li jisiltu drittijiet minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati, għalkemm dawn ma humiex espliċitament ikkonċepiti b’riferiment għaċ-ċittadinanza, x’aktarx li jikkonċernaw porzjon kunsiderevolment iktar għolja ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ stabbiliment fir-Renju Unit milli ta’ ċittadini tar-Renju Unit u jinvolvu, għalhekk, diskriminazzjoni fit-tgawdija ta’ vantaġġ soċjali li hija pprojbita kemm mill-Artikolu 49 TFUE kif ukoll mill-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38. |
55 |
Iktar minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li tali diskriminazzjoni, jekk tiġi kkonstatata mill-Qorti tal-Ġustizzja b’risposta għad-domandi tagħha, tista’ tiġi eliminata billi l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni u dan billi l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tiġi estiża għal skema ta’ pensjoni awtorizzata jew irreġistrata mill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Stat Membru ieħor, u dan anki peress li din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati, li huwa dak li jiġi żgurat li d-drittijiet għall-pensjoni jiġu protetti b’mod sħiħ fil-każ ta’ falliment biss jekk dawn huma misluta minn skemi awtorizzati jew irreġistrati jew inkella rrikonoxxuti mill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti fl-Istat Membru fejn dawn ġew stabbiliti. |
56 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division (business and property courts, insolvency and companies list) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Qrati Kummerċjali u tal-Proprjetà, Reġistru tal-Insolvenzi u tal-Kumpanniji), ir-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
57 |
Preliminarjament, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li, hekk kif tosserva wkoll il-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja għad għandha ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 86(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 7, iktar ’il quddiem il-“ftehim ta’ rtirar”), sabiex tagħti deċiżjoni preliminari dwar din it-talba peress li din tressqet qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, jiġifieri l-perijodu li skada fil-31 ta’ Diċembru 2020. |
58 |
Barra minn hekk, sa fejn huwa paċifiku li s-sur M huwa ċittadin tal-Unjoni minħabba n-nazzjonalità Irlandiża tiegħu, li eżerċita, konformement mad-dritt tal-Unjoni, id-dritt tiegħu li jirrisjedi fir-Renju Unit qabel tmiem l-imsemmija perijodu ta’ tranżizzjoni u li huwa għadu jirrisjedi hemmhekk wara dan il-perijodu, huwa intitolat li jibbenefika, abbażi tal-Artikolu 10(1)(a) tal-ftehim ta’ rtirar, mill-protezzjoni offruta minn dan il-ftehim. |
59 |
Għalhekk, konformement mal-Artikolu 25(1) tal-ftehim ta’ rtirar, is-sur M, inkwantu ħaddiem għal rasu, għandu, fl-“Istat ospitanti” tiegħu, jiġifieri r-Renju Unit, bla ħsara għal-limiti stabbiliti fl-Artikoli 51 u 52 TFUE, li huma irrilevanti fil-kuntest tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari, id-drittijiet iggarantiti mill-Artikolu 49 TFUE, fosthom “li jibdew u jwettqu attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom”. |
60 |
Fit-tieni lok, sa fejn il-qorti tar-rinviju titlob risposta għad-domandi tagħha fir-rigward tal-Artikoli 21 u 49 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38, għandu jiġi ddeterminat liema minn dawn id-dispożizzjonijiet huma applikabbli f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
61 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 21(1) TFUE, li jistipula b’mod ġenerali d-dritt, għal kull ċittadin tal-Unjoni, li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri, jiġi espress speċifikament fl-Artikolu 45 TFUE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, fl-Artikolu 49 TFUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment u fl-Artikolu 56 TFUE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Għaldaqstant, jekk il-kwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt l-Artikolu 45 TFUE, l-Artikolu 49 TFUE jew l-Artikolu 56 TFUE, ma jkunx neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21 TFUE (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-11 ta’ Settembru 2007, Schwarz u Gootjes-Schwarz, C‑76/05, EU:C:2007:492, punt 34, kif ukoll tal-11 ta’ Settembru 2007, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C‑318/05, EU:C:2007:495, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
62 |
Barra minn hekk, konformement ma ġurisprudenza daqstant stabbilita, il-libertà ta’ stabbiliment taċ-ċittadini ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tinkludi l-aċċess għall-attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom u l-eżerċizzju tagħhom (sentenzi tal-21 ta’ Frar 2006, Ritter-Coulais, C‑152/03, EU:C:2006:123, punt 19, kif ukoll tal-14 ta’ Marzu 2019, Jacob u Lennertz, C‑174/18, EU:C:2019:205, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
63 |
Iċ-ċittadini ta’ Stat Membru għandhom, b’mod partikolari, id-dritt, li huma jisiltu direttament mit-Trattat FUE, li jitilqu mill-Istat Membru ta’ Oriġini tagħhom sabiex imorru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u jissoġġornaw hemmhekk sabiex jeżerċitaw attività ekonomika (sentenza tal-1 ta’ April 2008, Gouvernement de la Communauté française et gouvernement wallon, C‑212/06, EU:C:2008:178, punt 44). |
64 |
Issa, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, għandu jiġi kkonstatat li l-kwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ mingħajr ebda dubju taħt l-Artikolu 49 TFUE. |
65 |
Fil-fatt, huwa paċifiku li, qabel ma ġie ddikjarat fallut fir-Renju Unit, is-sur M telaq mill-Irlanda, fejn huwa kien jeżerċita attività ekonomika għal rasu prinċipalment jekk mhux saħansitra esklużivament fis-suq Irlandiż, sabiex jinstalla ruħu b’mod permanenti fir-Renju Unit sabiex jeżerċita din l-istess attività fis-suq ta’ dan l-Istat. |
66 |
Barra minn hekk, fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali huma inkwistjoni drittijiet għall-pensjoni misluta mis-sur M minn skema ta’ pensjoni, li tirriżulta minn attività bħala persuna li taħdem għal rasha eżerċitata fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, qabel ma stabbilixxa ruħu fl-Istat Membru ospitanti (ara, b’analoġija, sentenza tal-14 ta’ Marzu 2019, Jacob u Lennertz, C‑174/18, EU:C:2019:205, punt 22). |
67 |
Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 49 TFUE huwa b’mod ċar applikabbli għal fatti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’tali mod li, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, ma huwiex neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21 TFUE. |
68 |
L-istess jgħodd f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38, li jirrifletti l-Artikolu 18 TFUE billi jissanċixxi l-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, applikabbli għal kull ċittadin tal-Unjoni li jissoġġorna fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti abbażi ta’ din id-direttiva. |
69 |
Fil-fatt, sa fejn, skont kliemu, l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38 japplika biss “[b]la ħsara għal disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar fit-Trattat u fil-liġi sekondarja” din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli b’mod awtonomu jekk tkun teżisti regola speċifika ta’ nondiskriminazzjoni prevista mit-Trattat FUE li tkun applikabbli għas-sitwazzjoni kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2020, Jobcenter Krefeld, C‑181/19, EU:C:2020:794, punt 78 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
70 |
Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jiġi implimentat permezz ta’ regola speċifika, b’mod partikolari, fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema, permezz tal-Artikolu 45 TFUE, fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment, permezz tal-Artikolu 49 TFUE, u fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, permezz tal-Artikoli 56 sa 62 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-24 ta’ Mejju 2011, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, C‑51/08, EU:C:2011:336, punt 80, u tat-18 ta’ Ġunju 2019, L-Awstrija vs Il-Ġermanja, C‑591/17, EU:C:2019:504, punt 40 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
71 |
Is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ b’mod ċar taħt il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità implimentat, fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment, mir-regola speċifika li tinsab fl-Artikolu 49 TFUE, ma huwiex neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38. |
72 |
Għaldaqstant, id-domandi preliminari, għandhom jiġu eżaminati fid-dawl biss tal-Artikolu 49 TFUE. |
73 |
Għalhekk, hemm lok li jitqies li, permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għar-rekwiżit li, fil-mument tal-falliment, l-iskema kkonċernata kienet awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa f’dan l-Istat, meta dan ir-rekwiżit huwa impost f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni li kien, qabel il-falliment tiegħu, eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi stabbilixxa ruħu, b’mod permanenti, f’dan l-istess Stat, sabiex hemmhekk jeżerċita attività ekonomika għal rasu, jislet drittijiet għall-pensjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu. |
Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment
74 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, li l-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirrigwarda ċittadin Irlandiż, is-sur M, li fir-rigward tiegħu nfetħet proċedura ta’ falliment fir-Renju Unit konformement mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1346/2000 peress li hemmhekk huwa kien ittrasferixxa ruħu u ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu wara li kien ittrasferixxa l-attivitajiet tiegħu fis-settur tal-proprjetà immobbli qabel ma ġie ddikjarat fallut. |
75 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li, konformement mar-regola dwar il-liġi applikabbli prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1346/2000, l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jimponi ruħu bħala regola li taqa’ taħt il-lex fori concursus bl-ebda mod ma jimplika li din id-dispożizzjoni hija eżentata minn stħarriġ fir-rigward tal-konformità tagħha mal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE. |
76 |
Fil-fatt, għalkemm id-dritt sostantiv tal-insolvenza, peress li ma kienx is-suġġett ta’ armonizzazzjoni fuq livell tad-dritt tal-Unjoni, għadu sal-ġurnata tal-llum fil-parti l-kbira tiegħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, madankollu dawn l-Istati huma obbligati li jeżerċitaw din il-kompetenza fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE. |
77 |
Hekk kif tesponi l-qorti tar-rinviju, ir-regoli tad-dritt tar-Renju Unit fil-qasam tal-insolvenza li jirregolaw l-assi li huma s-suġġett tal-ispussessar essenzjalment jipprevedu żewġ tipi ta’ protezzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tal-persuna li falliet. |
78 |
L-ewwel protezzjoni, imsemmija “protezzjoni deheb” mis-sur M et, prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 għad-drittijiet misluta mill-“iskemi ta’ pensjoni awtorizzati” li minnhom jifformaw parti l-iskemi ta’ pensjoni rreġistrati abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 u l-“iskemi ta’ pensjoni barranin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet”, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA, hija protezzjoni kemm kompleta, sa fejn, bħala prinċipju, id-drittijiet kollha għall-pensjoni huma esklużi mill-massa fallimentari, kif ukoll awtomatika, sa fejn il-persuna li tkun falliet għandha d-dritt għal tali esklużjoni meta r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni fiskali jkunu ssodisfatti f’dak li jirrigwarda l-iskema kkonċernata, anki jekk, fil-kuntest tal-protezzjoni prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, minn naħa, il-kontribuzzjonijiet imsejħa “eċċessivi” jistgħu jiġu rkuprati mill-amministraturi għall-benefiċċju tal-massa fallimentari u, min-naħa l-oħra, il-ħlasijiet li jistgħu jitwettqu mill-amministratur tal-iskema mingħajr ma jiġi ġġenerat dejn fiskali huma limitati. |
79 |
Min-naħa l-oħra, it-tieni protezzjoni, msejħa “protezzjoni bronż” mis-sur M et, prevista fl-Artikolu 12 tal-WRPA 1999 għad-drittijiet misluta minn “skemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati”, hija protezzjoni kemm parzjali, sa fejn id-drittijiet għall-pensjoni jiġu esklużi mill-massa fallimentari biss sal-ammont tal-bżonnijiet ġejjiena tal-persuna li tkun falliet u tal-familja tagħha, kif ukoll diskrezzjonali, sa fejn il-benefiċċju ta’ din l-esklużjoni għandu jintalab mill-persuna li tkun falliet u jingħata jew mill-amministratur tal-falliment jew permezz ta’ digriet ta’ esklużjoni maħruġ minn qorti li għandha setgħa diskrezzjonali f’dan ir-rigward. |
80 |
F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni ta’ jekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, billi jirrifjuta l-esklużjoni ta’ drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari hekk kif previst f’din id-dispożizzjoni jammontax għal restrizzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment sanċita fl-Artikolu 49 TFUE, għandu jiġi osservat li dan l-artikolu jiżgura l-benefiċċju tat-trattament nazzjonali liċ-ċittadini ta’ Stat Membru li jixtiequ jeżerċitaw attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor u jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, billi jostakola l-aċċess jew l-eżerċizzju ta’ tali attività. Għalhekk, kull tfixkil għall-attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra li tikkonsisti fi trattament iddifferenzjat taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra meta mqabbla maċ-ċittadini nazzjonali, previst minn liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru jew li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ tali liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva jew ta’ prattiċi amministrattiva, huwa pprojbit (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 1999, Meeusen, C‑337/97, EU:C:1999:284, punt 27). |
81 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li hija ġurisprudenza stabbilita li r-regola tal-ugwaljanza fit-trattament li tinsab kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 tipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni diretta, ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni indiretta li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2019, Krah, C‑703/17, EU:C:2019:850, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
82 |
F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, minkejja li applikabbli mingħajr distinzjoni għall-ħaddiema kollha, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, għandha titqies li hija indirettament diskriminatorja meta, min-natura tagħha stess, tista’ taffettwa iktar il-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra milli l-ħaddiema nazzjonali u meta konsegwentement hija tirriskja li tisfavorixxi b’mod iktar partikolari lil dawn tal-ewwel, sakemm din ma tkunx oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata mal-għan imfittex (sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2019, Krah, C‑703/17, EU:C:2019:850, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
83 |
Sabiex dispożizzjoni nazzjonali tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala indirettament diskriminatorja, ma huwiex neċessarju li jkollha l-effett li tiffavorixxi liċ-ċittadini nazzjonali kollha jew li tisfavorixxi biss liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra bl-esklużjoni taċ-ċittadini nazzjonali (sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2013, Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken, C‑514/12, EU:C:2013:799, punt 27). |
84 |
Lanqas ma huwa neċessarju, f’dan ir-rigward, li jiġi stabbilit li d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni taffettwa, fil-prattika, proporzjon sostanzjalment ikbar ta’ ħaddiema migranti. Huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tista’ tipproduċi tali effett (sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2014, Larcher, C‑523/13, EU:C:2014:2458, punt 33; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-2 ta’ April 2020, PF et, C‑830/18, EU:C:2020:275, punti 31 u 32). |
85 |
Għalkemm il-prinċipji sanċiti fil-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 80 sa 84 ta’ din is-sentenza, li hija l-qofol tal-argumenti magħmula mis-sur M u li hija, essenzjalment, meqjusa rilevanti mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest tal-evalwazzjoni proviżorja tagħha tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, ġew ċertament żviluppati wara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-23 ta’ Mejju 1996, O’Flynn (C‑237/94, EU:C:1996:206, punt 21), fil-kuntest speċifiku tar-regola tal-ugwaljanza fit-trattament prevista kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011, dawn ma japplikawx biss għall-ħaddiema migranti impjegati iżda dawn japplikaw ukoll, mutatis mutandis, fil-kuntest tal-Artikolu 49 TFUE, għall-ħaddiema migranti li jaħdmu għal rashom, bħal ma huwa s-sur M (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2019, Jacob u Lennertz, C‑174/18, EU:C:2019:205, punt 23). |
86 |
Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-persuni għandhom l-għan li jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini tal-Istati Membri, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali ta’ kull natura fit-territorju tal-Unjoni u jipprekludu miżuri li jistgħu jiżvantaġġjaw lil dawn iċ-ċittadini meta jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività ekonomika fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (sentenzi tal-21 ta’ Frar 2006, Ritter-Coulais, C‑152/03, EU:C:2006:123, punt 33, u tal-1 ta’ April 2008, Gouvernement de la Communauté française et gouvernement wallon, C‑212/06, EU:C:2008:178, punt 44 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
87 |
Fid-dawl tal-prinċipji sanċiti fil-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 80 sa 84 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat, hekk kif tagħmel, essenzjalment, il-qorti tar-rinviju, li, għalkemm l-esklużjoni mill-benefiċċju tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 tapplika mingħajr distinzjoni għall-ħaddiema migranti u għall-ħaddiema nazzjonali, din id-dispożizzjoni, minħabba n-natura stess tagħha u, b’mod partikolari, minħabba li ma tippermettix li tintalab l-awtorizzazzjoni ta’ skema ta’ pensjoni barranija wara l-falliment, fatt li għandu jiġi vverifikat mil-qorti tar-rinviju, tista’ taffettwa, fil-prattika, proporzjon sostanzjalment ikbar ta’ ħaddiema migranti milli ta’ ħaddiema nazzjonali u konsegwentement hija tirriskja li tisfavorixxi b’mod iktar partikolari lil dawn tal-ewwel, b’tali mod li din id-dispożizzjoni nazzjonali għandha titqies bħala li hija indirettament diskriminatorja, sakemm din ma hijiex oġġettivament iġġustifikata u proporzjonali mal-għan imfittex minnha. |
88 |
Fil-fatt, hekk kif tesponi l-qorti tar-rinviju, il-ħaddiema nazzjonali li jaħdmu għal-rashom għandhom jibbenefikaw, bħala regola ġenerali, mill-protezzjoni prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 f’dak li jirrigwarda d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni stabbiliti u akkumulati fir-Renju Unit peress li, ta’ sikwit, minħabba l-vantaġġi fiskali li jirriżultaw abbażi tad-dritt fiskali tar-Renju Unit, dawn l-iskemi jkunu rreġistrati abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 u, għaldaqstant, ikunu awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fir-Renju Unit. |
89 |
Min-naħa l-oħra, il-ħaddiema migranti li jaħdmu għal rashom ikollhom, fil-parti l-kbira tal-każijiet, drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni stabbiliti u awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom jew fi Stat Membru ieħor fejn huma kienu ekonomikament attivi, li ma jkunux, bħala regola ġenerali, awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fir-Renju Unit, b’tali mod li, anki fid-dawl tal-fatt li ma huwiex possibbli li titressaq talba għal awtorizzazzjoni wara l-falliment għal dawn l-istess skemi, fatt li għandu jiġi vverifikat mil-qorti tar-rinviju, id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn dawn l-iskemi jibbenefikaw, ta’ sikwit, biss mill-protezzjoni prevista fl-Artikolu 12 tal-WRPA 1999 għall-Iskemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati, li hija nettament iktar limitata. |
90 |
Skont il-qorti tar-rinviju, l-amministraturi ta’ tali skemi ta’ pensjoni barranin ma jibdewx, bħala regola ġenerali, il-proċessi neċessarji, anki jekk dawn ma humiex, bħala tali, diffiċli li jitwettqu, sabiex dawn l-iskemi jkunu barra minn hekk awtorizzati fir-Renju Unit sabiex iservu l-bżonnijiet individwali ta’ wħud mill-benefiċjarji tagħhom permezz tar-reġistrazzjoni tal-iskema kkonċernata abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 jew tal-issodisfar tar-rekwiżiti sabiex dawn ikunu jikkostitwixxu “skemi ta’ pensjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet”, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA. |
91 |
Il-qorti tar-rinviju tindika madankollu li reġistrazzjoni, abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004, ta’ skemi ta’ pensjoni barranin bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija, bħala prinċipju, possibbli iżda tikkostitwixxi proċess li x’aktarx iġib miegħu konsegwenzi sostanzjali peress li din tagħti lok għal ċerti żvantaġġi, relatati, mal-limitazzjoni tal-ħlasijiet li jistgħu jitwettqu mill-iskema mingħajr ma jiġi ġġenerat dejn fiskali. |
92 |
Dik il-qorti tosserva wkoll li għalkemm, fil-prattika, ir-rekwiżiti sabiex tali skemi ta’ pensjoni barranin jiġu awtorizzati bħala “skema ta’ pensjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet”, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA, ma jimplikawx l-osservanza ta’ rekwiżiti partikolarment ħorox, madankollu ma hemmx, b’mod ġenerali, wisq interess għall-amministraturi ta’ dawn l-iskemi li jibdew il-proċessi neċessarji sabiex din r-rekwiżiti ħlief, li ma huwiex il-każ fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ikun ippjanat li jitħallsu kontribuzzjonijiet fl-iskema minn jew f’isem benefiċjarji li stabbilixxew ruħhom fir-Renju Unit. |
93 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, sa fejn dan jissuġġetta l-benefiċċju tal-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, ta’ drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari għar-rekwiżit tal-ksib minn qabel ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet tat-taxxa tal-skema ta’ pensjoni li minnha jinsiltu dawn id-drittijiet, inkluż meta inkwistjoni jkun hemm, bħal fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skema ta’ pensjoni stabbilita u diġà awtorizzata fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat qabel ma stabbilixxa ruħu b’mod permanenti fir-Renju Unit, imur kontra r-regola tal-ugwaljanza fit-trattament prevista fl-Artikolu 49 TFUE u, għaldaqstant, jikkostitwixxi ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment ipprojbit minn din id-dispożizzjoni, ħlief jekk dan l-ostakolu huwa ġġustifikat fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni. |
94 |
Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkonfutata mill-argumenti magħmula mill-amministraturi. |
95 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi miċħud l-argument ibbażat, essenzjalment, fuq il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari fuq il-punti 24 u 25 tas-sentenza tas-27 ta’ Jannar 2000, Graf (C‑190/98, EU:C:2000:49), li jgħid li ma jistax jiġi sostnut li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali x’aktarx li tiddiswadi lil ħaddiem għal rasu milli juża l-libertà tiegħu ta’ stabbiliment sa fejn, fil-każ ta’ falliment ieħor fl-Istat Membru ospitanti, ikun hemm ir-riskju li d-drittijiet tiegħu għall-pensjoni ma jibbenefikawx minn protezzjoni xierqa peress li, fil-mument tal-eżerċizzju ta’ din il-libertà, il-falliment ikun avveniment fil-ġejjieni u ipotetiku li għandu jitqies bħala ċirkustanza wisq inċerta u indiretta fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza. |
96 |
Fil-fatt, il-protezzjoni xierqa, fil-każ ta’ falliment, ta’ drittijiet għall-pensjoni akkumulati fl-Istat Membru ta’ oriġini minn ċittadin tal-Unjoni hija fattur li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni minn dan iċ-ċittadin fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni li jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk jeżerċita attività professjonali b’mod permanenti, speċjalment jekk dan iċ-ċittadin diġà akkumula drittijiet għal pensjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu jew fi Stat Membru ieħor fejn kien ekonomikament attiv. |
97 |
Għaldaqstant, il-falliment ta’ ħaddiem migrant ekonomikament attiv u li jaħdem għal rasu, għalkemm jikkostitwixxi, bħala regola ġenerali, avveniment fil-ġejjieni u ipotetiku fil-mument ta’ meta dan il-ħaddiem jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, ma jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi ċirkustanza wisq inċerta u indiretta, sabiex jiġi eskluż li l-miżura nazzjonali inkwistjoni hija ta’ natura li tostakola l-libertà ta’ stabbiliment. |
98 |
Fit-tieni lok, lanqas ma jista’ jiġi aċċettat l-argument li jgħid li persuna li tiċċaqlaq volontarjament lejn Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk hija tiddikjara l-falliment tagħha jew meta tkun konxja mill-falliment probabbli tagħha f’dan l-Istat ma tkunx tista’, fl-ebda każ, tiġi awtorizzata tikkontesta s-sistema ta’ insolvenza ta’ dan l-Istat Membru li tikkostitwixxi l-lex fori concursus, abbażi ta’ libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat FUE. |
99 |
Fil-fatt, anki jekk jitqies li s-sur M, billi stabbilixxa ruħu fir-Renju Unit, kellu l-intenzjoni li hemmhekk jiddikjara l-falliment tiegħu sabiex, b’mod partikolari jew prinċipalment, ikun jista’ jibbenefika minn ċerti vantaġġi mogħtija mid-dritt tar-Renju Unit dwar l-insolvenza, bħal ma huwa t-terminu relattivament qasir ta’ tnax-il xahar li warajh il-persuna li tkun falliet hija bħala prinċipju lliberata mill-falliment, filwaqt li dan it-terminu kien, skont l-amministraturi, ta’ tnax-il sena fl-Irlanda, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li l-proċess li jinstab quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludi ebda element li jippermetti li tiġi konkluża l-eżistenza, f’moħħ is-sur M, ta’ “abbuż ta’ dritt” jew ta‘ xi “frodi”, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-9 ta’ Marzu 1999, Centros, C‑212/97, EU:C:1999:126, punt 24). |
100 |
Issa, huwa paċifiku li s-sur M kien, qabel il-falliment tiegħu, effettivament ċaqlaq iċ-ċentru prinċipali tal-interessi tiegħu mill-Irlanda lejn ir-Renju Unit u b’dan il-mod assuma l-konsegwenzi kollha ta’ tali għażla, inkluż l-issuġġettar għal-leġiżlazzjoni fiskali ta’ dan il-pajjiż, u dan kellu bħala konsegwenza li l-qrati tar-Renju Unit ikunu kompetenti biex jiftħu l-proċedura ta’ insolvenza fil-konfront tiegħu konformement mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1346/2000, b’tali mod li huwa lanqas ma jista’ jiġi kkritikat li wettaq “forum shopping”. |
101 |
Fit-tielet lok, skont l-amministraturi, is-sur M ma jistax, billi jinvoka libertà fundamentali, iwettaq “cherry picking”, li jippermettilu li joħloq sistema ta’ insolvenza “à la carte” billi jagħżel l-elementi tas-sistema ta’ insolvenza previsti mid-dritt tar-Renju Unit li huma favorevoli għalih u billi jirrifjuta dawk li ma humiex favorevoli għalih sa fejn tali approċċ ikun ta’ ħsara għall-effett utli tar-Regolament Nru 1346/2000. |
102 |
F’dan ir-rigward, b’żieda ma dak li diġà ġie espost fil-punti 75 u 76 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi osservat li, għalkemm l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jifforma parti minn grupp iktar wiesa’ ta’ regoli tar-Renju Unit dwar l-insolvenza, li wħud minnhom huma iktar favorevoli minn oħrajn għall-persuna li tkun falliet, din id-dispożizzjoni għandha, sa fejn hija tipprevedi skema ta’ protezzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati li huma nettament iktar vantaġġużi, għall-persuna li tkun falliet, mill-iskema prevista fl-Artikolu 12 tal-WRPA 1999 applikabbli għad-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati, tkun konformi bħala tali mal-libertajiet fundamentali. |
103 |
Fir-raba’ lok, għandu jiġi miċħud ukoll l-argument li jgħid li l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 ma jaqax taħt l-Artikolu 49 TFUE peress li l-imsemmi Artikolu 11 japplika biss wara li tkun ġiet eżerċitata l-libertà ta’ stabbiliment, jiġifieri fil-mument tal-falliment tal-ħaddiem migrant. Barra minn hekk, il-possibbiltà tal-eżistenza ta’ ostakolu ma tistax titqiegħed f’dubju minħabba s-sempliċi fatt li, milli jidher, l-imsemmi Artikolu 11, effettivament, ma kellux effett dissważiv fuq is-sur M peress li dan tal-aħħar stabbilixxa ruħu fir-Renju Unit minkejja dan l-istess artikolu. |
104 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-impossibbiltà li ħaddiem migrant iressaq, wara l-falliment, talba għall-finijiet li jibbenefika, f’dak li jirrigwarda d-drittijiet tiegħu għall-pensjoni li jirriżultaw minn skema ta’ pensjoni awtorizzata fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu jew fi Stat Membru ieħor li fih huwa kien ekonomikament attiv, mill-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari, hekk kif prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, tista’, prima facie, tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju minn tali ħaddiem migrant tal-libertà tiegħu ta’ stabbiliment billi jistabbilixxi ruħu b’mod permanenti fir-Renju Unit, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat jekk, fis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, is-sur M, effettivament, ġiex jew ma ġiex disważ milli jistabbilixxi ruħu fir-Renju Unit minħabba l-eżistenza ta’ din il-leġiżlazzjoni. |
105 |
Iktar minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-artikoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapitali jikkostitwixxu dispożizzjonijiet fundamentali għall-Unjoni u li kull ostakolu, anki ta’ importanza minuri, għal din il-libertà huwa pprojbit (sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2013, Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken, C‑514/12, EU:C:2013:799, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
Fuq l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment
106 |
Hekk kif jissemma fil-punt 93 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, sa fejn dan jissuġġetta l-benefiċċju tal-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, ta’ drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari għar-rekwiżit tal-ksib minn qabel ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet tat-taxxa tal-iskema ta’ pensjoni li minnha jinsiltu dawn id-drittijiet, anki meta inkwistjoni jkun hemm, bħal fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skema ta’ pensjoni stabbilita u diġà awtorizzata fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat, imur kontra r-regola tal-ugwaljanza fit-trattament stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE u, għalhekk, jikkostitwixxi ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment ipprojbit minn din id-dispożizzjoni, ħlief jekk tali ostakolu huwa ġġustifikat fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, fatt li għandu, għaldaqstant, jiġi eżaminat. |
107 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li restrizzjoni għal libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat FUE tista’ tiġi aċċettata biss bil-kundizzjoni li l-miżura nazzjonali inkwistjoni tkun tissodisfa raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, li tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan li hija tkun trid tilħaq u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq (sentenza tat-3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr, C‑555/19, EU:C:2021:89, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
108 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jikkostitwixxi restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment minħabba li min-natura tiegħu jiddiskrimina indirettament minħabba n-nazzjonalità, sa fejn tali restrizzjoni hija aċċettata biss jekk tkunx oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata mal-għan imfittex (sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2019, Krah, C‑703/17, EU:C:2019:850, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
109 |
Madankollu, l-eżami tan-natura oġġettivament iġġustifikata tar-restrizzjoni inkwistjoni jikkorrispondi, essenzjalment, għal dak relatat ma eventwali ġustifikazzjoni abbażi ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, minn dan isegwi li dawn iż-żewġ eżamijiet għandhom isiru bl-istess mod (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr, C‑555/19, EU:C:2021:89, punt 105). |
Fuq l-eżistenza ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika ir-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment
110 |
Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li l-Gvern tar-Renju Unit ma ppreżentax osservazzjonijiet bil-miktub fil-kuntest ta’ din il-proċedura u li mil-linji gwida tad-dipartiment tal-insolvenza jirriżulta li, skont dan il-korp pubbliku tar-Renju Unit, jeżisti obbligu ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-iskemi ta’ pensjoni rikonoxxuti jew awtorizzati fl-Istati Membri, b’tali mod li d-drittijiet misluta minn dawn l-iskemi għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-esklużjoni mill-massa fallimentari prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, u dan jagħti l-wieħed x’jifhem, hekk kif isostni s-sur M, li, skont l-evalwazzjoni ta’ dan id-dipartiment, l-inugwaljanza fit-trattament inkwistjoni ma tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali. |
111 |
Barra minn hekk, għalkemm, fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qorti tar-rinviju ma tanalizzax b’mod speċifiku eventwali ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni inkwistjoni fid-dawl ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, dik il-qorti tosserva, f’dak li jirrigwarda l-għan tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, li d-drittijiet għall-pensjoni huma kkonċepiti u l-vantaġġ fiskali relatat magħhom jingħata sabiex l-individwi jingħataw sostenn finanzjarju fil-kuntest tal-irtirar futur tagħhom u mhux sabiex il-kredituri jkunu protetti fil-każ li l-individwi jfallu qabel ma jirtiraw u li, ħlief fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet imsejħa “eċċessivi”, dawn id-drittijiet huma esklużi mill-massa fallimentari. |
112 |
Meqjus dan l-għan, il-Kummissjoni Ewropea ssostni, essenzjalment, li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali l-għan ta’ politika soċjali marbut mal-garanzija, għall-persuna li tkun falliet, ta’ ċertu livell ta’ drittijiet għall-pensjoni sabiex din ikun jista’ jkollha dħul xieraq u għalhekk tevita li ssir ta’ piż fuq l-Istat. |
113 |
Jekk, bla ħsara għal verifika minn naħa tal-qorti tar-rinviju, tali raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali tista’ tiġi aċċettata, jidher li din għandha tkun ippreċiżata fid-dawl tal-għan speċifiku tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 bħala li hija intiża li tiżgura bilanċ ġust bejn protezzjoni xierqa tal-interessi tal-persuna li tkun falliet u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-kredituri tal-persuna li tkun falliet relatati mal-irkupru, minn tal-inqas parzjali, tal-kreditu tagħhom fil-massa fallimentari. |
Fuq il-proporzjonalità tar-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment
114 |
Għalkemm l-għan ta’ protezzjoni bbilanċjata tal-interessi neċessarjament kunfliġġenti tal-persuna li tkun falliet u tal-kredituri tagħha fir-rigward tad-drittijiet għall-pensjoni tal-persuna li tkun falliet imfittex mill-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jista’ jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, xorta jibqa’ l-fatt, hekk kif diġà ġie mfakkar fil-punt 107 ta’ din is-sentenza, li r-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment li tinvolvi din id-dispożizzjoni nazzjonali tista’ tkun iġġustifikata, li din tkun xierqa li tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq. |
115 |
Tqum, b’mod partikolari, il-kwistjoni ta’ jekk ir-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment li jinvolvi l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 hijiex xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq, sa fejn din id-dispożizzjoni tillimita l-benefiċċju tal-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari li hija tipprevedi biss għad-drittijiet għall-pensjoni li joriġinaw minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fir-Renju Unit bl-esklużjoni, b’mod partikolari, tad-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni li ma ġewx awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fir-Renju Unit iżda fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, bħal ma huwa l-Istat Membru ta’ oriġini tal-ħaddiem migrant li d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu huma inkwistjoni, li huma s-suġġett ta’ esklużjoni parzjali u diskrezzjonali mill-massa fallimentari abbażi tal-Artikolu 12 tal-WRPA 1999. |
116 |
F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, f’dak li jirrigwarda skemi ta’ pensjoni diġà awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fi Stat Membru tal-Unjoni u mhux fir-Renju Unit, ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni addizzjonali u minn qabel tal-falliment ta’ tali skemi ta’ pensjoni mill-awtoritajiet tat-taxxa tar-Renju Unit bħala kundizzjoni li għandha tiġi ssodisfatta sabiex id-drittijiet għall-pensjoni inkwistjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esklużjoni prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 huwiex proporzjonali għal-għan imfittex minn din id-dispożizzjoni. |
117 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi indikat li, jekk tali rekwiżit ikun intiż li jillimita l-esklużjoni mill-massa fallimentari tad-drittijiet misluta minn skemi ta’ pensjoni li huma rregolati u suġġetti għal superviżjoni, dan’ x’aktarx ikun imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sa fejn l-effett tiegħu jkun li mill-benefiċċju tal-esklużjoni jiġu esklużi d-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fi Stat Membru u mhux fir-Renju Unit sa fejn dawn l-iskemi huma wkoll irregolati u suġġetti għal superviżjoni, anki jekk, eventwalment, b’mod differenti. |
118 |
Barra minn hekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk teżistix relazzjoni bejn ir-regoli fiskali dwar ir-regoli u s-superviżjoni tal-iskemi ta’ pensjoni u l-għan tad-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni li donnu huwa dak li jiġi żgurat, fi proċedura ta’ insolvenza, bilanċ ġust bejn l-interessi tal-persuna li tkun falliet marbuta mal-esklużjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari u dawk tal-kredituri marbuta ma inklużjoni massima ta’ dawn id-drittijiet fil-massa fallimentari. |
119 |
Fil-fatt, ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fiskali ta’ skema ta’ pensjoni bħala rekwiżit sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika minn ċerti vantaġġi fiskali marbutin mal-kontribuzzjonijiet għal tali skema u mal-benefiċċji mħallsa minnha jidher li ma għandu ebda rabta mal-impożizzjoni ta’ dan l-istess rekwiżit barra minn kull kuntest fiskali bħala kundizzjoni sabiex jinkiseb il-benefiċċju tal-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, b’mod partikolari jekk, bħal ma huwa l-każ fis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-persuna li tkun falliet ma tinvoka ebda wieħed minn dawn il-vantaġġi fiskali. |
120 |
Fi kliem ieħor, għalkemm, fil-kuntest tal-fiskalità, rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni ta’ skema ta’ pensjoni jista’ jkun iġġustifikat sabiex ikunu jistgħu jiġu limitati u kontrollati l-vantaġġi fiskali relatati magħha, tali loġika tista’ tkun assenti meta tali rekwiżit jiġi impost fil-kuntest speċifiku tal-insolvenza, b’mod partikolari, fid-dawl tar-regoli li jiddeterminaw l-assi li huma s-suġġett tal-ispussessar. |
121 |
Barra minn hekk, jekk, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, l-għan ta’ dan ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet tat-taxxa kien li jiġi ggarantit li l-iskema ta’ pensjoni li minnha l-persuna li tkun falliet tislet id-drittijiet tagħha hija skema li hija s-suġġett ta’ ċerta pubbliċità, b’tali mod li dawn id-drittijiet ma jiġux sotratti b’mod abbużiv mill-kredituri tal-persuna falluta, l-imsemmija dispożizzjoni tkun tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju jekk jiġi kkonfermat li, hekk kif issostni l-Kummissjoni, id-dritt tar-Renju Unit dwar l-insolvenza jipprevedi li, fil-kuntest tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, il-persuna li tkun falliet hija obbligata li tiddikjara mal-amministraturi l-attivi kollha tagħha inklużi d-drittijiet għall-pensjoni li hija tista’ tislet minn skema ta’ pensjoni barranija. |
122 |
Barra minn hekk, għalkemm, hekk kif isostnu l-amministraturi, l-għan tal-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ awtorizzazzjoni fir-Renju Unit minn qabel il-falliment ta’ skema ta’ pensjoni barranija diġà awtorizzata fi Stat Membru kien li jippermetti li l-awtoritajiet tat-taxxa Brittanniċi jivverifikaw jekk l-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni hijiex tabilħaqq skema ta’ pensjoni barranija li ġiet effettivament awtorizzata, tali obbligu x’aktarx li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju. Fil-fatt, jekk, kif huwa l-każ fis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru li fih ġiet stabbilita l-iskema ta’ pensjoni jikkonfermaw bil-miktub u mingħajr dubju li din l-iskema tabilħaqq ġiet awtorizzata konformement mal-leġiżlazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat Membru, l-impożizzjoni ta’ kontroll intiż li jiżgura li din l-awtorizzazzjoni tabilħaqq ingħatat tkun superfluwa u tkun tidher sproporzjonata anki peress li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri huma marbutin minn dover ta’ fiduċja reċiproka. |
123 |
Fl-aħħar, jidher li anki r-restrizzjoni li tinvolvi l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 tkun sproporzjonata, fatt li wkoll għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, jekk ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fiskali għandu imperattivament jiġi ssodisfatt l-iktar tard fil-mument tad-dikjarazzjoni tal-falliment, u għalhekk jeskludi l-possibbiltà li l-persuna li tkun falliet titlob l-awtorizzazzjoni tal-iskema ta’ pensjoni barranija inkwistjoni wara din id-data sabiex tkun tista’ tibbenefika mill-esklużjoni mill-massa fallimentari tad-drittijiet misluta minn din l-iskema prevista minn din id-dispożizzjoni. |
124 |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ġie espost iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għar-rekwiżit li, fil-mument tal-falliment, l-iskema kkonċernata kienet awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa f’dan l-Istat, meta dan ir-rekwiżit huwa impost f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni li kien, qabel il-falliment tiegħu, eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi stabbilixxa ruħu, b’mod permanenti, f’dan l-istess Stat, sabiex hemmhekk jeżerċita attività ekonomika għal rasu, jislet drittijiet għall-pensjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, ħlief jekk ir-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment li tinvolvi l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali hija ġġustifikata meta hija tissodisfa raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, hija xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
Fuq l-ispejjeż
125 |
Peress li l-proċedura għandha fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għar-rekwiżit li, fil-mument tal-falliment, l-iskema kkonċernata kienet awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa f’dan l-Istat, meta dan ir-rekwiżit huwa impost f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni li kien, qabel il-falliment tiegħu, eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi stabbilixxa ruħu, b’mod permanenti, f’dan l-istess Stat, sabiex hemmhekk jeżerċita attività ekonomika għal rasu, jislet drittijiet għall-pensjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, ħlief jekk ir-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment li tinvolvi l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali hija ġġustifikata meta hija tissodisfa raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, hija xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.