Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62019CJ0948
Judgment of the Court (Second Chamber) of 11 November 2021.#UAB „Manpower Lit“ v E.S. and Others.#Request for a preliminary ruling from the Lietuvos Aukščiausiasis Teismas.#Reference for a preliminary ruling – Social policy – Temporary agency work – Directive 2008/104/EC – Article 1 – Scope – Concepts of ‘public undertaking’ and ‘being engaged in economic activities’ – European Union agencies – European Institute for Gender Equality (EIGE) as a ‘user undertaking’ within the meaning of Article 1(2) of that directive – Article 5(1) – Principle of equal treatment – Basic working and employment conditions – Concept of ‘the same job’ – Regulation (EC) No 1922/2006 – Article 335 TFEU – Principle of administrative autonomy of an EU institution – Article 336 TFEU – Staff Regulations of Officials of the European Union and Conditions of Employment of Other Servants of the European Union.#Case C-948/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021.
UAB "Manpower Lit" vs E.S. et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Xogħol temporanju – Direttiva 2008/104/KE – Artikolu 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċetti ta’ ‘impriża pubblika’ u ta’ ‘eżerċizzju ta’ attività ekonomika’ – Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) bħala ‘impriża utenti’, fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva – Artikolu 5(1) – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Kundizzjonijiet essenzjali ta’ xogħol u ta’ impjieg – Kunċett ta’ ‘l-istess impjieg’ – Regolament (KE) Nru 1922/2006 – Artikolu 335 TFUE – Prinċipju tal-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Artikolu 336 TFUE – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni.
Kawża C-948/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021.
UAB "Manpower Lit" vs E.S. et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Xogħol temporanju – Direttiva 2008/104/KE – Artikolu 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċetti ta’ ‘impriża pubblika’ u ta’ ‘eżerċizzju ta’ attività ekonomika’ – Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) bħala ‘impriża utenti’, fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva – Artikolu 5(1) – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Kundizzjonijiet essenzjali ta’ xogħol u ta’ impjieg – Kunċett ta’ ‘l-istess impjieg’ – Regolament (KE) Nru 1922/2006 – Artikolu 335 TFUE – Prinċipju tal-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Artikolu 336 TFUE – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni.
Kawża C-948/19.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2021:906
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
11 ta’ Novembru 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Xogħol temporanju – Direttiva 2008/104/KE – Artikolu 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċetti ta’ ‘impriża pubblika’ u ta’ ‘eżerċizzju ta’ attività ekonomika’ – Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) bħala ‘impriża utenti’, fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva – Artikolu 5(1) – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Kundizzjonijiet essenzjali ta’ xogħol u ta’ impjieg – Kunċett ta’ ‘l-istess impjieg’ – Regolament (KE) Nru 1922/2006 – Artikolu 335 TFUE – Prinċipju tal-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Artikolu 336 TFUE – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni”
Fil-Kawża C‑948/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑30 ta’ Diċembru 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑31 ta’ Diċembru 2019, fil-proċedura
UAB “Manpower Lit”
vs
E.S.,
M.L.,
M.P.,
V.V.,
R.V.,
fil-preżenza ta’:
L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Ewwel Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, I. Ziemele, T. von Danwitz, P. G. Xuereb u A. Kumin (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Tanchev,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal E.S., M.L., M.P., V.V. u R.V., minn R. Rudzinskas, advokatas, |
– |
għall-Gvern Litwan, minn V. Kazlauskaitė-Švenčionienė u V. Vasiliauskienė, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn J. Jokubauskaitė, B. Mongin u M. van Beek, sussegwentement minn J. Jokubauskaitė, C. Valero u B. Mongin, u fl-aħħar nett minn J. Jokubauskaitė, D. Recchia u B. Mongin, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑15 ta’ Lulju 2021,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) u (3) kif ukoll tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU 2008, L 327, p. 9). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn UAB “Manpower Lit” u E.S., M.L., M.P., V.V. u R.V., dwar ir-remunerazzjoni mogħtija skont kuntratti ta’ xogħol konklużi rispettivament bejn Manpower Lit u l-konvenuti fil-kawża prinċipali. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2008/104
3 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/104 jiddisponi: “1. Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema b’kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg ma’ aġenzija ta’ xogħol temporanju li huma assenjati għal impriżi utenti biex jaħdmu b’mod temporanju taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħhom. 2. Din id-Direttiva tapplika għal impriżi pubbliċi u privati li huma aġenziji ta’ xogħol temporanju jew impriżi utenti impenjati f’attivitajiet ekonomiċi kemm jekk qed jaħdmu għal qligħ kif ukoll jekk le. 3. L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-imsieħba soċjali, jipprovdu li din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti jew relazzjonijiet ta’ impjieg konklużi taħt programm speċifiku pubbliku jew sostnut b’mezzi pubbliċi ta’ taħriġ vokazzjonali, ta’ integrazzjoni jew ta’ taħriġ mill-ġdid.” |
4 |
L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej: “1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva: […]
[…]
[…]” |
5 |
L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Il-prinċipju ta’ trattament ugwali” jistipula, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu: “Il-kondizzjonijiet bażiċi tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għandhom ikunu, għat-tul ta’ żmien ta’ l-assenjazzjoni tagħhom f’impriża utenti, ta’ l-inqas dawk li jkunu japplikaw kieku kienu rreklutati direttament minn dik l-impriża biex jokkupaw l-istess impjieg.” |
Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006
6 |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (ĠU 2006, L 403, p. 9), jiddisponi: “L-għanijiet globali ta’ l-Istitut għandhom ikunu li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-integrazzjoni tas-sessi fil-linji politiċi Komunitarja kollha u l-linji politiċi nazzjonali li joħorġu minnha, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, u li jżid l-għarfien taċ-ċittadini ta’ l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi assistenza teknika lill-istituzzjonijiet Komunitarji, b’mod partikolari lill-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 3.” |
7 |
L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Kompiti”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2, l-Istitut għandu:
|
8 |
L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej: “L-Istitut għandu jkollu personalità ġuridika. Huwa għandu jgawdi, f’kull wieħed mill-Istati Membri, mill-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari, huwa jkun jista’ jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u jista’ jkun parti fi proċedimenti legali.” |
9 |
L-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1922/2006 jistipula: “Id-dħul ta’ l-Istitut għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, jinkludi:
[…]” |
Id-dritt Litwan
10 |
Il-Lietuvos Respublikos Darbo kodeksas (il-Kodiċi tax-Xogħol tar-Repubblika tal-Litwanja), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi tax-Xogħol”), jipprovdi, fl-Artikolu 75(2) tiegħu: “Aġenzija ta’ xogħol temporanju għandha tiżgura li r-remunerazzjoni ta’ ħaddiem temporanju għal xogħol magħmul għal impriża utenti tkun mill-inqas daqs ir-remunerazzjoni li għandha titħallas kieku l-impriża utenti kienet ingaġġat lill-ħaddiem temporanju b’kuntratt ta’ impjieg għall-istess xogħol, ħlief f’każijiet fejn ħaddiema temporanji impjegati b’kuntratti indefiniti ta’ xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija jirċievu remunerazzjoni mill-aġenzija ta’ xogħol temporanju bejn assenjazzjonijiet għal xogħol li tkun tal-istess ammont bħal dak tar-remunerazzjoni li tingħata matul assenjazzjonijiet għal xogħol. L-impriża utenti għandha ġġorr responsabbiltà sussidjarja sabiex tissodisfa l-obbligu li tħallas lill-ħaddiem temporanju għal xogħol magħmul għall-impriża utenti mill-inqas daqs ir-remunerazzjoni li jkollha titħallas kieku l-impriża utenti kienet ingaġġat lill-ħaddiem temporanju skont kuntratt ta’ impjieg għall-istess xogħol. Fil-kuntest ta’ dan l-obbligu, l-impriża utenti għandha, fuq talba mill-aġenzija ta’ xogħol temporanju, tipprovdi lil din tal-aħħar informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni mħallsa lill-impjegati rispettivi tagħha tal-kategorija kkonċernata.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
11 |
Manpower Lit tipprovdi servizzi ta’ xogħol temporanju. Matul is-sena 2012, hija rebħet kuntratt pubbliku tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), aġenzija tal-Unjoni stabbilita f’Vilnjus (il-Litwanja), dwar servizzi ta’ provvista ta’ persunal temporanju. |
12 |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt konkluż sussegwentement bejn Manpower Lit u l-EIGE kienu jipprevedu li s-servizzi li dan tal-aħħar jista’ jkollu bżonn jirrikorri għalihom huma intiżi sabiex isostnu l-persunal statutorju tiegħu, jassumu, fuq bażi temporanja, kompiti addizzjonali għal dawk imwettqa b’mod ordinarju u li jirriżultaw minn proġetti speċifiċi, jiġu ffaċċjati l-perijodi li fihom hemm l-iktar xogħol u jiġi rrimedjat in-nuqqas ta’ persunal fi ħdan l-EIGE fil-każ ta’ assenzi. Kien ippreċiżat ukoll li l-persunal temporanju jitqies bħala persunal mhux statutorju tal-EIGE. |
13 |
Il-konvenuti fil-kawża prinċipali kkonkludew kuntratti ta’ xogħol ma’ Manpower Lit u kienu jaħdmu fi ħdan l-EIGE bħala, rispettivament, assistenti u assistent tal-informatika. F’dawn il-kuntratti u fl-emendi tagħhom, kien ippreċiżat li l-konvenuti fil-kawża prinċipali kienu ser jaħdmu għall-impriża utenti, jiġifieri l-EIGE, li kienet ser tindikalhom il-membru tal-persunal responsabbli sabiex jagħti l-istruzzjonijiet dwar it-twettiq tax-xogħol. Il-kuntratti kienu jippreċiżaw ukoll it-tul tagħhom, jiġifieri sad-data tat-tmiem tal-ordni tal-EIGE għall-impjieg li jikkorrispondi għall-funzjonijiet ikkonċernati. |
14 |
Ir-relazzjonijiet ta’ impjieg bejn Manpower Lit u l-konvenuti fil-kawża prinċipali kienu ntemmu bejn ix-xahar ta’ April u x-xahar ta’ Diċembru 2018. Issa, peress li qiesu li kienu dovuti lilhom arretrati ta’ remunerazzjoni, huma adixxew lill-Valstybinės darbo inspekcijos Vilniaus teritorinio skyriaus Darbo ginčų komisija (il-Kummissjoni dwar Tilwim Industrijali tat-Taqsima Territorjali ta’ Vilnjus tal-Ispettorat tax-Xogħol, il-Litwanja, iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni dwar Tilwim Industrijali”) sabiex jiksbu l-ħlas. |
15 |
Din il-kummissjoni kienet tal-opinjoni li l-konvenuti fil-kawża prinċipali kienu fil-fatt jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ membri tal-persunal permanenti tal-EIGE u li l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni tagħhom kellhom jikkorrispondu għal dawk applikati minnu lill-membri tal-persunal bil-kuntratt tiegħu. Fid-dawl tal-Artikolu 75(2) tal-Kodiċi tax-Xogħol, hija kkonstatat, permezz ta’ deċiżjoni tal‑20 ta’ Ġunju 2018, li Manpower Lit kienet iddiskriminat lill-konvenuti fil-kawża prinċipali billi ħallsithom remunerazzjoni inferjuri għal dik li kienet tkun dovuta lilhom li kieku ġew irreklutati direttament mill-EIGE permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol sabiex jokkupaw l-istess pożizzjoni u ordnat l-irkupru ta’ arretrati ta’ remunerazzjoni għal perijodu ta’ sitt xhur matul is-sena 2018. |
16 |
Peress li ma qablitx mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar Tilwim Industrijali, Manpower Lit ressqet talba ġudizzjarja quddiem il-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Vilnjus, il-Litwanja), li ċaħditha permezz ta’ sentenza tal‑20 ta’ Frar 2019. |
17 |
Fis-sentenza tagħha, din il-qorti ċaħdet bħala infondat l-argument imressaq mill-EIGE, intervenjent fil-proċedura, skont liema d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/104 ma jistgħux jiġu applikati fil-konfront tagħhom. |
18 |
Barra minn hekk, hija rrilevat li, fid-dawl tal-istipulazzjonijiet tal-kuntratti ta’ xogħol tal-konvenuti fil-kawża prinċipali u tal-kompiti effettivament imwettqa minnhom, dawn kienu kollha jeżerċitaw funzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kienu jassistu l-persunal permanenti ta’ ċerti diviżjonijiet tal-EIGE u kienu jissodisfaw, parzjalment, il-funzjonijiet tal-membri tal-persunal bil-kuntratt li jaħdmu fi ħdan din l-aġenzija. Għalhekk, l-imsemmija qorti qieset li l-konvenuti fil-kawża prinċipali setgħu, għall-finijiet tal-Artikolu 75(2) tal-Kodiċi tax-Xogħol, jiġu pparagunati ma’ dawn il-membri tal-persunal bil-kuntratt. |
19 |
F’dan il-kuntest, il-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Vilnjus) ippreċiżat li l-kompiti mwettqa mill-konvenuti fil-kawża prinċipali u l-funzjonijiet tagħhom ma kinux partikolarment differenti jew mhux karatteristiċi ta’ dawk tal-EIGE sal-punt li ma setgħux jiġu fdati lil uffiċjali jew lil membri tal-persunal bil-kuntratt li jaħdmu hemmhekk b’mod permanenti. Skont din il-qorti, il-fatt li din l-aġenzija għażlet li tirrekluta persunal permezz ta’ aġenzija ta’ xogħol temporanju sabiex tnaqqas l-ispiża tar-riżorsi umani u li tevita proċeduri itwal u iktar kumplessi ma kienx jikkostitwixxi raġuni li tiġġustifika li r-remunerazzjoni mħallsa lill-konvenuti fil-kawża prinċipali tkun sostanzjalment inqas minn dik prevista għall-membri tal-persunal bil-kuntratt. |
20 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmija qorti ddeċidiet li kellhom jiġu applikati għall-konvenuti fil-kawża prinċipali l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt. |
21 |
Adita b’appell ippreżentat minn Manpower Lit, il-Vilniaus apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnjus, il-Litwanja), permezz ta’ sentenza tal‑20 ta’ Ġunju 2019, ċaħditu u kkonfermat is-sentenza tal-ewwel istanza. |
22 |
Sussegwentement, Manpower Lit appellat fil-kassazzjoni quddiem il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja), il-qorti tar-rinviju. |
23 |
Din il-qorti tippreċiża li t-tilwima pendenti quddiemha tirrigwarda, essenzjalment, il-punt dwar jekk id-dispożizzjoni dwar l-ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema temporanji, li tinsab fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/104 u trasposta fid-dritt nazzjonali, hijiex applikabbli għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fid-dawl tal-fatt li l-kwalità ta’ impriża utenti li tirrikorri għas-servizzi ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema temporanji tappartjeni lill-EIGE, aġenzija tal-Unjoni. |
24 |
F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tosserva li, fid-dawl ta’ ċerti differenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/104, it-tifsira preċiża tal-kunċett ta’ “impriża pubblika” u l-kwistjoni dwar jekk entitajiet bħall-EIGE jaqgħux taħt dan il-kunċett ma humiex ċari. Fil-fehma tagħha, interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija wkoll neċessarja sa fejn jeżisti dubju dwar għal liema suġġetti tad-dritt japplika l-kriterju tal-“eżerċizzju ta’ attività ekonomika”, jiġifieri għall-impriża utenti, għall-aġenzija ta’ xogħol temporanju jew għat-tnejn. |
25 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, f’dan il-kuntest, dwar l-effett tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/104, li jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li din id-direttiva ma tapplikax għall-kuntratti jew għar-relazzjonijiet ta’ xogħol konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ taħriġ, ta’ inklużjoni u ta’ taħriġ mill-ġdid professjonali pubbliku jew sostnut mill-awtoritajiet pubbliċi. |
26 |
Fl-aħħar nett, din il-qorti tirrifletti l-opinjoni espressa mill-EIGE, skont liema l-qorti, meta tapplika l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali relatati miegħu, għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni tad-direttiva f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjoni nondiskriminatorja tiksirx regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni. Issa, skont l-EIGE, l-interpretazzjoni, mill-qrati aditi preċedentement, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-applikazzjoni tiegħu għal aġenzija tal-Unjoni ma humiex konformi mar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni, mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-Artikoli 335 u 336 TFUE. |
27 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel sat-tielet domanda
28 |
Permezz tal-ewwel sat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/104 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-assenjazzjoni, minn aġenzija ta’ xogħol temporanju, ta’ persuni li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol ma’ din l-impriża mal-EIGE sabiex hemmhekk jipprovdu servizzi ta’ xogħol, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
29 |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/104, din tapplika għall-ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg ma’ aġenzija ta’ xogħol temporanju u li huma assenjati għal impriżi utenti sabiex jaħdmu b’mod temporanju taħt il-kontroll u d-direzzjoni tagħhom. |
30 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva jippreċiża li din hija applikabbli għall-impriżi pubbliċi u privati li huma aġenziji ta’ xogħol temporanju jew impriżi utenti li jeżerċitaw attività ekonomika, kemm jekk jaħdmu bi skop ta’ lukru kif ukoll jekk le. |
31 |
Qabel kollox, huwa paċifiku li, f’dan il-każ, kemm Manpower Lit kif ukoll il-konvenuti fil-kawża prinċipali jistgħu jitqiesu, rispettivament, bħala “aġenzija ta’ xogħol temporanju” u bħala “ħaddiema”, fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 2008/104. |
32 |
Fir-rigward tal-applikabbiltà ta’ din id-direttiva f’ċirkustanzi li fihom il-benefiċjarju tax-xogħol temporanju huwa aġenzija tal-Unjoni, bħall-EIGE, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 1(2) tal-imsemmija direttiva jsegwi li tliet kundizzjonijiet għandhom, f’dan ir-rigward, jiġu ssodisfatti fir-rigward ta’ dan il-benefiċjarju, jiġifieri li dan għandu jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “impriżi pubbliċi u privati”, jikkorrispondi għal “impriża utenti” u jeżerċita “attivitajiet ekonomiċi”. |
33 |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk aġenzija tal-Unjoni, bħall-EIGE, tistax titqies bħala “impriża utenti”, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/104, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li dan il-kunċett huwa ddefinit, fl-Artikolu 3(1)(d) ta’ din id-direttiva, bħala kull persuna fiżika jew ġuridika li għaliha u taħt il-kontroll u d-direzzjoni tagħha ħaddiem temporanju jaħdem b’mod temporanju. |
34 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jsegwi li l-konvenuti fil-kawża prinċipali ħadmu, bħala ħaddiema temporanji, b’mod temporanju għall-EIGE u taħt il-kontroll u d-direzzjoni tiegħu. Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1922/2006 jipprevedi li l-EIGE għandu l-personalità ġuridika u għandu, f’kull wieħed mill-Istati Membri, il-kapaċità ġuridika l-iktar wiesgħa mogħtija lill-persuni ġuridiċi mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, dan għandu jitqies bħala “persuna ġuridika”, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2008/104. Għaldaqstant, f’kuntest bħal dak tal-kawża prinċipali, l-EIGE huwa “impriża utenti”, fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva. |
35 |
Fir-rigward tal-kunċetti ta’ “impriżi pubbliċi u privati” u ta’ “attivitajiet ekonomiċi”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 1(2), għandu jiġi rrilevat li dawn ma humiex iddefiniti fid-Direttiva 2008/104 u ma jsir ebda riferiment għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati s-sens u l-portata tagħhom. |
36 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, iddefinixxiet il-kunċett ta’ “impriża” bħala li jinkludi kull entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatus legali ta’ din l-entità u mill-mod ta’ finanzjament tagħha (sentenzi tat‑18 ta’ Ġunju 1998, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja, C‑35/96, EU:C:1998:303, punt 36, u tas‑6 ta’ Mejju 2021, Analisi G. Caracciolo, C‑142/20, EU:C:2021:368, punt 55 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Min-naħa l-oħra, hija ddeċidiet li tikkostitwixxi “attività ekonomika” kull attività li tikkonsisti f’li jiġu offruti oġġetti jew servizzi f’suq partikolari (ara s-sentenzi tal‑25 ta’ Ottubru 2001, Ambulanz Glöckner, C‑475/99, EU:C:2001:577, punt 19, u tal‑11 ta’ Ġunju 2020, Il‑Kummissjoni u Ir-Repubblika Slovakka vs Dôvera zdravotná poist’ovňa, C‑262/18 P u C‑271/18 P, EU:C:2020:450, punt 29 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
37 |
Din il-kunsiderazzjoni tal-aħħar ġiet trasposta mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tad-Direttiva 2008/104 fis-sentenza tas‑17 ta’ Novembru 2016, Betriebsrat der Ruhrlandklinik (C‑216/15, EU:C:2016:883), peress li mill-punt 44 ta’ din is-sentenza jirriżulta li “attività ekonomika”, fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, għandha tinftiehem bħala li tirrigwarda kull attività li tikkonsisti f’li jiġu offruti oġġetti jew servizzi f’suq partikolari. |
38 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-eżami tal-kwistjoni dwar jekk din id-direttiva hijiex applikabbli meta l-impriża utenti, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tal-imsemmija direttiva, hija aġenzija tal-Unjoni, bħall-EIGE, jirrikjedi li jiġi ddeterminat jekk din l-aġenzija teżerċitax attività li tikkonsisti f’li jiġu offruti oġġetti jew servizzi f’suq partikolari. |
39 |
F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita sew isegwi li, bħala prinċipju, huma esklużi mill-klassifikazzjoni ta’ attività ekonomika l-attivitajiet li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika. Min-naħa l-oħra, ġew ikklassifikati bħala attivitajiet ekonomiċi servizzi li, mingħajr ma jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika, huma żgurati fl-interess pubbliku u mingħajr skop ta’ lukru u li jinsabu f’kompetizzjoni ma’ dawk proposti minn operaturi li għandhom skop ta’ lukru (sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2011, Scattolon, C‑108/10, EU:C:2011:542, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata). Iċ-ċirkustanza li tali servizzi jkunu inqas kompetittivi minn servizzi paragunabbli pprovduti mill-operaturi li jfittxu skop ta’ lukru ma tistax tipprekludi li l-attivitajiet ikkonċernati jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2001, Ambulanz Glöckner, C‑475/99, EU:C:2001:577, punt 21). |
40 |
F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1922/2006, l-EIGE għandu l-għanijiet li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, għat-tisħiħ tagħha, għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u li jissensibilizza liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi, billi jipprovdi assistenza teknika lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri. |
41 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament jelenka l-kompiti tal-EIGE sabiex jitwettqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament. |
42 |
Issa, qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat, kif barra minn hekk ma huwiex ikkontestat, li l-attivitajiet tal-EIGE ma jaqgħux taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika. |
43 |
Sussegwentement, fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet tal-EIGE, elenkati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1922/2006, għandu jiġi kkunsidrat li jeżistu swieq li fihom joperaw impriżi kummerċjali li għandhom relazzjoni ta’ kompetizzjoni mal-EIGE. Għandhom jissemmew, b’mod partikolari, il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ informazzjoni oġġettiva, paragunabbli u affidabbli dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (Artikolu 3(1)(a)), l-iżvilupp, l-analiżi, l-evalwazzjoni u t-tixrid ta’ għodod metodoloġiċi (Artikolu 3(1)(ċ)), it-twettiq ta’ stħarriġ dwar is-sitwazzjoni ta’ ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa (Artikolu 3(1)(d)), l-organizzazzjoni tal-konferenzi, il-kampanji u l-laqgħat fil-livell Ewropew (Artikolu 3(1)(g)), it-tpoġġija għad-dispożizzjoni ta’ riżorsi ta’ dokumentazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku (Artikolu 3(1)(j)) jew anki t-tpoġġija għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati ta’ informazzjoni dwar l-integrazzjoni tad-dimensjoni ta’ ugwaljanza bejn is-sessi (Artikolu 3(1)(k)). |
44 |
Iċ-ċirkustanza li, fl-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet, l-EIGE ma tfittixx skop ta’ lukru hija, konformement mal-formulazzjoni stess tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/104, irrilevanti (ara s-sentenza tas‑17 ta’ Novembru 2016, Betriebsrat der Ruhrlandklinik, C‑216/15, EU:C:2016:883, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tiegħu, dak li huwa importanti hija l-eżistenza ta’ servizzi f’kompetizzjoni ma’ impriżi oħra fis-swieq inkwistjoni, li jsegwu tali skop ta’ lukru. |
45 |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat ukoll li għalkemm, skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1922/2006, l-attivitajiet tal-EIGE huma qabel kollox iffinanzjati minn riżorsi tal-Unjoni, id-dħul tiegħu jinkludi, skont il-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu 14, il-“ħlasijiet riċevuti għal servizzi mogħtijin”, li jikkonferma li l-leġiżlatur tal-Unjoni ħaseb li l-EIGE kif ser jaġixxi, tal-inqas parzjalment, bħala attur tas-suq. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-fatt li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-karatteristika essenzjali tar-remunerazzjoni tinsab fil-fatt li din tikkostitwixxi l-korrispettiv ekonomiku tal-provvista inkwistjoni, korrispettiv li huwa normalment iddefinit bejn il-fornitur u d-destinatarju tas-servizz (sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2011, Peñarroja Fa, C‑372/09 u C‑373/09, EU:C:2011:156, punt 37 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
46 |
Fid-dawl tal-elementi preċedenti, għandu jiġi konkluż li l-EIGE għandu jitqies li jeżerċita, tal-inqas parzjalment, attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ servizzi f’suq partikolari. |
47 |
Barra minn hekk, xejn ma jindika li aġenzija tal-Unjoni, bħall-EIGE, hija, meta tibbenefika mill-assenjazzjoni ta’ ħaddiema temporanji minn impriża ta’ xogħol temporanju, bħala tali eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104. |
48 |
Fil-fatt, sa fejn il-formulazzjoni tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva tirreferi għal impriżi “pubbliċi u privati”, iċ-ċirkustanza li aġenzija tal-Unjoni, bħall-EIGE, inħolqot fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ ir-Regolament Nru 1922/2006, hija, kif ġustament jirrileva l-Gvern Litwan, irrilevanti. |
49 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-domanda tal-qorti tar-rinviju dwar l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/104, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni ma tapplikax f’dan il-każ. |
50 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għall-ewwel sat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenjazzjoni, minn aġenzija ta’ xogħol temporanju, ta’ persuni li kkonkludew kuntratt ta’ impjieg ma’ din l-impriża mal-EIGE sabiex jipprovdu servizzi ta’ xogħol hemmhekk taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
Fuq ir-raba’ sas-sitt domanda
51 |
Permezz tar-raba’ sas-sitt domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-impjieg okkupat minn ħaddiem temporanju mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-EIGE jistax jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi l-“istess impjieg”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk jitqies li l-impjiegi kollha li għalihom l-EIGE jirrekluta ħaddiema direttament jinkludu kompiti li jistgħu jitwettqu biss minn persuni suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni, jew jekk tali interpretazzjoni tiksirx l-Artikolu 335 TFUE, li jistabbilixxi l-prinċipju tal-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Artikolu 336 TFUE jew dawn ir-regolamenti. |
52 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104, il-kundizzjonijiet bażiċi tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema temporanji għandhom ikunu, għat-tul ta’ żmien tal-assenjazzjoni tagħhom f’impriża utenti, tal-inqas dawk li jkunu japplikaw kieku kienu rreklutati direttament mill-imsemmija impriża biex hemmhekk jokkupaw l-istess impjieg. |
53 |
F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ “kondizzjonijiet bażiċi ta’ xogħol u ta’ impjieg”, fis-sens ta’ dan l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), huwa ddefinit fl-Artikolu 3(1)(f) tad-Direttiva 2008/104 u jagħmel riferiment għat-tul tal-ħin tax-xogħol, għas-sahra, għall-ħin tal-pawża, għall-perijodi ta’ mistrieħ, għax-xogħol billejl, għal-leave, għall-festi pubbliċi kif ukoll għar-remunerazzjoni. |
54 |
Qabel kollox, għandu jitfakkar li t-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċerna tilwima li qamet bejn Manpower Lit u ħamsa mill-ex impjegati tagħha, u l-EIGE għandu biss il-kwalità ta’ intervenjenti f’din il-kawża. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jsegwi li, skont il-konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Vilnjus), il-konvenuti fil-kawża prinċipali kienu jissodisfaw, tal-inqas parzjalment, funzjonijiet tal-membri tal-persunal bil-kuntratt li jaħdmu fi ħdan l-EIGE, b’tali mod li din il-qorti qieset, minn naħa, li dawn setgħu jitqabblu ma’ dawn il-membri tal-persunal bil-kuntratt u, min-naħa l-oħra, li kellhom jiġu applikati għalihom il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni applikabbli għall-imsemmija membri tal-persunal bil-kuntratt, abbażi tal-Artikolu 75(2) tal-Kodiċi tax-Xogħol, li jittrasponi fid-dritt Litwan l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104. |
55 |
Issa, il-Kummissjoni ssostni li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament previst f’din l-aħħar dispożizzjoni jeżiġi li jiġu pparagunati l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema temporanji mal-kundizzjonijiet applikabbli għall-ħaddiema impjegati direttament mill-EIGE, skont id-dritt nazzjonali. Min-naħa l-oħra, dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jiġu pparagunati ma’ dawk applikabbli għall-persunal impjegat abbażi tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni, bħall-membri tal-persunal bil-kuntratt, peress li tali interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104 tkun tikser l-Artikoli 335 u 336 TFUE, u effettivament tkun tagħti l-istatus ta’ uffiċjali tal-Unjoni lill-konvenuti fil-kawża prinċipali. |
56 |
Din it-teżi ma tistax tintlaqa’. |
57 |
Qabelxejn, l-Artikolu 335 TFUE jippreċiża li, f’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Unjoni għandha tippossjedi il-kapaċità ġuridika l-iktar wiesgħa mogħtija lil persuni ġuridiċi bil-liġijiet nazzjonali; Issa, il-fatt li l-ħaddiema temporanji jingħataw il-kundizzjonijiet essenzjali tax-xogħol u tal-impjieg li għandu l-persunal impjegat abbażi tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni ma jillimitax din il-kapaċità. |
58 |
Sussegwentement, skont l-Artikolu 336 TFUE, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jadotta r-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra. Issa, la dawn ir-regolamenti u lanqas il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ma jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema temporanji mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-aġenziji tal-Unjoni minn impriżi ta’ xogħol temporanju. Għaldaqstant, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni speċifika, meta dawn l-aġenziji jirrikorru għal ħaddiema temporanji abbażi ta’ kuntratti konklużi ma’ impriżi ta’ xogħol temporanju, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104, japplika bis-sħiħ għal dawn il-ħaddiema matul il-missjonijiet li huma jwettqu fi ħdan tali aġenzija. |
59 |
Fl-aħħar nett, għalkemm l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dan l-Artikolu 5(1) twassal għall-paragun tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema temporanji ma’ dawk tal-persunal impjegat abbażi tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni, dan bl-ebda mod ma għandu l-konsegwenza li jagħti l-istatus ta’ uffiċjal lil dawn il-ħaddiema temporanji. |
60 |
Fil-fatt, kif tfakkar fil-punti 52 u 53 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104 sempliċement jeżiġi l-ugwaljanza tal-“kondizzjonijiet bażiċi ta’ xogħol u ta’ impjieg” tal-ħaddiema temporanji, liema kunċett huwa ddefinit, fl-Artikolu 3(1)(f) ta’ din id-direttiva, bħala li jirrigwarda, essenzjalment, il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dispożizzjonijiet ġenerali u vinkolanti, fis-seħħ fl-impriża utenti, dwar il-ħin tax-xogħol u r-remunerazzjoni. Għaldaqstant, din ma hijiex assimilazzjoni tal-ħaddiema temporanji mal-istatus tal-persunal permanenti matul il-perijodu ta’ reklutaġġ jew lil hinn minnu. |
61 |
Dan huwa kkonfermat miċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża peress li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 75 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-konvenuti fil-kawża prinċipali bl-ebda mod ma jitolbu r-riklassifikazzjoni tal-kuntratti ta’ xogħol temporanju tagħhom, iżda sempliċement jitolbu, mingħand Manpower Lit, il-ħlas tal-arretrati ta’ remunerazzjoni li huma jallegaw li huma dovuti lilhom. Għaldaqstant, ma tqum ebda kwistjoni f’termini ta’ dannu, la għall-awtonomija tal-EIGE u lanqas għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni. |
62 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għar-raba’ sas-sitt domanda għandha tkun li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impjieg okkupat minn ħaddiem temporanju mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-EIGE jista’ jitqies li jikkostitwixxi l-“istess impjieg”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk jitqies li l-impjiegi kollha li għalihom l-EIGE jirrekluta ħaddiema direttament jinkludu kompiti li jistgħu jitwettqu biss minn persuni suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni. |
Fuq l-ispejjeż
63 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Litwan.