Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62017CJ0625
Judgment of the Court (First Chamber) of 22 November 2018.#Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG v Finanzamt Feldkirch.#Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof.#Reference for a preliminary ruling — Articles 56 and 63 TFEU — Freedom to provide services and free movement of capital — Credit institutions — Stability charge and the special contribution for that charge determined according to the unconsolidated balance sheet total of credit institutions established in Austria — Inclusion of cross-border banking transactions — Exclusion of subsidiaries’ transactions in another Member State — Difference in treatment — Restriction — Justification.#Case C-625/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018.
Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG vs Finanzamt Feldkirch.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 56 u 63 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital – Stabbilimenti ta’ kreditu – Taxxa ta’ stabbiltà u kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ddeterminati abbażi tat-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata tal-stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija – Inklużjoni tat-tranżazzjonijiet bankarji ta’ natura transkonfinali – Esklużjoni tat-tranżazzjonijiet tas-sussidjarji fi Stat Membru ieħor – Differenza fit-trattament – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni.
Kawża C-625/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018.
Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG vs Finanzamt Feldkirch.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 56 u 63 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital – Stabbilimenti ta’ kreditu – Taxxa ta’ stabbiltà u kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ddeterminati abbażi tat-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata tal-stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija – Inklużjoni tat-tranżazzjonijiet bankarji ta’ natura transkonfinali – Esklużjoni tat-tranżazzjonijiet tas-sussidjarji fi Stat Membru ieħor – Differenza fit-trattament – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni.
Kawża C-625/17.
Rapporti tal-qorti - ġenerali - Taqsima “Informazzjoni dwar deċiżjonijiet mhux ippubblikati”
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2018:939
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
22 ta’ Novembru 2018 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 56 u 63 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital – Stabbilimenti ta’ kreditu – Taxxa ta’ stabbiltà u kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ddeterminati abbażi tat-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata tal-stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija – Inklużjoni tat-tranżazzjonijiet bankarji ta’ natura transkonfinali – Esklużjoni tat-tranżazzjonijiet tas-sussidjarji fi Stat Membru ieħor – Differenza fit-trattament – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni”
Fil-Kawża C-625/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2017, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-3 ta’ Novembru 2017, fil-proċedura
Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG
vs
Finanzamt Feldkirch,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn R. Silva de Lapuerta, Viċi President, li qed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.-C. Bonichot (Relatur), A. Arabadjiev, E. Regan u C.G. Fernlund, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG, minn C. Nauer, Rechtsanwalt, |
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse, bħala aġent, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal kif ukoll minn N. Gossement u C. Tritz, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 56 u 63 TFUE. |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (iktar ’il quddiem “Hypothekenbank”) u l-Finanzamt Feldkirch (iċ-Ċentru tat-Taxxa ta’ Feldkirch, L-Awstrija) dwar deċiżjonijiet ta’ dan tal-aħħar tal-20 ta’ Jannar 2015 li jistabbilixxu l-ammont tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għat-taxxa ta’ stabbiltà li kellhom jitħallsu minnha inkonnessjoni mas-sena 2014. |
Il-kuntest ġuridiku
3 |
L-Artikolu 1 tas-Stabilitätsabgabegesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa ta’ Stabbiltà, iktar ’il quddiem is-“StabAbgG”), introdott bil-Budgetbegleitgesetz 2011 (il-Liġi ta’ Akkumpagnjament tal-Baġit tal-2011), tat-30 ta’ Diċembru 2010 (BGBl. I, 111/2010), jipprovdi: “L-attività tal-istabbilimenti ta’ kreditu hija suġġetta għat-taxxa ta’ stabbiltà. It-terminu “stabbilimenti ta’ kreditu” fis-sens ta’ din il-liġi federali jirreferi għall-istabbilimenti li għandhom liċenzja skont il-Bankwesengesetz (liġi dwar is-sistema bankarja), BGBl. 532/1993, kif ukoll għall-fergħat ta’ stabbilimenti ta’ kreditu barranin li, skont il-liġi dwar is-sistema bankarja, huma awtorizzati jipproponu servizzi permezz ta’ fergħa stabbilta fl-Awstrija. […]” |
4 |
L-Artikolu 2 tas-StabAbgG, fil-verżjoni preċedenti għal-Liġi Federali BGBl. I, 184/2013, jipprovdi: “(1) Il-bażi tat-taxxa ta’ stabbiltà hija ffurmata mit-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja (paragrafu 2) tal-istabbiliment ta’ kreditu, wara t-tnaqqis tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 2. Għas-snin kalendarji 2011, 2012 u 2013, jeħtieġ li jittieħed bħala bażi t-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja tas-sena kontabbli li tagħlaq matul is-sena 2010. Sa mis-sena kalendarja sussegwenti, jeħtieġ li jittieħed bħala bażi t-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja tas-sena kontabbli li tagħlaq matul is-sena ta’ qabel is-sena kalendarja li abbażi tagħha għandha titħallas it-taxxa ta’ stabbiltà. […] (6) Fir-rigward tal-istabbilimenti ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 1, stabbiliti fi Stat Membru ieħor […] u li jeżerċitaw attività fl-Awstrija permezz ta’ fergħa, jeħtieġ li jiġi kkalkulat, skont il-paragrafi 1sa 5, total tal-karta tal-bilanċ fittizzju tal-volum tat-tranżazzjonijiet attribwibbli lil din il-fergħa, b’tali mod li t-total tal-karta tal-bilanċ fittizju jkun jifforma l-bażi tat-taxxa.” |
5 |
L-Artikolu 3 tas-StabAbgG, fil-verżjoni tagħha qabel il-Liġi Federali BGBl. I, 13/2014, huwa redatt kif ġej: “It-taxxa ta’ stabbiltà għandha tammonta fir-rigward taċ-ċifri tal-bażi tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 2,
|
6 |
L-Artikolu 3 tas-StabAbgG, kif emendat bil-Liġi Federali BGBl. I, 13/2014, jipprovdi: “It-taxxa ta’ stabbiltà tammonta għaċ-ċifri tal-bażi tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 2,
|
7 |
Skont l-Artikolu 7a(1) tas-StabAbgG, il-kontribuzzjoni speċjali għat-taxxa ta’ stabbiltà għandha tiġi kkalkulata fil-forma ta’ perċentwal tal-ammonti li għandhom jitħallsu bħala taxxa ta’ stabbiltà. |
8 |
Skont l-Artikolu 7b(2) tas-StabAbgG, l-ammont tat-taxxa ta’ stabbiltà għas-sena 2014 jirriżulta mill-applikazzjoni magħquda tad-dispożizzjonijiet iċċitati, fis-seħħ qabel u wara l-emendi introdotti bil-Liġijiet Federali BGBl. I, 184/2013 u BGBl. I, 13/2014. |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
9 |
Hypothekenbank huwa stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija li jipprovdi servizzi bankarji lil klijenti residenti f’dan l-Istat Membru kif ukoll fi Stati Membri oħrajn. It-total tal-karta tal-bilanċ ta’ Hypothekenbank tirriżulta, għal parti mhux negliġibbli, jiġifieri kważi kwart minnha inkonnessjoni mas-sena 2014, minn tranżazzjonijiet bankarji mwettqa mat-tieni grupp ta’ klijenti. |
10 |
Permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-20 ta’ Jannar 2015, iċ-ċentru tat-taxxa ta’ Feldkirch stabbilixxa, b’applikazzjoni tas-StabAbgG, l-ammont tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għat-taxxa ta’ stabbiltà dovut minn Hypothekenbank inkonnessjoni mas-sena 2014. Ir-rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet ġie miċħud mill-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi, l-Awstrija) permezz ta’ sentrenza tal-1 ta’ April 2016. |
11 |
Insostenn tal-appell tagħha quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija), Hypothekenbank issostni li hija ma kienet obbligata tħallas xejn bħala taxxa ta’ stabbiltà u bħala kontribuzzjoni speċjali peress li dawn it-taxxi jmorru kontra, minn naħa, ir-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u, min-naħa l-oħra, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital. B’mod partikolari, dan l-istabbiliment ta’ kreditu jsostni li l-Artikolu 2 tas-StabAbgG jagħti lok għal diskriminazzjoni sa fejn jipprovdi għal trattament differenti għal tranżazzjonijiet simili. Filwaqt li t-tranżazzjonijiet bankarji mwettaq minn stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija, mhux permezz ta’ fergħa fi Stat Membru ieħor, ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxi kontenzjużi, l-istess tranżazzjonijiet imwettqa permezz ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru ieħor ma jittiħdux hekk inkunsiderazzjoni. |
12 |
B’hekk, grupp ta’ kumpanniji jiġi intaxxat b’mod iktar favorevoli minn impriża li ma tifformax parti minn grupp. Fil-fatt, fil-każ ta’ grupp, il-kriterju ta’ nuqqas ta’ konsolidazzjoni għandu l-effett awtomatiku li jeskludi l-karti tal-bilanċ tas-sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru li ma huwiex l-Awstrija mill-bażi tat-taxxi inkwistjoni. Dan ikun differenti għal kumpannija iżolata li tipprovdi, hija stess jew permezz ta’ fergħa, servizzi fi Stati Membri li ma humiex l-Awstrija, peress li dawn is-servizzi jiġu inklużi awtomatikament fil-karta tal-bilanċ ta’ din il-kumpannija u fil-bażi tat-taxxa ta’ stabbiltà li għandha tħallas. Din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni, fatt li jirriżulta mis-sentenza tal-5 ta’ Frar 2014, Hervis Sport- és Divatkereskedelmi (C-385/12, EU:C:2014:47). Din id-diskriminazzjoni tista’ tiddisturba l-provvista ta’ servizzi bankarji fi Stati Membri li ma humiex l-Awstrija. Dan seta’ jiġi evitat kieku l-bażi tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ġiet iddeterminata skont it-total tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata, billi tiġi permessa l-imputazzjoni tat-taxxi eventwali tal-istess natura li jkollhom jitħallsu minn sussidjarja fi Stat Membru ieħor. |
13 |
Il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) qieset li ma huwiex ċert li jirriżulta mis-sentenza tal-5 ta’ Frar 2014, Hervis Sport- és Divatkereskedelmi (C‑385/12, EU:C:2014:47), mogħtija fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment, kif ukoll mis-sentenzi tat-2 ta’ Ġunju 2005, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-174/04, EU:C:2005:350), tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation (C-446/04, EU:C:2006:774), u tal-24 ta’ Mejju 2007, Holböck (C‑157/05, EU:C:2007:297), marbuta moviment liberu tal-kapital, li l-iStabAbgG ma hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea. |
14 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, il-qorti tar-rinviju tfakkar li jirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Finanzamt Linz (C-66/14, EU:C:2015:661, punt 21), li l-persuna responsabbli għal ħlas ta’ taxxa ma tistax teċepixxi li miżura fiskali li jibbenefikaw minnha impriżi oħra tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat sabiex tevadi l-ħlas ta’ din it-taxxa. Għaldaqstant, hija tqis li ma humiex neċessarji domandi preliminari dwar dan is-suġġett. |
15 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari: “Leġiżlazzjoni li tipprevedi taxxa fuq it-total tal-karta tal-bilanċ ta’ stabbilimenti ta’ kreditu, minħabba l-fatt li l-obbligu li titħallas it-taxxa huwa impost fuq it-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata (mhux inkluż fil-kontijiet annwali kkonsolidati tal-grupp), tmur kontra l-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista fl-Artikoli 56 et seq. TFUE u/jew il-libertà ta’ moviment tal-kapital u tal-pagamenti prevista fl-Artikolu 63 TFUE, meta stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija jkollu jħallas it-taxxa fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bankarji mwettqa ma’ klijenti mill-bqija tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li dan ma huwiex il-każ ta’ stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija li jwettaq dawn it-tranżazzjonijiet inkwantu kumpannija omm ta’ grupp ta’ stabbilimenti ta’ kreditu permezz ta’ stabbiliment ta’ kreditu li huwa membru tal-grupp li huwa stabbilit fi Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea u li l-karta tal-bilanċ tiegħu għandha, minħabba l-appartenenza tiegħu għall-grupp, tiġi kkonsolidata mal-karta tal-bilanċ tal-istabbiliment ta’ kreditu li għandu l-kwalità ta’ kumpannija omm?” |
Fuq id-domanda preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
16 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa, li l-legalità tagħha hija kkontestata fil-kawża prinċipali, jolqtu lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija kif ukoll il-fergħat ta’ stabbilimenti ta’ kreditu barranin stabbiliti f’dan l-Istat Membru. Il-bażi ta’ dawn it-taxxi hija ddeterminata skont it-“total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja” tal-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija u, fil-każ ta’ fergħat ta’ kumpanniji barranin, abbażi ta’ karta tal-bilanċ fittizja. It-termini “mhux ikkonsolidata” ifissru li t-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa jiġu ddeterminati skont it-total tal-karta tal-bilanċ ta’ kull persuna legali kkunsidrata individwalment u mhux skont il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata ta’ grupp ta’ kumpanniji. |
17 |
Kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, it-tranżazzjonijiet bankarji huma riflessi fit-total tal-karta tal-bilanċ tal-istabbilimenti ta’ kreditu. Minn dan jirriżulta li l-ammont li għandu jitħallas għat-taxxi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jvarja skont it-tranżazzjonijiet bankarji tal-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li huma jwettqu direttament jew fil-fergħat tagħhom. It-tranżazzjonijiet bankarji tas-sussidjarji ta’ tali stabbilimenti Awstrijaċi, stabbiliti fi Stati Membri oħra, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-bażi ta’ dawn it-taxxi. |
18 |
Barra minn hekk, il-kawża prinċipali ma tirrigwardax il-possibbiltà tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, Hypothekenbank, li toffri servizzi sabiex tgħin stabbiliment stabbli fi Stat Membru li ma huwiex l-Awstrija jew li jistabbilixxi ruħu fih. Kif ikkonfermat hija stess fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, hija tipprovdi servizzi lill-klijenti tagħha li huma residenti fi Stati Membri oħra mingħajr ma tirrikorri għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar. |
19 |
Għaldaqstant, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 56 u 63 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tobbliga lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprovdu servizzi lill-klijenti tagħhom li jirrisjedu fi Stati Membri oħrajn mingħajr ma jirrikorru għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar, li jħallsu taxxa ddeterminata skont it-“total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja”, li tinkludi t-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa minn dawn l-istabbilimenti direttament ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, filwaqt li teskludi l-istess tranżazzjonijiet imwettqa minn sussidjarji ta’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija meta dawn is-sussidjarji jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. |
Dwar il-libertà applikabbli
20 |
Peress li d-domanda preliminari saret kemm fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 63 TFUE, preliminarjament jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk u, fejn applikabbli, sa liema punt leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taffettwax l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital (sentenza tal-21 ta’ Ġunju 2018, Fidelity Funds et, C‑480/16, EU:C:2018:480, punt 32). |
21 |
Fil-kawża odjerna, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, sa fejn is-servizzi bankarji jiġu pprovduti lil residenti ta’ Stati Membri li ma humiex l-Awstrija, l-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija ibatu, fir-rigward tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa, minn trattament differenti li jvarja skont jekk dawn jipprovdux tali servizzi permezz jew le ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. |
22 |
Quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva), Hypothekenbank, issostni li dan it-trattament differenti huwa diskriminatorju u jista’ jostakola, minn naħa, il-provvista ta’ servizzi bankarji fi Stati Membri li ma humiex l-Awstrija u, min-naħa l-oħra, il-moviment liberu tal-kapital. |
23 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tranżazzjonijiet bankarji, bħall-għoti ta’ krediti fuq bażi professjonali, bħala prinipju, jirrigwardaw kemm mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikoli 56 TFUE et seq. kif ukoll mal-moviment liberu tal-kapital fis-sens tal-Artikoli 63 TFUE et seq. (sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2006, Fidium Finanz, C-452/04, EU:C:2006:631, punt 43). |
24 |
Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, meta miżura nazzjonali tkun tirrigwarda kemm il-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll il-moviment liberu tal-kapital, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina l-miżura inkwistjoni, bħala prinċipju, biss fid-dawl ta’ waħda minn dawn iż-żewġ libertajiet jekk jirriżulta li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, waħda minn dawn hija kompletament sekondarja meta mqabbla mal-oħra u li tista’ tiġi assoċjata magħha (sentenza tas-26 ta’ Mejju 2016, NN (L) International, C-48/15, EU:C:2016:356, punt 39). |
25 |
Jidher li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, l-aspett tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jipprevali fuq dak tal-moviment liberu tal-kapital. Fil-fatt, permezz tal-argument tagħha, li ngħata sinteżi tiegħu mill-qorti tar-rinviju, Hypothekenbank tipprova ssostni li t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa, ta’ tranżazzjonijiet bankarji li hija twettaq mhux permezz ta’ intermedjarju ma’ klijenti fi Stati Membri li ma humiex l-Awstrija iżid l-ispiża ta’ dawn it-tranżazzjonijiet u b’hekk jirrendi l-attività transkonfinali inqas attraenti. Tali ċirkustanza tikkonċerna b’mod prevalenti l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, filwaqt li l-effetti fuq il-moviment liberu tal-kapital huma biss konsegwenza inevitabbli ta’ dan. |
26 |
Konsegwentement, jeħtieġ li tiġi eżaminata d-domanda magħmula fir-rigward mhux tal-Artikoli 63 TFUE et seq., marbuta mal-moviment liberu tal-kapital, iżda tal-Artikoli 56 TFUE et seq., marbuta mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. |
Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi
27 |
Jeħtieġ li jiġi rrilevat li, indipendentement mill-punt dwar jekk it-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa jikkostitwixxux taxxa diretta jew indiretta, dawn ma ġewx suġġetti għal armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni u għaldaqstant jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jeżeriċtaw din il-kompetenza b’rispett tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal-1 ta’ Diċembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija, C-253/09, EU:C:2011:795, punt 42). |
28 |
L-Artikolu 56 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha bħala effett li tirrendi l-provvista ta’ servizzi bejn Stati Membri iktar diffiċli mill-provvista ta’ servizzi purament interna fi Stat Membru. Fil-fatt, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 56 TFUE jirrikjedi t-tneħħija ta’ kull restrizzjoni għal-libertà li jiġu provduti s-servizzi imposta minħabba li l-fornitur ikun stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak li fih jingħata s-servizz (sentenza tal-25 ta’ Lulju 2018, TTL, C‑553/16, EU:C:2018:604, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
29 |
Dawk il-miżuri nazzjonali li jipprojbixxu, ifixklu jew li jirrendu inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ din il-libertà jikkostitwixxu restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara s-sentenza tal-25 ta’ Lulju 2018, TTL, C‑553/16, EU:C:2018:604, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
30 |
Id-dritt għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mogħti mill-Artikolu 56 TFUE liċ-ċittadini tal-Istati Membri jinkludi l-libertà “passiva” li jiġu pprovduti servizzi, jiġifieri l-libertà tad-destinatarji ta’ servizzi li jżuru Stat Membru ieħor sabiex jibbenefikaw minn servizz, mingħajr ma jkunu ostakolati minn restrizzjonijiet (sentenza tad-9 ta’ Marzu 2017, Piringer, C-342/15, EU:C:2017:196, punt 35). |
31 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li t-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ma jistabbilixxu l-ebda distinzjoni la skont l-oriġini tal-klijenti u lanqas skont il-post tal-provvista. Fil-fatt, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi ta’ dawn it-taxxi skont it-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja tal-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet bankarji kollha mwettqa minn tali stabbiliment, mhux permezz ta’ intermedjarju, fl-Awstrija jew fi Stat Membru ieħor. |
32 |
Barra minn hekk, il-fatt waħdu li dawn it-taxxi jistgħu jżidu l-ispiża tat-tranżazzjonijiet bankarji ma jistax jikkostitwixxi ostaklu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, ma humiex imsemmija fl-Artikolu 56 TFUE miżuri li l-effett waħdieni tagħhom huwa li joħolqu spejjeż addizzjonali għall-provvista inkwistjoni u li jaffettwaw bl-istess mod il-provvista ta’ servizzi bejn Stati Membri u dik fi ħdan Stat Membru (sentenzi tat-8 ta’ Settembru 2005, Mobistar u Belgacom Mobile, C-544/03 u C-545/03, EU:C:2005:518, punt 31, kif ukoll tal-11 ta’ Ġunju 2015, Berlington Hungary et, C-98/14, EU:C:2015:386, punt 36). |
33 |
Fir-rigward tal-allegazzjoni li kienet teżisti diskriminazzjoni kontra stabbilimenti bankarji stabbiliti fl-Awstrija li jwettqu tranżazzjonijiet bankarji fi Stat Membru ieħor mhux permezz ta’ intermedjarju meta mqabbla ma’ dawk li joffru dan is-servizz bl-għajnuna ta’ sussidjarji indipendenti stabbiliti f’dan tal-aħħar, jeħtieġ li jiġi rrilevat li dawn l-aħħar imsemmija stabbilimenti għażlu li jeżerċitaw il-libertà ta’ stabbiliment li huma kkonferit lilhom mill-Artikoli 49 u 54 TFUE, filwaqt li dawk tal-ewwel huma stabbiliti biss fl-Awstrija u jipprovdu servizzi li huma ta’ natura transkonfinali li jaqgħu taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE. |
34 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li hemm lok li ssir distinzjoni bejn il-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-libertà ta’ stabbiliment. Għal dan l-għan, għandu jiġi ddeterminat jekk l-operatur ekonomiku huwiex stabbilit jew le fl-Istat Membru li fih huwa joffri s-servizz inkwistjoni. Meta dan ikun stabbilit fl-Istat Membru li fih huwa joffri dan is-servizz, huwa jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment, kif iddefinit fl-Artikolu 49 KE. Meta, min-naħa l-oħra, l-operatur ekonomiku ma jkunx stabbilit fl-Istat Membru destinatarju, huwa jkun fornitur transkonfinali li jaqa’ taħt il-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-11 ta’ Diċembru 2003, Schnitzer, C-215/01, EU:C:2003:662, punti 28 u 29, kif ukoll tal-10 ta’ Mejju 2012, Duomo Gpa et, C‑357/10 sa C-359/10, EU:C:2012:283, punt 30). |
35 |
Fil-fatt, il-kunċett ta’ stabbiliment, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment, jimplika l-eżerċizzju effettiv ta’ attività ekonomika permezz ta’ installazzjoni stabbli fl-Istat Membru ospitanti għal żmien indeterminat. Konsegwentement hija tippresupponi l-installazzjoni reali tal-kumpannija kkonċernata fl-Istat Membru ospitanti u l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika effettiva fih (sentenza tat-12 ta’ Settembru 2006, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, C‑196/04, EU:C:2006:544, punt 54). |
36 |
Għall-kuntrarju, f’każ li l-fornitur ta’ servizz jispostja ruħu lejn Stat Membru ieħor la ma jkunx dak li fih huwa stabbilit, id-dispożizzjonijiet tal-kapitolu tat-Trattat marbuta mas-servizzi, u, b’mod partikolari, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE, jipprovdu li dan il-fornitur ikun qiegħed jeżerċita hemmhekk l-attività tiegħu fuq bażi temporanja (sentenzi tat-30 ta’ Novembru 1995, Gebhard, C-55/94, EU:C:1995:411, punt 26, u tal-11 ta’ Diċembru 2003, Schnitzer, C‑215/01, EU:C:2003:662, punt 27). |
37 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni dawn id-diverġenzi u, għaldasqstant, li jittrattaw b’mod differenti, għall-finijiet tat-taxxa, l-attivitajiet ta’ persuni u impriżi li jaqgħu, rispettivament, taħt il-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u jimplikaw, bħala regola ġenerali, konsegwenzi legali u ekonomiċi differenti. |
38 |
Minn dan isegwi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tostakola jew tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. |
39 |
Fir-rigward tad-dubjiu espressi mill-qorti tar-rinviju fir-rigward tar-rilevanza tas-sentenza tal-5 ta’ Frar 2014, Hervis Sport- és Divatkereskedelmi (C-385/12, EU:C:2014:47), invokata quddiemha mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jeħtieġ jitfakkar li, fil-punti 37 sa 41 ta’ din is-sentenza kif ukoll fil-punt 23 tas-sentenza tas-26 ta’ April 2018, ANGED (C-234/16 u C-235/16, EU:C:2018:281), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li taxxa obbligatorja li tipprevedi kriterju ta’ differenzazzjoni apparentement oġġettiv iżda li jisfavorixxi fil-parti l-kbira tal-każijiet, fid-dawl tal-karatteristiċi tiegħu, lill-kumpanniji li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stati Membri oħra u li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ dawk li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-Istat Membru tat-taxxa, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq il-post tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanniji pprojbita mill-Artikoli 49 u 54 TFUE. |
40 |
Madankollu, kif jirriżulta mill-punti 18 u 26 tas-sentenza odjerna, fil-kawża prinċipali, Hypothekenbank ma tistax tinvoka ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE marbuta mal-libertà ta’ stabbiliment. |
41 |
Barra minn hekk, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tiddefinixxi l-kuntest fattwali tad-domandi li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-10 ta’ Lulju 2018, Jehovan todistajat, C-25/17, EU:C:2018:551, punt 28). |
42 |
Ċertament, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, Hypothekenbank issostni li, fil-prattika, l-istabbilimenti ta’ kreditu reġjonali stabbiliti fl-Awstrija qrib il-fruntieri ta’ dan l-Istat Membru jipprovdu iktar spiss servizzi ta’ natura transkonfinali mill-istabbilimenti ta’ kreditu reġjonali l-oħra stabbiliti f’dan l-istess Stat Membru, b’tali mod li t-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa kienu jaffettwaw b’mod prevalenti l-ewwel imsemmija stabbilimenti. Din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni paragunabbli għal dik inkwistjoni fis-sentenza tal-5 ta’ Frar 2014, Hervis Sport- és Divatkereskedelmi (C-385/12, EU:C:2014:47). Madankollu, il-ftit data pprovduta minn Hypothekenbank fis-settur bankarju fl-Awstrija ma tippermettix li tiġi vverifikata l-fondatezza tal-allegazzjonijiet tagħha. Fi kwalunkwe każ, dawn l-elementi fattwali ma ġewx ippreżenatati mill-qorti tar-rinviju. |
43 |
Għaldaqstant, peress li ma huwiex stabbilit li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ toħloq sitwazzjoni paragunabbli ma’ dik inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza ta-l5 ta’ Frar 2014, Hervis Sport- és Divatkereskedelmi (C‑385/12, EU:C:2014:47), ma hemmx lok li tiġi eżaminata l-applikabbiltà, b’analoġija fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 39 tas-sentenza odjerna. |
44 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, jeħtieġ li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tobbliga lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprovdu servizzi lill-klijenti tagħhom li jirrisjedu fi Stati Membri oħrajn mingħajr ma jirrikorru għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar, li jħallsu taxxa ddeterminata skont it-“total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja”, li tinkludi t-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa minn dawn l-istabbilimenti direttament ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, filwaqt li teskludi l-istess tranżazzjonijiet imwettqa minn sussidjarji ta’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija meta dawn is-sussidjarji jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. |
Fuq l-ispejjeż
45 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tobbliga lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprovdu servizzi lill-klijenti tagħhom li jirrisjedu fi Stati Membri oħrajn mingħajr ma jirrikorru għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar, li jħallsu taxxa ddeterminata skont it-“total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja”, li tinkludi t-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa minn dawn l-istabbilimenti direttament ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, filwaqt li teskludi l-istess tranżazzjonijiet imwettqa minn sussidjarji ta’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija meta dawn is-sussidjarji jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.