Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62017CC0070

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Szpunar, ippreżentati fit-13 ta’ Settembru 2018.
    Abanca Corporación Bancaria SA vs Alberto García Salamanca Santos u Bankia SA vs Alfonso Antonio Lau Mendoza u Verónica Yuliana Rodríguez Ramírez.
    Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunal Supremo u l-Juzgado de Primera Instancia no 1 de Barcelona.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikoli 6 u 7 – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju – Dikjarazzjoni tan-natura parzjalment inġusta tal-klawżola – Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kkwalifikata bħala ‘inġusta’ – Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali.
    Kawżi magħquda C-70/17 u C-179/17.

    Rapporti tal-qorti - ġenerali - Taqsima “Informazzjoni dwar deċiżjonijiet mhux ippubblikati”

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2018:724

    KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

    SZPUNAR

    ippreżentati fit‑13 ta’ Settembru 2018 ( 1 )

    Kawża C‑70/17

    Abanca Corporación Bancaria SA

    vs

    Alberto García Salamanca Santos

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (il‑Qorti Suprema, Spanja))

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal‑konsumaturi – Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju – Artikolu 6(1) – Artikolu 7(1) – Dikjarazzjoni tan-natura parzjalment inġusta – Setgħat tal-qorti nazzjonali – Applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari”

    u

    Kawża C-179/17

    Bankia SA

    vs

    Alfonso Antonio Lau Mendoza,

    Verónica Yuliana Rodriguez Ramirez

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n 1 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 1 ta’ Barcelona, Spanja))

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju – Artikolu 6(1) – Setgħat tal-qorti nazzjonali – Applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari”

    Werrej

     

    I. Introduzzjoni

     

    II. Il-kuntest legali

     

    A. Id-dritt tal-Unjoni

     

    B. Id-dritt Spanjol

     

    III. Il-fatti li wasslu għall-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari

     

    A. Il-Kawża C‑70/17

     

    B. Il-Kawża C‑179/17

     

    IV. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

     

    V. Analiżi

     

    A. Fuq l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari fil-Kawża C‑179/17

     

    B. Fuq il-mertu tal-Kawżi C‑70/17 u C‑179/17

     

    1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

     

    2. Rimarki preliminari

     

    3. Tfakkir tal-ġurisprudenza rilevanti

     

    a) Fuq il-klassifikazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-klawżola kuntrattwali bħala klawżola inġusta

     

    b) Fuq il-konsegwenzi li għandhom jiġu misluta mill‑konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali

     

    1) Ir-regola ġenerali fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal‑Ġustizzja: l-obbligu impost fuq il-qorti nazzjonali li ma tapplikax klawżola inġusta mingħajr ma tkun awtorizzata tirrevedi l-kontenut tagħha

     

    2) L-eċċezzjoni għar-regola: il-Kawża Kásler u Káslerné Rábai

     

    4. Fuq l-ewwel domanda fil-Kawża C‑70/17: il-portata tal‑konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata fid-dawl tal-ġurisprudenza esposta

     

    a) Il-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) dwar ir-regola tad‑diviżibbiltà tal-klawżola

     

    1) L-interpretazzjoni tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal‑Ġustizzja)

     

    2) Il-perspettiva li taqbel mad-duttrina maġġoritarja Ġermaniża

     

    b) Il-klawżola kontenzjuża

     

    1) Diviżibbiltà tal-klawżola jew emenda ta’ fejda ta’ din il-klawżola

     

    2) L-għan tal-klawżola kontenzjuża huwa protett, fid-dawl tal‑ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr riferiment għan‑numru ta’ pagamenti mhux imħallsa li jippermettu l‑implimentazzjoni tagħha?

     

    5. Dwar it-tieni domanda fil-Kawża C‑70/17 u l-ewwel domanda fil-Kawża C‑179/17: possibbiltà tat-tkomplija tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja bl-applikazzjoni supplimentari ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 693(2) tal-LEC

     

    a) Il-kuntratti ta’ self ipotekarju inkwistjoni jistgħu jibqgħu legalment validi wara t-tneħħija tal-klawżoli inġusti kontenzjużi?

     

    b) Dwar l-applikazzjoni supplimentari tal-Artikolu 693(2) tal-LEC

     

    c) Il-vantaġġi tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja jiġġustifikaw it-tkomplija tal-eżekuzzjoni ipotekarja wara l-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata?

     

    d) Fuq il-possibbiltà li l-konsumatur jiġi infurmat dwar il-vantaġġi relatati mat-tkomplija tal-eżekuzzjoni ipotekarja: is-sentenza Pannon GSM

     

    6. Fuq it-tieni u t-tielet domandi fil-Kawża C‑179/17

     

    C. Rimarka finali

     

    VI. Konklużjonijiet

    I. Introduzzjoni

    1.

    Fil-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fis‑16 ta’ Diċembru 1999 fil-Kawżi magħquda Océano Grupo Editorial u Salvat Editores ( 2 ), l‑Avukat Ġenerali Saggio indika li l-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tiddeċiedi għall-ewwel darba, f’dawn il-kawżi, dwar id‑Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE ( 3 ). Il‑Qorti tal-Ġustizzja dakinhar kienet adita minn qorti Spanjola dwar is-setgħa ta’ qorti li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali. Minn dakinhar, sa fejn naf jien, il‑Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet 26 darba dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-direttiva fuq talba tal-qrati Spanjoli. Il-parti l‑kbira ta’ dawn it‑talbiet saru wara s-sentenza Aziz ( 4 ), mogħtija fl‑14 ta’ Marzu 2013, f’nofs il-kriżi ekonomika.

    2.

    Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-Direttiva 93/13 kellha rwol importanti, saħansitra determinanti, fit-tisħiħ tas-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur koperta bl-imsemmija direttiva, li issa tikkostitwixxi element indispensabbli tal-protezzjoni tal-konsumaturi tal‑Unjoni Ewropea fil-ħajja ta’ kuljum. Dan ix-xogħol ġurisprudenzjali sar, u għadu jsir, b’kooperazzjoni mill-qrib mhux biss mal-qrati Spanjoli iżda wkoll mal-qrati ta’ numru ta’ Stati Membri oħra.

    3.

    F’dawn il-kawżi, it-talbiet għal deċiżjoni preliminari reġa’ għandhom bħala suġġett l-interpretazzjoni tad-Direttiva 93/13. It‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) u l-Juzgado de Primera Instancia no1 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 1 ta’ Barcelona, Spanja) jistaqsu, b’mod partikolari, dwar il-kompatibbiltà tal-ġurisprudenza tat‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ klawżoli ta’ skadenza antiċipata mas-sistema ta’ protezzjoni tal‑konsumaturi stabbilita minn din id-direttiva.

    4.

    Permezz ta’ dawn id-domandi, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk id-dritt tal‑Unjoni jipprekludix ġurisprudenza nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali tirrimedja għan-nullità ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata inġusta billi tibdel din il-klawżola u tissostitwixxi l-parti emendata b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, sabiex tippermetti lill-istabbilimenti finanzjarji jsegwu l-proċedura speċifika ta’ eżekuzzjoni ta’ immobbli ipotekat (iktar ’il quddiem il-“proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja”), inkwantu din il-proċedura hija iktar vantaġġjuża għall-konsumatur debitur mill-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ kundanna ta’ ħlas mogħtija fil-kuntest tal-proċedura dwar il-mertu.

    5.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwar dawn il-kwistjonijiet diversi drabi u l-ġurisprudenza tagħha f’dan ir-rigward mhux biss hija paċifika u ilha tiġi applikata diversi snin fl-Istati Membri iżda hija wkoll magħrufa sew mill-konsumatur tal-Unjoni. Għalhekk hija l-Qorti tal‑Ġustizzja li għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tibdel din il‑ġurisprudenza jew tikkonfermahiex ( 5 ).

    II. Il-kuntest legali

    A. Id-dritt tal-Unjoni

    6.

    Mir-raba’ premessa tad-Direttiva 93/13 jirriżulta li “hija r‑responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jiżguraw li l-kuntratti konklużi mal‑konsumaturi ma jkunx fihom klawżoli inġusti”.

    7.

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 jipprevedi:

    “Il-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji […] m’għandhomx ikunu suġġetti għad‑disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.”

    8.

    L-Artikolu 3(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprevedi:

    “1.   Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.

    2.   Klawżola għandha dejjem titqies li ma tkunx ġiet innegozjat individwalment meta din tkun ġiet abbozzata minn qabel u l‑konsumatur b’hekk ma jkunx seta’ jinfluwenza s-sustanza tal-klawżola, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ kuntratt standard imfassal minn qabel.”

    9.

    L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jipprevedi dan li ġej:

    “1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal‑merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu.

    2.   L-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad‑definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s‑servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.”

    10.

    L-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva jipprevedi dan li ġej:

    “L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.”

    11.

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 jipprevedi:

    “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l‑kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.”

    B. Id-dritt Spanjol

    12.

    L-Artikolu 1011 tal-Código Civil (il-Kodiċi Ċivili) jipprevedi:

    “Kull min, fl-eżekuzzjoni tal-obbligi tiegħu, jaġixxi bi frodi jew b’negliġenza jew jikkawża dewmien jew ma josservax, bi kwalunkwe mod, it-termini tal-imsemmija obbligi, huwa obbligat jikkumpensa d-danni riżultanti.”

    13.

    L-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili jipprevedi:

    “Il-possibbiltà li xxolji l-obbligi hija meqjusa impliċita fil-każ ta’ obbligi bilaterali, meta waħda mill-partijiet kontraenti tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha.

    Il-parti leża tista’ titlob, jew l-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu, jew ix‑xoljiment tiegħu, peress li d-danni jkunu dovuti fi kwalunkwe każ. Anki meta tagħżel l-eżekuzzjoni, il-parti leża tista’ titlob ix-xoljiment meta l-eżekuzzjoni tirriżulta li hija impossibbli.

    Il-qorti tordna x-xoljiment mitlub, ħlief jekk ikun hemm motivi li jiġġustifikaw l-għoti ta’ terminu għall-eżekuzzjoni tal-obbligu.”

    14.

    Skont l-Artikolu 552(1) tal-Ley 1/2000 de Enjuiciamiento Civil (il-Liġi 1/2000 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), tas-7 ta’ Jannar 2000 ( 6 ), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawżi prinċipali (iktar ’il quddiem l-“LEC”), li jirrigwarda l-istħarriġ ex officio ta’ klawżoli inġusti:

    “Il-qorti għandha tevalwa ex officio jekk klawżola ta’ xi wieħed mit-titoli eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 557(1) tistax tiġi kklassifikata bħala inġusta. Jekk tqis li waħda minn dawn il-klawżoli tista’ tiġi kklassifikata bħala tali, hija għandha tisma’ l-partijiet fi żmien ħmistax‑il jum. Wara li tkun semgħathom, hija għandha tiddeċiedi fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 tal‑Artikolu 561(1).”

    15.

    L-Artikolu 557 tal-LEC huwa redatt kif ġej:

    “1.   Meta tintalab l-eżekuzzjoni tat-titoli msemmija fil-punti 4, 5, 6 u 7 tal‑Artikolu 517(2), kif ukoll bis-saħħa ta’ dokumenti oħra li għandhom forza eżekuttiva msemmija fil-punt 9 tal-Artikolu 517(2), il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni ma tistax topponiha, fit-termini u fil‑forom previsti fl-artikolu preċedenti, ħlief jekk tinvoka wieħed mill‑motivi segwenti:

    […]

    It-titolu fih klawżoli inġusti.

    2.   Jekk l-oppożizzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti ssir, ir‑reġistru tal-qorti jissospendi l-eżekuzzjoni permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura.”

    16.

    Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 561(1) tal-LEC:

    “Jekk tiġi kkonstatata n-natura inġusta ta’ klawżola waħda jew iktar, id‑digriet adottat għandu jispjega l-konsegwenzi tagħha, jew billi jiddeċiedi li ma hemmx lok ta’ eżekuzzjoni, jew billi jordna l-eżekuzzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-klawżoli meqjusa inġusti”.

    17.

    Skont l-Artikolu 693(2) tal-LEC dwar l-iskadenza antiċipata ta’ dejn dovut f’pagamenti differenti:

    “Id-dejn kollu bħala kapital u interessi jista’ jintalab jekk tkun ġiet miftehma l-eżegwibbiltà tas-self kollu f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ mill‑inqas tliet pagamenti mingħajr mad-debitur ikun issodisfa l-obbligu ta’ ħlas tiegħu, jew ta’ numru ta’ pagamenti li jfisser li d-debitur ma jkunx issodisfa l-obbligu tiegħu matul perijodu ta’ mill-inqas tliet xhur, u li dan il-ftehim jinstab fl-att li jikkostitwixxi s-self u fir-reġistru korrispondenti.”

    18.

    L-Artikolu 695 tal-LEC, dwar l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ipotekarja, huwa redatt kif ġej:

    “1.   Fil-proċeduri msemmija f’dan il-kapitolu, l-oppożizzjoni tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tintlaqa’ biss jekk hija bbażata fuq il‑motivi segwenti:

    […]

    In-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tikkostitwixxi l-bażi tal-eżekuzzjoni jew li tippermetti li jiġi stabbilit l-ammont eżegwibbli.

    2.   F’każ ta’ introduzzjoni ta’ oppożizzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti, ir-reġistru tal-qorti jipproċedi bis-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u jitlob lill-partijiet jidhru quddiem il-qorti li tkun ordnat l-eżekuzzjoni. It-talba sabiex jidhru quddiem il-qorti għandha ssir mill-inqas ħmistax-il jum qabel is-seduta inkwistjoni. Matul din is-seduta, il-qorti tisma’ lill‑partijiet, teżamina d-dokumenti prodotti u tadotta d-deċiżjoni rilevanti permezz ta’ digriet, matul it-tieni ġurnata.

    3.   […]

    Jekk ir-raba’ motiv [tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu] jiġi aċċettat, jiġi deċiż li ma hemmx lok għall-eżekuzzjoni jekk il-klawżola kuntrattwali tikkostitwixxi l-bażi tal-eżekuzzjoni. Jekk le, l-eżekuzzjoni titkompla filwaqt li ma tiġix applikata l-klawżola inġusta.

    […]”

    19.

    Id-Direttiva 93/13 ġiet trasposta fl-ordinament ġuridiku Spanjol permezz tal-Ley 7/1998 sobre condiciones generales de la contratación (il-Liġi 7/1998 dwar il-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Kuntratti), tat‑13 ta’ April 1998 ( 7 ), u bir-Real Decreto Legislativo 1/2007 por el que se aprueba el texto refundido de la Ley General para la Defensa de los Consumidores y Usuarios y otras leyes complementarias (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2007 dwar ir-Riforma tal-Liġi Ġenerali dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi u ta’ Utenti u ta’ Liġijiet Oħra Kumplimentari), tas‑16 ta’ Novembru 2007 ( 8 ).

    20.

    Skont l-Artikolu 83 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/2007, fil‑verżjoni tiegħu emendata bil-Liġi Nru 3/2014, tas‑27 ta’ Marzu 2014 ( 9 ):

    “Il-klawżoli inġusti huma nulli ipso iure u meqjusa bħala mhux miktuba. Għal dan il-għan, il-qorti, wara konsultazzjoni mal-partijiet, tiddikjara n‑nullità tal-klawżoli inġusti inklużi fil-kuntratt, li xorta jkompli jorbot lill-partijiet skont l-istess termini jekk ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il‑klawżoli inġusti”.

    III. Il-fatti li wasslu għall-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari

    21.

    Il-fatti rilevanti għall-kawżi prinċipali, kif jirriżultaw mid‑deċiżjonijiet tar-rinviju, jistgħu jitqassru bil-mod segwenti.

    A. Il-Kawża C‑70/17

    22.

    Fit-30 ta’ Mejju 2008, Alberto García Salamanca Santos u Verónica Varela ħadu self b’garanzija ipotekarja fuq ir-residenza tagħhom mingħand Abanca Corporación Bancaria SA (iktar ’il quddiem “Abanca”). Dan is-self, ta’ ammont ta’ EUR 100000 mogħti għal tletin sena, kien rimborsabbli f’360 pagament.

    23.

    Skont il-klawżola 6a tal-kuntratt ta’ self dwar l-iskadenza antiċipata, f’każ ta’ nuqqas ta’ pagament ta’ kwalunkwe skadenza ta’ ħlas ta’ interessi jew ta’ deprezzament, il-kreditur ipotekarju seta’ jqis id-dejn bħala dovut u jitlob il-ħlas tal-kapital kollu, bl-interessi u l‑ispejjeż, fil-qrati.

    24.

    García Salamanca Santos beda proċedura għall-annullament ta’ diversi klawżoli tal-kuntratt ta’ self, fosthom, il-klawżola 6a, minħabba n-natura inġusta tagħhom. Il-Qorti tal-Ewwel Istanza laqgħet parzjalment din it-talba u annullat, fost l-oħrajn, il-klawżola kontenzjuża. Din id‑deċiżjoni ġiet ikkonfermata fl-appell mill-Audiencia Provincial (il-Qorti Provinċjali, Spanja) ta’ Pontevedra.

    25.

    Adita minn proċedura ta’ kassazzjoni ppreżentata minn Abanca, it‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) indikat li l-kwistjonijiet kontenzjużi huma dwar jekk il-klawżola ta’ skadenza antiċipata li tinsab f’kuntratti ta’ self b’garanzija ipotekarja konklużi ma’ konsumaturi hijiex inġusta u l-portata tal-invalidità li tirriżulta mill-konstatazzjoni tan-natura inġusta. B’hekk, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubju dwar il-possibbiltà li tiġi kkonstatata n-natura parzjalment inġusta ta’ din il-klawżola. Dawn id‑dubji huma relatati b’mod partikolari mal-interpretazzjoni ta’ klawżoli ta’ skadenza antiċipata li hija tagħmel fil-kompetenza proprja tagħha u li tippermetti li tapplika b’mod supplimentari liġi nazzjonali, bħall‑Artikolu 693(2) tal-LEC, sabiex tkun tista’ titkompla l-eżekuzzjoni ipotekarja.

    26.

    Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll mis-sentenza tagħha tat‑23 ta’ Diċembru 2015 ( 10 ), ikkonfermata bis-sentenza tat‑18 ta’ Frar 2016 ( 11 ), jirriżulta li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) qieset li l-validità ta’ klawżoli ta’ skadenza antiċipata tirrikjedi li tali klawżoli jirrappreżentaw il-gravità tan-nuqqas skont il-perijodu u l-ammont tas-self u jippermettu lill-konsumatur jiskarta l-applikazzjoni tagħhom billi jħallas b’mod diliġenti. Madankollu, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) spjegat li l-eżekuzzjoni ipotekarja tista’ titkompla jekk il-fakultà li tiġi ddikjarata skadenza antiċipata tas-self tkun ġiet eżerċitata b’mod inġust, minħabba l-vantaġġi li l-proċedura speċifika tagħti lill‑konsumatur.

    27.

    F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fid-dritt Spanjol, meta, f’kuntratt ta’ self b’garanzija ipotekarja, min jissellef jonqos mill‑obbligu ta’ ħlas tal-ammont misluf, il-kreditur jista’ jibda kawża dwar il-mertu ( 12 ) jew proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja ( 13 ). Hija tispjega li l‑proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja hija iktar vantaġġjuża għad‑debitur konsumatur minn dik li twassal għal deċiżjoni li ma hemmx lok għall-eżekuzzjoni ipotekarja ( 14 ). Meta din tal-aħħar tiġi deċiża, il‑konsumatur mbagħad ikollu jirrikorri għall-proċedura dwar il-mertu. Issa, skont din il-qorti, il-ftuħ ta’ din il-proċedura sabiex jiġi ddikjarat ix‑xoljiment tas-self ipotekarju minħabba nuqqas tad-debitur, skont l‑Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili (fakultà ġuridika, mhux kuntrattwali), ikollu effetti dannużi għall-konsumatur, b’mod partikolari “il‑kumulazzjoni tal-kundanna għall-ispejjeż tal-proċedura dwar il-mertu u tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja kif ukoll iż-żieda ta’ interessi għall-perijodu tal-proċedura dwar il-mertu”.

    28.

    Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), wara li semgħet il-partijiet iddeċidiet, permezz ta’ sentenza tat‑8 ta’ Frar 2017, li wasslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid‑9 ta’ Frar 2017, li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id‑domandi segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    “1)

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 […] għandu jiġi interpretat fis‑sens li jippermetti l-possibbiltà li qorti nazzjonali, meta tiddeċiedi dwar in-natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata inkluża f’kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż ma’ konsumatur li tipprevedi l-iskadenza minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament [wieħed], flimkien ma’ każijiet oħra ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ iktar pagamenti, tevalwa n-natura inġusta biss tal-parti jew tal‑każ tan‑nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament u żżomm il-validità tal‑ftehim ta’ skadenza antiċipata minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ pagamenti wkoll previst b’mod ġenerali fil-klawżola, irrispettivament mill-fatt li d-deċiżjoni konkreta tal-validità jew tan-natura inġusta għandha tmur lura għall-mument li fih ġiet eżerċitata l-possibbiltà [li tiddikjara l-iskadenza antiċipata tas-self]?

    2)

    Ladarba klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu b’garanzija ipotekarja tiġi ddikjarata inġusta, qorti nazzjonali għandha s-setgħa, skont id-Direttiva 93/13[…], tqis li l‑applikazzjoni supplimentari ta’ regola tad-dritt nazzjonali, anki jekk tiddetermina l-bidu jew it-tkomplija tal-proċess ta’ eżekuzzjoni kontra l-konsumatur, tirriżulta iktar favorevoli fir‑rigward ta’ dan tal-aħħar milli l-abbandun ta’ dan il-proċess speċjali ta’ eżekuzzjoni ipotekarja u l-possibbiltà għall-kreditur li jibda x-xoljiment tal-kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu jew jitlob il‑ħlas lura tal-ammonti dovuti, u l-eżekuzzjoni sussegwenti tas‑sentenza ta’ kundanna, mingħajr il-vantaġġi li l-eżekuzzjoni speċjali ipotekarja tirrikonoxxi lill-konsumatur ta’ eżekuzzjoni ipotekarja?”

    B. Il-Kawża C‑179/17

    29.

    Fit‑22 ta’ Ġunju 2005, l-istabbiliment bankarju Bankia SA, l-attur fil-kawża prinċipali, u Alfonso Antonio Lau Mendoza u Verónica Yuliana Rodríguez Ramírez, il-partijiet li kontrihom qed tintalab l-eżekuzzjoni, iffirmaw kuntratt ta’ self ipotekarju għal ammont ta’ EUR 188000 għall-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li kienet tikkostitwixxi r-residenza prinċipali tagħhom, li wara novazzjoni tal-kuntratt, kien għal 37 sena.

    30.

    Skont il-klawżola 6a tal-kuntratt ta’ self ipotekarju, intitolata “Xoljiment antiċipat mill-korp ta’ kreditu”: “Minkejja l-perijodu stipulat ta’ dan il-kuntratt, il-bank kreditur jista’ jiddikjara s-self bħala dovut, billi jqisu xolt u billi jqis id-dejn bħala dovut b’mod antiċipat kollu kemm hu, b’mod partikolari f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas bl-iskadenza ta’ pagament wieħed, diversi jew kollha stabbiliti fit-tieni klawżola [relatata mad-deprezzament]”.

    31.

    Wara nuqqas ta’ ħlas ta’ 36 pagament mid-debituri, Bankia ppreżentat talba għal eżekuzzjoni ipotekarja quddiem il-qorti tar-rinviju kontra l-proprjetà ipotekata bħala garanzija tal-ħlas tas-self mogħti.

    32.

    Il-Juzgado de Primera Instancia no1 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 1 ta’ Barcelona) tistaqsi dwar il-konsegwenzi tal‑konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, b’mod partikolari fid‑dawl tal-ġurisprudenza reċenti tat-Tribunal Supremo (il‑Qorti Suprema). Fil-fatt, din il-ġurisprudenza tippermetti li jkun hemm eżekuzzjoni ipotekarja minkejja l-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal‑klawżola ta’ skadenza antiċipata li hija l-bażi ta’ din il-proċedura. Il‑qorti tar-rinviju tindika li hija għandha tosserva l-ġurisprudenza tat‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) bħala parti mill-ordinament ġuridiku Spanjol iżda fl-istess ħin hija obbligata tikkonforma ruħha mad‑dritt tal-Unjoni kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

    33.

    Fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tqajjem ċerti kwistjonijiet legali li, fl-opinjoni tagħha, jistgħu jkunu partikolarment sinjifikattivi sabiex jingħataw risposti għad-domandi magħmula f’dawn il-kawżi. Dawn il-kwistjonijiet legali jirrigwardaw, minn naħa waħda, l-inċertezza dwar is-suċċess tal-azzjoni dikjaratorja bbażata fuq l-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili ( 15 ). F’dan ir-rigward, din il‑qorti tispjega li sa issa l-ġurisprudenza stabbilita tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li l-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili – applikabbli biss għall-obbligi bilaterali – ma għandhomx jiġu applikati għall-kuntratti ta’ self ipotekarju (kuntratt reali unilaterali). Konsegwentement, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-azzjoni dikjaratorja relatata ma’ kuntratt ta’ self ipotekarju ibbażata fuq l-Artikolu 1124 tal‑Kodiċi Ċivili għandhiex tiġi miċħuda mill-qorti nazzjonali ( 16 ). Madankollu, il-qorti tar-rinviju tinsisti fuq il-fatt li anki jekk it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tiddeċiedi li tispjega din il-ġurisprudenza u taċċetta l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għas-self ipotekarju ( 17 ), ċaħda eventwali tal-kawża għal xoljiment ma tistax tiġi eskluża jekk il‑qorti tqis iġġustifikat li tagħti terminu lid-debitur sabiex jeżegwixxi l-obbligu, kif jippermetti espressament l-Artikolu 1124 tal‑Kodiċi Ċivili ( 18 ).

    34.

    Minn naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-applikazzjoni b’mod supplimentari tal-Artikolu 693(2) tal-LEC hija kuntrarja għall‑ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, għal din il-qorti huwa ċar li l-kuntratt ta’ self jista’ jkompli jeżisti mingħajr il-klawżola ta’ skadenza antiċipata u li din id-dispożizzjoni ma għandhiex tkun applikabbli b’mod supplimentari, peress li “kundizzjoni essenzjali għall‑applikazzjoni tagħha”, jiġifieri “l-eżistenza fil-kuntratt ta’ ftehim ta’ skadenza antiċipata bejn il-partijiet li ġiet speċifikatament iddikjarata inġusta, ma ġietx issodisfatta” ( 19 ). Din il-qorti tqis, konsegwentement, li jekk dawn il-kwistjonijiet ma humiex eżaminati fil‑kuntest ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, id-dubji li hija għandha dwar il-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ipotekarja fil-kawża prinċipali jibqgħu jissussistu u jistgħu jitqajmu domandi preliminari ġodda.

    35.

    Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Juzgado de Primera Instancia n 1 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 1 ta’ Barcelona), permezz ta’ sentenza tat‑30 ta’ Marzu 2017, li waslet fir-Reġistru tal‑Qorti tal-Ġustizzja fl-10 ta’ April 2017, iddeċidiet li tissospendi l‑proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi segwenti lill-Qorti tal‑Ġustizzja:

    “1)

    L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13 […] jipprekludu ġurisprudenza [sentenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tat-18 ta’ Frar 2016] li tgħid li, minkejja li klawżola ta’ terminazzjoni bikrija hija inġusta u minkejja li din il-klawżola li fuqha t-talba għal eżekuzzjoni hija bbażata, ma għandhiex tiġi arkivjata l-eżekuzzjoni ipotekarja għar-raġuni li t-tkomplija tagħha hija iktar vantaġġuża għall-konsumatur, peress li, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni eventwali ta’ sentenza mogħtija fi proċeduri dikjaratorji bbażati fuq l‑Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili, din ma tistax tibbenefika lill‑konsumatur mill-privileġġi proċedurali speċifiċi għall‑eżekuzzjoni ipotekarja, iżda mingħajr ma jittieħed kont ta’ din il-ġurisprudenza li, skont ġurisprudenza ripetuta u stabbilita tat‑Tribunal Supremo [il-Qorti Suprema], dan l-Artikolu 1124 tal‑Kodiċi Ċivili (previst mill-kuntratti li joħolqu obbligi reċiproċi) ma japplikax għall-kuntratt ta’ self, peress li dan huwa kuntratt reali u unilaterali li jsir komplet biss mal-ħlas tal-flus u, għaldaqstant, joħloq biss obbligi għal min jissellef u mhux għal min jislef (kreditur), b’tali mod li, jekk din il-ġurisprudenza tal-istess Tribunal Supremo tiġi segwita fil-proċeduri dikjaratorji, il‑konsumatur jista’ jikseb deċiżjoni li tiċħad it-talba għal ħall u għal kumpens u ma jistax ikun sostnut li l-kontinwazzjoni tal‑eżekuzzjoni ipotekarja tkun iktar vantaġġuża għalih?

    2)

    F’każ li tiġi ammessa l-applikazzjoni tal-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili għall-kuntratti ta’ self jew f’kull każ ta’ kuntratti ta’ kreditu, l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13[…] jipprekludu ġurisprudenza bħal dik indikata li, sabiex jiġi evalwat jekk it-tkomplija tal‑eżekuzzjoni ipotekarja hijiex iktar vantaġġuża għall‑konsumatur jew iktar ta’ dannu milli t-trattament ta’ proċedura dikjaratorja abbażi tal-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili, ma tieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li, f’din il-proċedura jistgħu jiġi miċħuda t-talbiet għal ħall tal-kuntratt u għal kumpens jekk il-qorti tapplika d-dispożizzjoni tal-istess Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili li skontu ‘il-qorti għandha tordna l-ħall mitlub, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet li jiġġustifikaw li jingħata terminu għat-twettiq tal‑obbligu’, meta jittieħed kont li, preċiżament fil-kuntest ta’ self u krediti ipotekarji għax-xiri ta’ djar għal perijodu twil (20 jew 30 sena), huwa pjuttost probabbli li l-qrati japplikaw din ir-raġuni ta’ rifjut, speċjalment meta l-ksur konkret tal-obbligu ta’ ħlas ma kienx gravi ħafna?

    3)

    Fil-każ li huwa paċifiku li l-kontinwazzjoni tal-eżekuzzjoni ipotekarja tkun iktar vantaġġuża għall-konsumatur minħabba t‑terminazzjoni antiċipata, l-Artikoli 6 u 7 tad‑Direttiva 93/13[…] jipprekludu ġurisprudenza bħal dik indikata li tapplika dispożizzjoni legali kumplimentari (Artikolu 693(2) tal-[LEC] minkejja li l-kuntratt jista’ jkompli jeżisti mingħajr il-klawżola ta’ terminazzjoni antiċipata, u tħalli effetti għall-imsemmi [dispożizzjoni] minkejja n-nuqqas tal-preżunzjoni fundamentali tiegħu: l-eżistenza fil-kuntratt ta’ klawsola valida u effikaċi ta’ terminazzjoni antiċipata, li speċifikament ġiet iddikjarata inġusta, nulla u mingħajr effett?’

    IV. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

    36.

    Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑16 ta’ Marzu 2017, it-talba tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) sabiex il‑Kawża C-70/17 tiġi suġġetta għall-proċedura mħaffa prevista fl‑Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja ġiet miċħuda. Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑24 ta’ Ottubru 2017, il-Kawżi C‑92/16, C‑167/16, C‑486/16, C‑70/17 u C‑179/17 ibbenefikaw minn trattament ikkoordinat.

    37.

    Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn Abanca, mill‑Gvern Spanjol u minn dak Pollakk kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea fil‑Kawża C‑70/17, u minn Bankia, mill-Gvern Spanjol u minn dak Ungeriż kif ukoll mill-Kummissjoni fil-Kawża C‑179/17.

    38.

    B’deċiżjoni tal‑20 ta’ Frar 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tal-Artikolu 29(1) tar-Regoli tal-Proċedura, iddeċidiet li tintbagħat lura l-kawżi quddiem l-Awla Manja bl-istess kompożizzjoni u, bl-applikazzjoni tal‑Artikolu 77 ta’ dawn ir-Regoli, żammet seduta waħda għal dawn il‑kawżi.

    39.

    Abanca, Bankia, il-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni ppreżentaw is‑sottomissjonijiet orali tagħhom fis-seduta konġunta li saret fil‑15 ta’ Mejju 2018.

    V. Analiżi

    A. Fuq l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari fil-Kawża C‑179/17

    40.

    Qabel ma jibda l-analiżi tal-mertu, il-Gvern Spanjol, fl‑osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, jikkontesta l-ammissibbiltà tar‑rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑179/17. Dan il-Gvern isostni li l-għan li għandu jintlaħaq minn dan ir-rinviju huwa li jikkompleta l-qafas ġuridiku espost mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fil-Kawża C‑70/17. F’dan ir-rigward, għandu jiġi sostnut, fl‑ewwel lok, li l-għan ta’ domanda preliminari hija l-interpretazzjoni tar‑regoli tad-dritt tal-Unjoni. Issa d-domandi magħmula mill-qorti tar‑rinviju jirrigwardaw biss l-interpretazzjoni ta’ regoli tad-dritt nazzjonali. Fit-tieni lok, il-Gvern Spanjol isostni li l-qorti tar-rinviju tikkontesta l-evalwazzjoni fid-dritt tar-regoli tad-dritt nazzjonali magħmula mit‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), minkejja li din il‑qorti hija l-qorti suprema fl-ordinamenti ġuridiċi kollha li huma inkarigati mill-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, b’tali mod li, skont l‑Artikolu 123(1) tal-Kostituzzjoni Spanjola u tal-Artikolu 1(6) tal‑Kodiċi Ċivili, il-ġurisprudenza tagħha tikkompleta l-ordinament ġuridiku Spanjol. Finalment, fit-tielet lok, il-Gvern Spanjol ma jarax kif l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu applikati sabiex jeżamina l-eventwali żball li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) setgħet wettqet jew le fl-analiżi u fl-interpretazzjoni tal-qafas ġuridiku nazzjonali Spanjol.

    41.

    F’dan ir-rigward, jidhirli opportun li jitfakkru l-prinċipji relatati mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u mal-ammissibbiltà tad-domandi preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE.

    42.

    Fl-ewwel lok, huwa paċifiku li l-proċedura stabbilita bl‑Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal‑Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li permezz tagħha l-ewwel waħda tagħti lil tal-aħħar l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li huma neċessarji għas-soluzzjoni tat-tilwima li biha huma jkunu ġew aditi ( 20 ). Din il-proċedura hija intiża sabiex tikkontribwixxi direttament u reċiprokament għall-għoti ta’ deċiżjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha ( 21 ).

    43.

    Skont il-formula stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni ġudizzjarji, huma biss il-qrati nazzjonali li huma aditi bil-kawża u li għandhom jassumu r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġuridika eventwali, li għandhom jevalwaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex ikunu f’pożizzjoni li jagħtu s-sentenza tagħhom kif ukoll ir-rilevanza tad‑domandi li huma jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja ( 22 ). Konsegwentement, peress li d-domandi magħmula jirrigwardaw l‑interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola, marbuta li tiddeċiedi ( 23 ).

    44.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li d-domandi li jirrigwardaw id‑dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Iċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jidher b’mod evidenti li l‑interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda konnessjoni mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l‑problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha ( 24 ).

    45.

    Fit-tieni lok, nirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod ripetut li l-qrati nazzjonali għandhom il-fakultà l-iktar wiesgħa sabiex jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja bi kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad‑dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni ( 25 ) u li regola ta’ dritt nazzjonali ma tistax ixxekkel lil qorti nazzjonali milli tagħmel użu mill‑imsemmija fakultà ( 26 ), b’din il-fakultà tittrasforma ruħha f’obbligu għall-qrati li jagħtu l-aħħar deċiżjoni, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet irrikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 27 ). Kemm din il‑fakultà kif ukoll dan l-obbligu huma, fil-fatt, inerenti għas-sistema ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita bl-Artikolu 267 TFUE, u inerenti għall-funzjonijiet ta’ qorti responsabbli mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fdati, minn din id-dispożizzjoni, lill-qrati nazzjonali ( 28 ).

    46.

    Fit-tielet lok, infakkar, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi, li l-eżistenza ta’ regola ta’ dritt nazzjonali li torbot lill-qrati li ma jkunux tal-aħħar istanza bl-evalwazzjoni tad-dritt mogħtija minn qorti ta’ grad superjuri ma tistax, sempliċiment minħabba dan il-fatt, iċċaħħadhom mill-imsemmija fakultà ( 29 ). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l‑qorti li ma tiddeċidix fl-aħħar istanza għandha tkun libera, b’mod partikolari jekk tqis li l-evalwazzjoni tad-dritt magħmula fi grad superjuri tista’ twassalha li tagħti sentenza bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kwistjonijiet li jinkwetawha ( 30 ). Konsegwentement, qorti nazzjonali, adita b’kawża, meta tqis li, fil-kuntest tagħha, tqajmet kwistjoni li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew il-validità tad-dritt tal-Unjoni, għandha l-fakultà jew l-obbligu, skont il‑każ, li titlob deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma din il‑fakultà jew dan l-obbligu jkunu jistgħu jixxekklu minn regoli nazzjonali ta’ natura leġiżlattiva jew ġurisprudenzjali ( 31 ).

    47.

    Sabiex nirritorna għal każ inkwistjoni, inqis li t-tliet domandi, kif ifformulati, jirrigwardaw b’mod ċar, l-interpretazzjoni tal‑Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13. Għalhekk, il-preżunzjoni ta’ rilevanza li għandha t-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑179/17 ma hijiex ikkonfutata bl-oġġezzjonijiet tal-Gvern Spanjol. Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li l-Juzgado de Primera Instancia no1 ta’ Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 1 ta’ Barcelona) għandha dubji dwar l-evalwazzjoni tad-dritt magħmula mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) li tista’ twassalha sabiex tagħti sentenza kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, hija għandha l-fakultà li tmur quddiem il‑Qorti tal-Ġustizzja u tagħmlilha d-domandi li tqis rilevanti.

    48.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl tal-prinċipji relatati mal‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE mfakkra fil-punti preċedenti u invokati diversi drabi mill-Qorti tal-Ġustizzja minn meta ġiet stabbilita l‑proċedura tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari, ma nara l-ebda ostakolu sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi f’din il-kawża billi tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13. Konsegwentement, inqis li t-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C-179/17 hija ammissibbli.

    B. Fuq il-mertu tal-Kawżi C‑70/17 u C‑179/17

    49.

    Minkejja li d-domandi preliminari magħmula mill-qrati tar-rinviju f’dawn il-kawżi tqajmu f’żewġ proċeduri nazzjonali differenti ( 32 ), iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) (Kawża C‑70/17) u mill-Juzgado de Primera Instancia no1 ta’ Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 1 ta’ Barcelona) (Kawża C‑179/17) jirrigwardaw, essenzjalment, l-interpretazzjoni tad‑Direttiva 93/13 u l-kompatibbiltà tal-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) relatata mal-klawżoli ta’ skadenza antiċipata mas-sistema ta’ protezzjoni tal-konsumaturi stabbilita b’din id-direttiva, b’mod partikolari fl-Artikoli 6 u 7, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 33 ).

    50.

    Peress li ż-żewġ kawżi essenzjalment jissollevaw l-istess kwistjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, nipproponi konklużjonijiet komuni.

    1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

    51.

    Bħala introduzzjoni, jidhirli utli li jsiru xi rimarki li jippermettu li jiġi ddefinit il-kuntest li fih tidħol id-Direttiva 93/13 u jiġi eżaminat kif id-dritt tal-Unjoni poġġa l-protezzjoni tal-konsumatur fil-qalba tal‑proċess ta’ integrazzjoni Ewropea.

    52.

    Jekk tingħata ħarsa lura, jiġi kkonstatat li, matul l-ewwel snin tal‑bini tal-Unjoni Ewropea, il-protezzjoni tal-konsumatur kienet meqjusa bħala “sotto-prodott” tas-suq komuni ( 34 ). Fil-fatt, kien waqt il-konferenza fis-summit li sar f’Pariġi fid‑19 u fl‑20 ta’ Ottubru 1972 li l‑Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern approvaw, għall-ewwel darba, il‑prinċipju ta’ protezzjoni u informazzjoni tal-konsumaturi. Madankollu kellhom jgħaddu tliet snin sabiex ġiet uffiċjalment imnedija l-politika ta’ protezzjoni tal‑konsumatur ( 35 ) u għoxrin sena sabiex telgħet fil-livell ta’ politika “Komunitarja”, meta t-Trattat ta’ Maastricht fl-1992 introduċa l‑Artikolu 129 KE, li sar l-Artikolu 153 KE mbagħad l‑Artikolu 169 TFUE, li stabbilixxa fid-dritt primarju l-partikolarità tal‑politika ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi ngħatat rwol adattat u awtonomija ( 36 ).

    53.

    B’hekk, sa mill-oriġini tagħha ( 37 ), l-għan ewlieni tal-politika ta’ protezzjoni tal-konsumatur huwa li ttejjeb b’mod kwalitattiv il-kwalità tal-ħajja fl-Unjoni ( 38 ). Kważi 46 sena iktar tard, l-għan jibqa’ l-istess: il‑protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumatur ( 39 ). Il-protezzjoni tal-konsumatur b’hekk sar wieħed mill-kapitoli essenzjali tad-dritt tal‑Unjoni, li b’dimensjoni doppja – kemm ekonomika u soċjali –, tmiss il-ħajja ta’ kuljum tal-konsumaturi tal-Unjoni. Regoli stretti jiżguraw il‑protezzjoni tal-interessi tagħhom f’diversi oqsma ( 40 ), fosthom dak tal‑klawżoli kuntrattwali inġusti. Dan il-kapitolu tal-protezzjoni tal‑konsumatur jgħallimna li, permezz tad-Direttiva 93/13, il-livell ta’ protezzjoni mogħti lill-konsumatur tal-Unjoni jidher li huwa kunsiderevolment għoli u li dan tal-aħħar jibbenefika minn aċċess iktar ġust għall-kreditu b’mod ġenerali, u għal kreditu ipotekarju b’mod partikolari, billi jagħtihom drittijiet li l-qrati nazzjonali għandhom jipproteġu ( 41 ).

    54.

    Għaldaqstant, ma għandux jintesa aspett essenzjali ta’ din id‑direttiva: l-armonizzazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur hija meqjusa neċessarja għat-tisħiħ tas-suq intern u, għalhekk, għat-tisħiħ tal-ħajja ekonomika u soċjali. B’hekk il-leġiżlatur tal-Unjoni qies li, fid-dawl tal-fatt li l-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-klawżoli fil‑kuntratti konklużi bejn, minn naħa waħda, il-bejjiegħ ta’ merkanzija jew il-fornitur ta’ servizzi, minn naħa, u l-konsumatur, min-naħa l-oħra, għandhom numru ta’ differenzi, bir-riżultat li s-swieq nazzjonali għall-bejgħ ta’ merkanzija u l-offerta ta’ servizzi lill-konsumaturi huma differenti minn xulxin u li jista’ jkun hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni fost il-bejjiegħa u l-fornituri, b’mod speċjali meta jbigħu u jfornu fi Stati Membri oħra, huwa essenzjali li jkun hemm leġiżlazzjoni dwar is-suġġett ( 42 ).

    55.

    B’mod partikolari, il-leġiżlatur tal-Unjoni qies li l-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi juru diverġenzi notevoli u li, “biex jitħaffef l-istabbiliment tas-suq intern u biex jiġi salvagwardat iċ-ċittadin fir-rwol tiegħu bħala konsumatur meta jakkwista merkanzija u servizzi b’kuntratti li jkunu rregolati mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri mhux tiegħu stess”, huwa essenzjali li jitneħħew klawżoli inġusti minn dawn il-kuntratti. Huwa indika li l-bejjiegħa ta’ merkanzija u l-fornituri ta’ servizzi b’hekk ser jingħataw għajnuna fix‑xogħol tagħhom tal-bejgħ ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi, sew f’pajjiżhom kif ukoll fis-suq intern kollu u li l-kompetizzjoni b’hekk tiġi stimulata, biex b’hekk tikkontribwixxi għal aktar għażla għaċ-ċittadini tal-[Unjoni] bħala konsumaturi ( 43 ).

    56.

    Dan għalhekk huwa l-kuntest li fih jidħol, b’mod ġenerali, id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u, b’mod iktar partikolari, id-Direttiva 93/13.

    57.

    Ir-risposta li ser nipproponi iktar ’il quddiem hija intiża wkoll sabiex tidħol ukoll f’dan il-kuntest.

    2.   Rimarki preliminari

    58.

    Qabel xejn tqum l-ewwel rimarka dwar iż-żewġ kawżi: mill‑punti 27, 33 u 34 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li l-Juzgado de Primera Instancia no 1 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 1 ta’ Barcelona), fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha (Kawża C‑179/17), ippreżentat interpretazzjoni tal-kuntest ġuridiku nazzjonali inkwistjoni differenti minn dak użat mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fid‑deċiżjoni tar-rinviju tagħha (Kawża C‑70/17).

    59.

    F’dan il-kuntest, ninnota qabelxejn li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod ripetut li huma l-qrati nazzjonali li għandhom jistabbilixxu, fil‑kawżi li bihom huma aditi, liema hija l-interpretazzjoni korretta tad-dritt nazzjonali ( 44 ).

    60.

    B’hekk, il-fatt li ż-żewġ qrati ppreżentaw interpretazzjoni differenti tal-kuntest ġuridiku nazzjonali inkwistjoni ma jipprekludix lill‑Qorti tal-Ġustizzja milli tagħti interpretazzjoni utli tad-dritt tal‑Unjoni. Barra minn hekk, din id-differenza ta’ interpretazzjoni tad‑dritt nazzjonali ma għandhiex tikkontesta l-karatteristiċi essenzjali tas-sistema ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita bl-Artikolu 267 TFUE, kif jirriżultaw minn ġurisprudenza stabbilita tal‑Qorti tal-Ġustizzja ( 45 ).

    61.

    Barra minn hekk, din il-kooperazzjoni hija bbażata fuq l‑ugwaljanza tal-qrati tal-aħħar istanza u ta’ qrati ta’ livell inqas. B’hekk, indipendentement mill-interpretazzjoni tagħhom tad-dritt nazzjonali, quddiem diverġenza dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kull qorti tista’ – jew, jekk ikun il-każ, għandha tkun tista’ – tagħmel domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja ( 46 ).

    62.

    It-tieni rimarka tiegħi, li tirrigwarda biss il-Kawża C‑70/17, hija intiża sabiex tenfasizza li, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju tat‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), din il-qorti qajmet żewġ problemi differenti. L-ewwel waħda ta’ ordinament ġuridiku u tirrigwarda l‑konsegwenzi li għandhom jiġu misluta mill-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tippermetti lill-istabbilimenti bankarji li jxolju l-kuntratt ta’ self ipotekarju minħabba n-nuqqas tad-debitur li jwettaq l-obbligi tiegħu, li fuqhom jiddependi l-bidu u t-tkomplija tal‑proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja. F’dan il-kuntest tqum il‑kwistjoni dwar jekk il-qrati Spanjoli jistgħux jemendaw dan it-tip ta’ klawżola sabiex jippermettu lill-istabbilimenti bankarji jkomplu l‑eżekuzzjoni ipotekarja. Hija din il-kwistjoni li ser neżamina iktar ’il quddiem.

    63.

    It-tieni problema hija ta’ natura ekonomika u tirrigwarda l-kuntest soċjo-ekonomiku tas-self ipotekarju fid-dawl tax-xiri ta’ residenzi fi Spanja. It-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tinformana li s-sistema bankarja Spanjola jista’ jkollha diffikultajiet gravi u sistematiċi jekk il-banek isibu ruħhom li ma jistgħux jirrikorru għall-eżekuzzjoni ipotekarja. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika, minn naħa waħda, li l-istess tip ta’ klawżoli li jipprevedu skadenza ta’ terminu (inġusti) ġie użat kważi fil-kuntratti ta’ self ipotekarju kollha u, min-naħa l-oħra, li, minħabba r-rabta bejn l-għoti massiv ta’ self ipotekarju lill-familji sabiex jakkwistaw ir-residenzi tagħhom u l-garanziji ta’ min isellef għar-rimbors furzat tad-dejn, l‑impossibbiltà li jinkiseb ir-rimbors tas-self billi tinbeda l-proċedura speċifika tal-eżekuzzjoni ipotekarja f’każ ta’ nuqqas ta’ pagament tad‑debitur tista’ twassal għal restrizzjoni tal-kreditu futur, li jagħmel diffiċli ferm l-aċċess għall-proprjetà bħala residenza.

    64.

    Sabiex tingħata tweġiba għad-dubji tal-qrati tar-rinviju f’dawn il‑kawżi, jidhirli neċessarju, fl-ewwel lok, li titfakkar il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, qabel ma tiġi eżaminata, fit-tieni lok, il‑portata tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata, kif tirriżulta minn din il-ġurisprudenza. F’dan ir-rigward, sabiex tinftiehem aħjar l-interpretazzjoni li użat it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha fir‑rigward tal-possibbiltà li l-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal‑klawżola kontenzjuża tiġi limitata biss għal waħda mill-partijiet tagħha, nibda mill-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) dwar ir-regola tat-Teilbarkeit der Klausel (diviżibbiltà tal-klawżola) li għaliha tirreferi l-qorti tar-rinviju stess. Imbagħad inkompli billi nislet il-konklużjonijiet li huma imposti għall‑finijiet tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għal kawżi bħal dawk fil-kawża prinċipali. Finalment, ser nagħmel xi rimarki konklużivi dwar l-opportunità li tiġi kkontestata l-ġurisprudenza eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    3.   Tfakkir tal-ġurisprudenza rilevanti

    65.

    Jidhirli li huwa importanti li jitfakkar li l-proċess ta’ stħarriġ tal‑klawżoli inġusti mill-qorti nazzjonali jinkludi żewġ stadji suċċessivi u differenti li jimplikaw żewġ operazzjonijiet jew eżerċizzji differenti. L-ewwel stadju huwa dak tal-klassifikazzjoni, mill-qorti nazzjonali, tal‑klawżola kuntrattwali bħala inġusta, filwaqt li t-tieni stadju jirrigwarda l-konsegwenzi li din għandha tislet mill-klassifikazzjoni tal‑klawżola bħala inġusta. Dan l-eżerċizzju mill-qorti nazzjonali li tislet il-konsegwenzi tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola huwa differenti, kemm mill-perspettiva rationae temporis kif ukoll rationae materiae, mill-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni li jkun sar qabel. Il-fatt li dawn iż-żewġ eżerċizzji jsiru wara xulxin ma għandux iwassal sabiex ma ssirx distinzjoni bejniethom. Barra minn hekk id-differenzi ta’ bejniethom joħorġu b’mod ċar mill-ġurisprudenza tal‑Qorti tal-Ġustizzja, kif ser naraw iktar ’il quddiem.

    a)   Fuq il-klassifikazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-klawżola kuntrattwali bħala klawżola inġusta

    66.

    Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, fis-sentenza Océano Grupo Editorial u Salvat Editores ( 47 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet għall-ewwel darba li “s-sistema ta’ protezzjoni implimentata bid-Direttiva 93/13 hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni inferjuri fil‑konfront tal-bejjiegħ jew fornitur, f’dak li jirrigwarda kemm is-setgħa ta’ negozjar kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni, sitwazzjoni li twassal lill‑konsumatur sabiex jaqbel mal-kundizzjonijiet imħejjija minn qabel minn bejjiegħ jew fornitur, mingħajr ma jkun jista’ jeżerċita influwenza fuq il-kontenut tagħhom”. Din l-idea li fuqha hija bbażata l-imsemmija direttiva timplika li l-qorti adita għandha tiżgura ( 48 ) u, konsegwentement, għandha tevalwa ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 93/13 ( 49 ).

    67.

    Fit-tieni lok, għandu jiġi nnotat li fil-kawża li wasslet għas‑sentenza VB Pénzügyi Lízing, li kienet tirrigwarda l-obbligu tal‑qorti nazzjonali li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni fil-kuntest ta’ oppożizzjoni magħmula minn konsumatur kontra ordni għal ħlas, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi dwar in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali ( 50 ). Dan ġie kkonfermat fis-sentenza Invitel, fejn il‑Qorti tal-Ġustizzja spjegat b’mod partikolari li hija tillimita ruħha sabiex tagħti lill-qorti tar-rinviju indikazzjonijiet li l-qorti tar-rinviju għandha tikkunsidra sabiex tevalwa n-natura inġusta tal-klawżola kkonċernata ( 51 ).

    68.

    Fit-tielet lok, nirrileva li, sabiex klawżola ta’ kuntratt li ma tkunx ġiet innegozjata b’mod individwali titqies bħala inġusta, l‑Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 jirreferi għal żbilanċ sinjifikattiv bi ħsara għall-konsumatur fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ( 52 ). B’hekk, meta dan l-artikolu jirreferi għall-kunċett ta’ “żbilanċ sinifikanti […] bi ħsara għall-konsumatur” fid-drittijiet u l‑obbligi tal-partijiet li jirriżulta mill-kuntatt, jiddefinixxi biss b’mod astratt l-elementi li jippermettu li titqies bħala inġusta klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet innegozjata b’mod individwali ( 53 ). Din hija r-raġuni li għaliha l-Qorti tal‑Ġustizzja, filwaqt li rriflettiet il‑konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott ( 54 ), spjegat li, sabiex ikun magħruf jekk klawżola toħloqx, “żbilanċ sinifikanti” fid-drittijiet u fl‑obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt bi ħsara għall‑konsumatur, għandhom jiġu kkunsidrati b’mod partikolari regoli applikabbli fid-dritt nazzjonali fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa permezz ta’ tali analiżi komparattiva li l-qorti nazzjonali tkun tista’ tevalwa jekk, u, jekk dan ikun il-każ, sa fejn, il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’sitwazzjoni legali inqas favorevoli meta mqabbla ma’ dik prevista mid-dritt nazzjonali fis-seħħ ( 55 ).

    69.

    Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-klawżola dwar l-iskadenza antiċipata, il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li użat l-istess raġunament tas‑sentenza Aziz ( 56 ), fakkret, fis-sentenza Banco Primus ( 57 ), l-elementi li l-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra waqt l-eżami tan-natura inġusta ta’ din il-klawżola. Minn dawn is-sentenzi jirriżulta li l-qorti tar-rinviju hija obbligata teżamina b’mod partikolari i) jekk il-possibbiltà mogħtija lill-bejjiegħ jew fornitur li jiddikjara dovut l-ammont kollu tas‑somma mislufa tiddependix min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni min-naħa tal‑konsumatur ta’ obbligu li jkun ta’ natura essenzjali fil-kuntest tar‑relazzjoni kuntrattwali inkwistjoni; ii) jekk din il-possibbiltà hijiex prevista għall-każijiet fejn tali nuqqas ta’ eżekuzzjoni jkun ta’ natura suffiċjentement gravi fid-dawl tal-perijodu u tal-ammont tas-self; iii) jekk din il-possibbiltà tidderogax mir-regoli ta’ dritt komuni applikabbli f’dan il-qasam fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi u, finalment; iv) jekk id-dritt nazzjonali jagħtix lill-konsumatur mezzi adegwati u effettivi li permezz tagħhom huwa, meta jkun suġġett għall‑applikazzjoni ta’ tali klawżola, ikun jista’ jirrimedja l-effetti tal‑eżiġibbiltà tas-self ( 58 ). Dawn l-elementi jippermettu lill-qorti nazzjonali tevalwa jekk klawżola kuntrattwali hijiex inġusta.

    70.

    F’dan il-kuntest, tqum il-kwistjoni tal-mument li għalih il-qorti nazzjonali għandha tirreferi, waqt l-evalwazzjoni tan-natura inġusta tal‑klawżola, sabiex tivverifika dawn l-elementi ta’ evalwazzjoni u sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwar in-natura inġusta tal-klawżola. Din il‑kwistjoni fundamentali diġà ġiet deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja. Fis‑sentenza Aziz, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, “skont l‑Artikolu 4(1) tad‑Direttiva [93/13], in-natura inġusta ta’ klawżola inġusta għandha tiġi evalwata billi tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura tal-beni jew tas‑servizzi li jkunu s‑suġġett tal-kuntratt u billi jsir riferiment, fil‑mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, għaċ-ċirkustanzi kollha l-oħra li fihom ikun ġie konkluż” ( 59 ). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li, f’din il-perspettiva, għandhom jiġu evalwati wkoll il‑konsegwenzi li din il‑klawżola jista’ jkollha fil-kuntest tad-dritt applikabbli għall-kuntratt, u dan jimplika eżami tas-sistema legali nazzjonali ( 60 ). Konsegwentement, il‑qorti nazzjonali għandha tpoġġi lilha nnifisha mhux biss fil-mument tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt iżda wkoll fil‑mument tal-konklużjoni tiegħu jew tal-iffirmar tiegħu sabiex tiġi evalwata n-natura inġusta tal-klawżola kuntrattwali ( 61 ).

    71.

    Wara li tikkonstata n-natura inġusta tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata, kif inhu l-każ f’dan il-każ, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja jirriżulta li hija l-qorti nazzjonali li għandha tislet il‑konsegwenzi kollha minn din il-konstatazzjoni.

    b)   Fuq il-konsegwenzi li għandhom jiġu misluta mill‑konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali

    72.

    Fir-rigward tal-konsegwenzi li għandhom jiġu misluta mill‑konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola, għandu jitfakkar li r‑regola ġenerali paċifika fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal‑Ġustizzja, u li tirriżulta mill-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad‑Direttiva 93/13, hija li l-qorti nazzjonali għandha l-obbligu li ma tapplikax klawżola inġusta. Din ir-regola sa issa għandha biss eċċezzjoni waħda: dik użata fis-sentenza Kásler u Káslerné Rábai ( 62 ). Madankollu, kif ser nispjega iktar ’il quddiem, sabiex l-eċċezzjoni użata f’din il-kawża tkun tista’ tiġi applikata mill-qorti nazzjonali skont id‑Direttiva 93/13 u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Ġustizzja imponiet ċerti kundizzjonijiet. Fid-dawl ta’ dan, issa ser ngħaddi għall-eżami tar‑regola ġenerali.

    1) Ir-regola ġenerali fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal‑Ġustizzja: l-obbligu impost fuq il-qorti nazzjonali li ma tapplikax klawżola inġusta mingħajr ma tkun awtorizzata tirrevedi l-kontenut tagħha

    73.

    Qabel ma nibda mill-oriġini tal-obbligu impost fuq il-qorti nazzjonali li ma tapplikax klawżola inġusta fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok li ngħid kelmtejn fuq l-oriġini ta’ din il‑ġurisprudenza u, għalhekk, ta’ dan l-obbligu: is-sentenza Banco Español de Crédito ( 63 ).

    74.

    Fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, li kienet tirrigwarda proċedura ta’ ordni għal ħlas, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mitluba għall‑ewwel darba twieġeb għad-domanda jekk id-Direttiva 93/13 kinitx tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ( 64 ) li kienet tippermetti lill-qorti nazzjonali, meta tikkonstata n-nullità ta’ klawżola inġusta f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, li tikkompleta l-imsemmi kuntratt billi tirrevedi l-kontenut ta’ din il-klawżola. Fir-risposta tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja qabelxejn fakkret li l-kliem tal-Artikolu 6(1) tad‑Direttiva 93/13, filwaqt li tirrikonoxxi lill-Istati Membri ċertu marġni ta’ awtonomija f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tas-sistemi legali applikabbli għall-klawżoli inġusti, jimponi madankollu espressament li jiġi previst li l-imsemmija klawżolima jkunux jorbtu lill‑konsumatur” ( 65 ).

    75.

    Billi telqet minn din il-premessa, il-Qorti tal-Ġustizzja sussegwentement fakkret, minn naħa waħda, il-ġurisprudenza stabbilita li, skont l-imsemmija dispożizzjoni, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jikkonstataw in-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali billi jisiltu l‑konsegwenzi kollha li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali, sabiex il‑konsumatur ma jiġix marbut mill-imsemmija klawżola ( 66 ). Minn naħa l‑oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda espliċitament, fit-tieni parti tas-sentenza tal-Artikolu 6(1) tad‑Direttiva 93/13, kif ukoll fil-wieħed u għoxrin premessa tagħha, li l‑kuntratt konkluż bejn il-bejjiegħ jew il-fornitur u l-konsumatur għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżistimingħajr il-klawżoli inġusti” ( 67 ). Konsegwentement, il‑Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “l-qrati nazzjonali għandhom sempliċement ma japplikawx klawżola inġusta sabiex din ma tħallix effetti vinkolanti fil-konfront tal-konsumatur, mingħajr ma jkunu jistgħu jirrevedu l-kontenut tagħha” ( 68 ). Hija spjegat ukoll, u tfakkar dan diversi drabi, li dan il-kuntratt għandu jkun kapaċi jibqa’ jeżisti, bħala regola, mingħajr ebda emenda oħra ħlief dik li tirriżulta mit-tħassir tal-klawżoli inġusti, sa fejn, skont ir-regoli tad-dritt intern, tali tkomplija tal-kuntratt tkun legalment possibbli ( 69 ).

    76.

    Fil-fatt, jekk il-qorti nazzjonali jkollha l-possibbiltà li tirrevedi l‑kontenut ta’ klawżoli inġusti, dan jikkontribwixxi sabiex telimina l‑effett dissważiv eżerċitat fuq il-bejjiegħa jew il-fornituri bil-pur u sempliċi nuqqas ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-konsumaturi ta’ tali klawżoli inġusti, sa fejn dawn jibqgħu bit-tentazzjoni li jużaw l-imsemmija klawżoli, minħabba li jkunu jafu li, anki jekk dawn tal-aħħar kellhom jiġi ddikjarati invalidi, il-kuntratt jista’ madankollu jiġi kkompletat, kif meħtieġ, mill-qorti nazzjonali, b’mod li jiġu protetti l-interessi tal-imsemmija bejjiegħa jew fornituri ( 70 ).

    77.

    Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, u fid-dawl tal-iżbilanċ sinjifikattiv bi ħsara għall-konsumatur fid-drittijiet u fl-obbligi tal‑partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt, il-qrati nazzjonali huma obbligati li ma japplikawhomx bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13.

    78.

    Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi dispożizzjoni obbligatorja li, fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ inferjorità ta’ waħda mill-partijiet tal-kuntratt [il-konsumatur], hija intiża sabiex tbiddel il-bilanċ formali li l-kuntratt jistabbilixxi bejn id‑drittijiet u l-obbligi tal-kontraenti f’bilanċ reali li jista’ jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza bejn dawn tal-aħħar ( 71 ). Jidhirli li huwa ċar li, permezz ta’ din id-dikjarazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi għar-raġuni li għaliha sar l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 mingħajr ma tipprova tistabbilixxi xi qafas għall-finijiet tal-implimentazzjoni tagħha f’każijiet konkret ( 72 ).

    79.

    Lanqas għandu jkun hemm dubju li l-istabbiliment mill-ġdid tal‑bilanċ bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ jew il-fornitur ma jistax iwassal għall-possibbiltà li jiġu emendati l-klawżoli kuntrattwali inġusti. Fil-fatt, minn naħa waħda, tali possibbiltà hija kuntrarja għall-Artikolu 6(1) tad‑Direttiva 93/13, li jitlef kull sens, u konsegwentement, l-effett utli tal-protezzjoni mixtieqa minnu ( 73 ). Minn naħa l-oħra, tali possibbiltà ma tippermettix li jinżamm l-effett dissważiv eżerċitat fuq il-bejjiegħa jew il-fornituri bl-impossibbiltà li jiġu applikati tali klawżoli fir-rigward tal-konsumatur.

    2) L-eċċezzjoni għar-regola: il-Kawża Kásler u Káslerné Rábai

    80.

    Il-kawża li wasslet għas-sentenza Kásler u Káslerné Rábai ( 74 ) tirrigwarda kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż bejn entità bankarja u konsumatur, mogħti f’munita barranija (frank Svizzeru), li l-ammont tiegħu kien ikkalkolat, fil-jum tal-għoti tiegħu, f’forint Ungeriż, skont il-prezz tax‑xiri tal-munita. Għall-kuntrarju, min issellef kellu jirrimborsa s-self f’forint skont il-prezz tal-bejgħ ta’ din l-istess munita. Permezz tat-tielet domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju staqsiet, essenzjalment, jekk f’sitwazzjoni li fih kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur ma jistax jibqa’ jeżisti wara t-tħassir tal-klawżola inġusta, l‑Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis‑sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali tirrimedja n-nuqqas ta’ validità tal-klawżola inġusta billi tissostitwixxiha b’dispożizzjoni nazzjonali ta’ natura supplimentari.

    81.

    Fir-risposta tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li meta kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur ma jistax jibqa’ jeżisti wara t-tneħħija ta’ klawżola inġusta, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix regola ta’ dritt nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali li tirrimedja għall-invalidità ta’ din il-klawżola billi tissostitwixxiha b’dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari.

    82.

    Minn din is-sentenza jirriżulta b’mod ċar, kif diġà indikajt fil‑punt 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li għandhom jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet sabiex il-qorti nazzjonali tkun tista’ tneħħi l-klawżola inġusta u tissostitwixxiha b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari. Minn naħa waħda, din is-sostituzzjoni għandha tkun tista’ twassal għar-riżultat “li l-kuntratt jista’ jibqa’ applikabbli minkejja t‑tneħħija tal-klawżola [inġusta]” u li “jkompli jkun vinkolanti għall‑partijiet” ( 75 ), sabiex il-qorti nazzjonali ma ssibx ruħha kostretta li tannulla l-kuntratt kollu kemm hu. Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn il-qorti hija obbligata tannulla l-kuntratt kollu kemm hu, l-imsemmija sostituzzjoni għandu jkollha l-effett li tevita li l-konsumatur ikun espost għal “konsegwenzi li partikolarment jikkawżaw preġudizzju, b’mod li n‑natura dissważiva li tirriżulta mill-annullament tal-kuntratt tirriskja li tiġi kompromessa” ( 76 ).

    83.

    Huwa fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 65 sa 82 ta’ dawn il-konklużjonijiet li għandha tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qrati tar-rinviju.

    4.   Fuq l-ewwel domanda fil-Kawża C‑70/17: il-portata tal‑konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata fid-dawl tal-ġurisprudenza esposta

    84.

    Permezz tal-ewwel domanda tagħha fil-Kawża C‑70/17, it‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tistaqsi, essenzjalment, jekk l‑Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali li kkonstatat in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tippermetti li tintalab l-iskadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, b’mod partikolari f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament wieħed, tista’ żżomm il-validità parzjali ta’ din il-klawżola, sempliċement permezz tat-tneħħija tal-motiv tal-iskadenza li jagħmilha inġusta.

    85.

    Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tindika li huwa possibbli li n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali ma tikkonċernax il-klawżola kollha eżaminata iżda biss parti minnha, f’dan il-każ, il-parti relatata “man-numru u d-daqs tal-pagamenti li ma sarux li jwasslu għall‑iskadenza antiċipata”. F’dan il-każ, in-nuqqas ta’ ħlas jirrigwarda “pagament wieħed biss”. Il-qorti tar-rinviju ssostni, filwaqt li tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja), li, f’tali każ, l-imsemmija klawżola tista’ tibqa’ tintuża, permezz tas-sempliċi tneħħija tal-parti li tagħmilha inġusta, bil-kundizzjoni li din il-klawżola emendata tkun grammatikalment tinftiehem, ikollha sens legali u li din it-tneħħija ma tintroduċix regola ġdida jew distinta minn dik li inizjalment kienet fil‑klawżola.

    86.

    F’dan ir-rigward it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) dwar ir-regola tad-diviżibbiltà tal-klawżola, b’mod partikolari s-sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2013 ( 77 ). Skont il-qorti tar-rinviju, id-diviżibbiltà ta’ klawżola ma hijiex awtomatikament kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni. Fil‑fatt, din ma tkunx reviżjoni tal-klawżola iżda invalidità parzjali, utli f’każijiet ta’ nullità tal-klawżola minħabba n-natura inġusta tagħha, li fihom, wara t-tneħħija tal-parti meqjusa inġusta, il-kuntratt jibqa’ jeżisti bil-kumplament tal-klawżola. B’hekk, jekk mill-evalwazzjoni tal‑kumplament tal-klawżola jirriżulta li hija raġonevoli u trasparenti, l-imsemmija parti għandha titqies bħala valida u li tipproduċi effetti.

    87.

    Sabiex nifhmu aħjar is-sens u l-implikazzjonijiet ta’ din l-ewwel domanda preliminari magħmula mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), ser nippreżenta issa l-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) dwar ir-regola tad-diviżibbiltà tal-klawżola u mbagħad l-evalwazzjoni tagħha mid-duttrina Ġermaniża.

    a)   Il-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) dwar ir-regola tad‑diviżibbiltà tal-klawżola

    88.

    Matul is-snin 80, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal‑Ġustizzja) żviluppat ġurisprudenza mhux daqstant ċara f’dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni ta’ klawżoli parzjalment inġusti. Il-bażi legali ta’ din l-interpretazzjoni hija l-Artikolu 306 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili Ġermaniż). Din id-dispożizzjoni, li kienet eżistenti qabel id-Direttiva 93/13, illum hija meqjusa bħala li ttrasponiet l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Il-kwistjoni li kkunsidrat din il-qorti fil-ġurisprudenza tagħha hija s-segwenti: tista’ taqsam klawżola, li hija parzjalment “ivvizzjata” minn element inġust, f’parti inġusta u parti mhux inġusta? Jekk iva, x’inhuma l-konsegwenzi ta’ tali diviżjoni?

    1) L-interpretazzjoni tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal‑Ġustizzja)

    89.

    Fl-1981, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) ( 78 ), għall-ewwel darba, aċċettat li “taqsam/tiddividi” klawżola kuntrattwali f’diversi partijiet, li minnhom waħda (jew iktar) hija inġusta, sabiex “issalva” il-kumplament tal-klawżola. L-idea hija dejjem i) li l-parti “ivvizzjata” tista’ titneħħa mingħajr iktar emendi, ii) li l-frażi li tibqa’ tkun tagħmel sens anki mingħajr l-elementi mħassra u iii) li l-għan inizjali tal-frażi rimanenti jinżamm, jiġifieri ma jinbidilx is-sens tagħha ( 79 ). Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfatti, b’mod partikolari jekk il‑bidla ma tistax iseħħ b’sempliċi “daqqa ta’ pinna”, ma tibqax “diviżjoni” iżda ssir “tnaqqis/emenda ta’ fejda” (geltungserhaltende Reduktion). Tali tnaqqis jew emenda ta’ fejda konsegwentement titqies, tal-inqas f’dak li jirrigwarda s-sitwazzjonijiet li jaqgħu fil‑kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13, bħala inammissibbli mill‑Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) ( 80 ). Skont din il‑qorti, l-argumenti prinċipali kontra tali emenda ta’ fejda huma, minn naħa waħda, li l-utent tal-klawżoli jista’ sempliċement jinkludi klawżoli inġusti bl-għarfien li l-qorti ser temendahom b’mod li jsiru ammissibbli u, min-naħa l-oħra, li ma hijiex il-qorti li tiddeċiedi dwar il‑mertu li għandha ssib soluzzjoni li tkun ammissibbli ( 81 ).

    90.

    Sabiex nuri l-prassi Ġermaniża tad-diviżjoni tal-klawżola, ser nirreferi għas-sentenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal‑Ġustizzja) tal-10 ta’ Ottubru 2013 ( 82 ), imsemmija mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha. Din il-kawża kienet tirrigwarda l-kunsens mogħti minn pazjent lid-dentist regolari tiegħu fuq tliet punti, jiġifieri: 1) awtorizzazzjoni tal-iżvelar tad-dettalji personali tiegħu, 2) awtorizzazzjoni tat-trasferiment tad-dejn lil kumpannija ta’ rkupru, 3) awtorizzazzjoni tat-trasferiment ulterjuri ta’ dan l-istess dejn miċ-ċessjonarju inizjali lil stabbiliment bankarju, għal raġunijiet ta’ finanzjament mill-ġdid. Il-Bundesgerichtshof (il‑Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddikjarat li anki jekk it-tielet punt, relatat mat-“trasferiment ulterjuri”, ma kienx kompatibbli mal-leġiżlazzjoni dwar il-klawżoli inġusti, il‑kumplament tal-kuntratt jibqa’ validu għaliex il-klawżola kienet diviżibbli. Fil-fatt, il-klawżola kienet redatta bil-mod segwenti (il‑partijiet li kellhom jitneħħew huma fil-parenteżi u bil-korsiv):

    “Kunsens għal trasferiment

    i) Nagħti l-kunsens tiegħi sabiex id-dentist imsemmi iktar ’il quddiem jiżvela lill-kumpannija ZA Zahnärtzliche Abrechnungsgesellschaft (iktar ’il quddiem ‘ZAAG’) id‑dokumenti kollha meħtieġa għall-fatturazzjoni u għall-irkupru tad-dejn – jekk meħtieġ, permezz ta’ proċeduri ġudizzjarji –, b’mod partikolari ismi, l-indirizz tiegħi, id-data tat-twelid tiegħi, il-kodiċi korrispondenti tas-servizzi, l-ammont fatturat, in-noti relatati mal-kura, il-fatturi ta’ analiżi, il-formularji, eċċ.

    ii) Għal dawn il-finijiet, nawtorizza espressament lid-dentist sabiex ma jagħmilx użu mis-sigriet mediku u espressament nagħti il‑kunsens tiegħi sabiex id-dentist jitrasferixxi d-dejn li jirriżulta mill-kura lil ZAAG, [li tkun tista’, jekk ikun il-każ, titrasferixxi d-dejn lil D.Bank e.G. għall-finijiet ta’ finanzjament mill-ġdid].

    iii) Ninsab informat li, wara t-trasferiment tad-dejn li jirriżulta mill‑kura, ZAAG ser tkun kreditriċi fil-konfront tiegħi, b’tali mod li, f’każ ta’ kawża, huwa fil-konfront tagħha li rrid inressaq u nsostni l-eċċezzjonijet kollha kontra d-dejn, inkluż meta jkunu bbażati fuq il-kura u preċedenti mediċi, u li d-dentist regolari jista’ jinstema’ bħala xhud. […]” ( 83 ).

    91.

    Mill-kliem ta’ din il-klawżola jirriżulta b’mod ċar li din kienet diviżibbli fi tliet partijiet separati. Konsegwentement, il‑Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) sempliċement ħassret il-parti kkunsidrata bħala li tissodisfa l-kriterji tal-klawżola inġusta jew “ivvizzjata”, mingħajr ma bidlet il-kumplament tat-test u mingħajr ma applikat xi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali supplimentari sabiex tinżamm il-klawżola wara l-bidla. Mill-ġurisprudenza tagħha jirriżulta li l-kumplament tal-frażi ma għandhiex tibdel is-sens tagħha.

    2) Il-perspettiva li taqbel mad-duttrina maġġoritarja Ġermaniża

    92.

    Fl-1988, sabiex tiddeskrivi dan il-metodu ta’ “diviżjoni”, id‑duttrina Ġermaniża introduċiet it-terminu blue pencil test ( 84 ), li kien użat fl-oriġini tad-dritt tal-kompetizzjoni ( 85 ). Dan it-terminu, li l‑Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) ma użatx fil-bidu, huwa indikattiv. Fil-fatt, jirreferi għall-fatt li tneħħi b’linka blu l-element ikkunsidrat li jissodisfa l-kriterji ta’ natura inġusta.

    93.

    L-idea li fuqha huwa bbażat il-blue pencil test, jiġifieri d-diviżjoni tal-klawżoli f’parti inġusta u l-oħra mhux inġusta, ġiet aċċettata mill‑maġġoranza fil-Ġermanja ( 86 ). L-argument prinċipali mressaq mid‑duttrina Ġermaniża huwa l-istess bħal dak użat mill-ġurisprudenza: l-aċċettazzjoni tas-soluzzjoni ta’ tnaqqis/emenda ta’ fejda tfisser li l-utent tal-klawżoli jista’, mingħajr ma jidħol fl-ebda riskju, jippjana klawżoli inġusti bl-għarfien li l-qrati jemendawhom f’livell ammissibbli. Fi kliem ieħor, tali tnaqqis/emenda ta’ fejda ma għandhiex effett dissważiv ( 87 ), u għalhekk ma għandiex tiġi aċċettata ( 88 ).

    94.

    Fid-dawl tal-kuntest ġurisprudenzjali u duttrinali tar-regola tad‑diviżibbiltà tal-klawżola jew il-blue pencil test li ġew spjegati, u mingħajr ma nixtieq nagħti deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ din ir‑regola mad-dritt tal-Unjoni, jidhirli li diġà huwa ċar li l-eżerċizzju propost mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ma huwiex diviżjoni tal‑klawżola jew blue pencil test, iżda emenda ta’ fejda. Għalhekk nipproponi li nispjegaha fl-argumenti li ġejjin.

    b)   Il-klawżola kontenzjuża

    1) Diviżibbiltà tal-klawżola jew emenda ta’ fejda ta’ din il-klawżola

    95.

    Mill-punt 84 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li l-proposta tat‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tikkonsisti fiż-żamma tal‑klawżola kontenzjuża billi titneħħa biss il-parti li tagħmilha inġusta, jiġifieri, in-nuqqas ta’ ħlas ta’ kwalunkwe pagament. Biex tiftiehem aħjar l-interpretazzjoni li din il-qorti tissottometti lill-Qorti tal-Ġustizzja, jidhirli li huwa utli li tiġi traskritta hawn taħt il-klawżola kontenzjuża, hekk kif tirriżulta mill-qafas legali ppreżentat fil-Kawża C‑70/17, filwaqt li tiġi inkluża d-diviżjoni proposta mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), sabiex jiġi eżaminat jekk, fid-dawl tal-blue pencil test imsemmi fid‑deċiżjoni tar‑rinviju tagħha, l-imsemmija klawżola hijiex diviżibbli jew le (il‑partijiet li kellhom jitneħħew huma fil-parenteżi u bil-korsiv):

    “Il-bank jista’, mingħajr bżonn ta’ intimazzjoni, jiddikjara s-self dovut u jipproċedi bi proċeduri ġudizzjarji għar-rimbors tad‑dejn kollu, kemm tal-pagamenti li skadew kif ukoll ta’ dawk li għadhom ma skadewx flimkien mal-interessi, l-interessi moratorji, u l‑ispejjeż fil-każijiet segwenti: a) Nuqqas ta’ ħlas [ta’ kwalunkwe] skadenza ta’ pagament ta’ interessi jew ta’ deprezzament, inklużi l‑elementi kollha li huma parti minnu, meta l-partijiet jitolbu espressament li din il-klawżola tissemma fir-Reġistru tal-Artijiet, skont l-Artikolu 693 tal-LEC” ( 89 ).

    96.

    Nistgħu nqisu li l-klawżola tissodisfa r-rekwiżiti tal-blue pencil test u li għalhekk hija diviżibbli f’diversi partijiet differenti?

    97.

    Jiena ma naħsibx li dan huwa l-każ.

    98.

    L-ewwel nett, mill-applikazzjoni tal-blue pencil test, kif spjegat fil-punt 90 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jirriżulta li l-klawżola kontenzjuża fil-Kawża C‑70/17 ( 90 )ma hijiex diviżibbli. Fil-fatt, fil-klawżola kuntrattwali eżaminata fis-sentenza tal-Bundesgerishof, iċċitata mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, jissemmew tliet tipi ta’ drittijiet: awtorizzazzjoni ta’ żvelar ta’ data personali u żewġ ftehimiet ta’ trasferiment, l-ewwel wieħed lil kumpannija ta’ rkupru u t-tieni wieħed lil stabbiliment bankarju. Il-fatt li titneħħa l-parti tal-klawżola li tirreferi għat-trasferiment ta’ dejn lil stabbiliment bankarju, bħala regola, ma jaffettwax il-partijiet l-oħra tal-klawżola, sa fejn it-tliet partijiet huma indipendenti.

    99.

    Għall-kuntrarju, is-sitwazzjoni hija differenti fir-rigward tal‑klawżola kontenzjuża li tat lok għall-Kawża C‑70/17. Fil-fatt, il-parti “ivvizzjata” tikkonċerna biss il-punt (a), jiġifieri d-dritt tal-bank li jiddikjara s-self dovut fil-każ ta’ “nuqqas ta’ ħlas [ta’ kwalunkwe] skadenza ta’ pagament ta’ interessi jew ta’ deprezzament […]”. Konsegwentement, skont ir-regola tal-blue pencil test, il-klawżola kontenzjuża tissodisfa l-ewwel kundizzjoni sabiex tkun diviżibbli, jiġifieri li l-parti “ivvizzjata” tista’ titneħħa mingħajr emenda oħra, f’żewġ każijiet biss. L-ewwel huwa dak fejn il-klawżola kontenzjuża tinkludi diversi raġunijiet ta’ skadenza antiċipata, u tkun, pereżempju, redatta hekk: “[…] fil-każijiet li ġejjin: a) Nuqqas ta’ ħlas ta’ skadenza waħda, [ta’] diversi skadenzi jew [tal‑]iskadenzi kollha ta’ pagament […]”. Għalhekk ikun it-terminu “ta’ skadenza waħda” li jitħassar, mingħajr intervent ieħor fuq l-elementi l-oħra tal-punt (a). F’dan il-każ, l-istess klawżola, fis-sens formali tat-terminu, tkopri diversi sitwazzjonijiet identifikabbli u distinti. Issa, dan ma huwiex il-każ, fl‑opinjoni tiegħi, tal‑klawżola kontenzjuża li tat lok għall-Kawża C‑70/17 ( 91 ). It-tieni każ huwa dak fejn il-parti “ivvizzjata” tkun il-punt (a) kollu. Il-punt (a) għalhekk jista’ jitħassar mingħajr intervent fuq il-punti l-oħra (b), (ċ) jew (d) tal‑klawżola ( 92 ).

    100.

    It-tieni nett, anki jekk jiġi aċċettat li l-parti “ivvizzjata” tal‑klawżola kontenzjuża li tat lok għall-Kawża C‑70/17 tista’ titħassar mingħajr emendi oħra ( 93 ) – li jien ma naċċettax abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħi – id-diviżjoni tal-parti “ivvizzjata” għandha tippermetti li l-klawżola tinqara tajjeb. Ir-riżultat ikun li ġej: “[N]uqqas ta’ ħlas ta’ skadenza ta’ pagament ta’ interessi jew ta’ deprezzament”. Huwa probabbli ferm li hemm opinjonijiet differenti dwar jekk il-klawżola, kif tirriżulta minn din id-diviżjoni, tinftiehemx grammatikalment jew le. Mill-qari tal-klawżola diviża nistgħu niddeduċu b’mod ċar kemm pagamenti għandhom ma jkunux tħallsu sabiex il-kreditur ikun jista’ juża l-iskadenza antiċipata tal-kuntratt ta’ self? Jidher ċar li le.

    101.

    Fi kwalunkwe każ, anki jekk jitqies li l-klawżola kontenzjuża, wara d-diviżjoni, hija grammatikalment ċara u tinftiehem, li, fl-opinjoni tiegħi, ma huwiex il-każ mill-perspettiva taċ-ċertezza legali, jiena konvint li, wara li titħassar il-parti inġusta, l-għan oriġinali ta’ din il-klawżola huwa kkontestat, sa fejn din, billi tirreferi b’mod ġenerali għal “nuqqas ta’ ħlas ta’ skadenza”, jieħu b’mod irriversibbli sens legali ġdid. Issa, kif indikajt fil-punti 89 sa 93 ta’ dawn il-konklużjonijiet, tali riżultat ma huwiex permissibbli mill-blue pencil test, kif interpretat mill‑ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) u msemmi mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema). Għalhekk, peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti minn din ir-regola ma kinux issodisfatti, jiena nikkonkludi li l‑eżerċizzju propost mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ma huwiex “diviżjoni” tal‑klawżola kontenzjuża, iżda “tnaqqis/emenda ta’ fejda” tagħha li timplika l-kitba mill-ġdid tagħha.

    102.

    Sabiex ikun protett l-għan ta’ din il-klawżola, għandha tiġi introdotta regola ġdida jew separata mir-regola oriġinali, li ma huwiex aċċettat mill-blue pencil test, kif tammetti t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) stess fid-deċiżjoni tar-rinviju. Peress li l-klawżola ma tistax tiġi implimentata mingħajr applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, bħall-Artikolu 693(2) tal-LEC, jidhirli li huwa ċar li l-emenda proposta mill-qorti tar-rinviju ma tistax tkun “sempliċi daqqa ta’ pinna” kif jeżiġi l-blue pencil test.

    103.

    Fi kwalunkwe każ, infakkar, f’dan ir-rigward, li fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [93/13], l-emenda ta’ fejda hija eskluża mill‑ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) ( 94 ), imsemmija mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema). Mill-punt 93 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li dan it-tip ta’ emenda ma għandhiex effett dissważiv u li ma hijiex il-qorti li tiddeċiedi dwar il-mertu li għandha ssib soluzzjoni li titqies ammissibbli ( 95 ).

    104.

    Wara li ġie kkonstatat li l-eżerċizzju propost mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fil-Kawża C-70/17 ma huwiex “diviżjoni” tal-klawżola kontenzjuża, iżda “emenda ta’ fejda” tagħha, issa għandha tiġi eżaminata, fil-kuntest tal-ewwel domanda preliminari, il-kwistjoni fundamentali dwar jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix l-emenda proposta mit‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata li tagħha l-qorti nazzjonali kkonstatat n-natura inġusta.

    2) L-għan tal-klawżola kontenzjuża huwa protett, fid-dawl tal‑ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr riferiment għan‑numru ta’ pagamenti mhux imħallsa li jippermettu l‑implimentazzjoni tagħha?

    105.

    L-ewwel nett, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi dwar in‑natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali ( 96 ). Fil-kuntest tal-eżami ta’ din in-natura inġusta, il-qorti nazzjonali għandha tibda billi tistabbilixxi dik li tista’ titqies bħala klawżola ( 97 ), jiġifieri obbligu kuntrattwali distint mill-kumplament tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt u li jista’ jkun suġġett għal eżami individwali tan-natura eventwalment inġusta tiegħu. Dan l-eżami preliminari huwa indispensabbli sa fejn, skont il‑ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata fil-punt 75 ta’ dawn il‑konklużjonijiet, wara li jkunu kkonstataw u ddikjaraw in-natura inġusta tagħha (stadju ta’ verifika li jikkonċerna l-evalwazzjoni jew il‑klassifikazzjoni tal-klawżola) ( 98 ), il-qrati nazzjonali huma obbligati ma japplikawx klawżola kuntrattwali inġusta sabiex ma tipproduċix effetti vinkolanti fir-rigward tal-konsumatur, mingħajr ma jkunu awtorizzati jirrevedu l-kontenut tagħha (stadju ta’ verifika dwar il-konsegwenzi tad‑dikjarazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola) ( 99 ). Fil-fatt, il-kuntratt għandu jibqa’ jeżisti, bħala regola, mingħajr l-ebda emenda oħra ħlief dik li tirriżulta mit-tneħħija tal-klawżoli inġusti, sa fejn, skont ir-regoli tad‑dritt nazzjonali, tali eżistenza tal-kuntratt hija legalment possibbli ( 100 ).

    106.

    It-tieni nett, għandu jitfakkar li mid-deċiżjoni tar-rinviju tat‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) jirriżulta li r-riferiment għal “kwalunkwe skadenza” tikkostitwixxi kundizzjoni essenzjali u indispensabbli għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata. Konsegwentement, jidhirli li l-għan tal-klawżola ma huwiex protett mingħajr riferiment preċiż għan-numru ta’ pagamenti mhux imħallsa li jippermettu l-implimentazzjoni tagħha, li hija ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju ( 101 ). Barra minn hekk, jekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qrati nazzjonali huma obbligati, b’mod pur u sempliċi, ma japplikawx il-klawżoli meqjusa inġusti, il-kundizzjoni li tista’ twassal għall-iskadenza antiċipata tas-self kollu issir għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, ineffettiva. Għaldaqstant, il‑klawżola kollha kemm hi tkun neċessarjament mingħajr effett.

    107.

    It-tielet nett, ninnota li tali klawżola, li tipprevedi l-iskadenza antiċipata tal-bilanċ kollu f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ kwalunkwe pagament, ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal‑Ġustizzja fis-sentenzi Aziz u Banco Primus ( 102 ), fid-dawl tal-fatt li l‑klawżola kontenzjuża ma tikkostitwixxix nuqqas serju biżżejjed fir‑rigward tal-perijodu u tal-ammont tas-self. Fi kwalunkwe każ, ma għandux jintesa li, kif ġustament fakkret il-Kummissjoni, jekk, skont din il-ġurisprudenza, il-kundizzjoni msemmija hawn fuq (ir-riferiment għal “kwalunkwe pagament”) kienet iddikjarata inġusta u, konsegwentement, ma kinitx applikata, il-parti li tibqa’, jiġifieri, is-sempliċi possibbiltà li jiġi ddikjarat dovut l-ammont kollu ( 103 ), ma tkunx mhux biss mingħajr effetti prattiċi, iżda f’dan l-istadju astratt tkun tali li ma tippermettix lil qorti nazzjonali teżamina jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati mill‑Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Banco Primus ( 104 ) u mfakkra fil‑punt 69 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    108.

    Infakkar ukoll li l-mument preċiż li fih l-għażla ta’ xoljiment antiċipat hija eżerċitata mill-istabbiliment bankarju huwa kwistjoni ta’ fatt li huwa irrilevanti għall-finijiet tal-eżami ta’ klawżola li tapplika min‑nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament wieħed biss. Din hija kwistjoni li jiġi stabbilit mhux jekk l-aġir kummerċjali tal-bank kienx inġust iżda jekk klawżola kuntrattwali hijiex inġusta. Kuntrarjament għal dak li jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑70/17 ( 105 ), aġir kummerċjali raġonevoli f’kuntest ta’ klawżola kuntrattwali inġusta ma jistax ineħħi l‑utilità tal-konstatazzjoni tal-qorti fir-rigward tan-natura inġusta tal‑klawżoli ta’ kuntratt ( 106 ). Dan jgħodd iktar u iktar meta hija preċiżament il-klawżola inkwistjoni li tippermetti lill-bank jitlob l‑ammont kollu li għadu dovut fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ipotekarja wara n-nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament wieħed tal-kapital u tal-interessi.

    109.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-opinjoni li l‑Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali li kkonstatat in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tippermetti li tintalab l-iskadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, b’mod partikolari fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament wieħed biss, tista’ żżomm din il-klawżola parzjalment valida permezz tas‑sempliċi tneħħija tar-raġuni ta’ skadenza li tagħmilha inġusta.

    5.   Dwar it-tieni domanda fil-Kawża C‑70/17 u l-ewwel domanda fil-Kawża C‑179/17: possibbiltà tat-tkomplija tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja bl-applikazzjoni supplimentari ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 693(2) tal-LEC

    110.

    Permezz tat-tieni domanda preliminari fil-Kawża C‑70/17 u l‑ewwel waħda fil-Kawża C‑179/17, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qrati tar-rinviju jistaqsu, essenzjalment, jekk l-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li tipprovdi, li meta n-natura inġusta tal‑klawżola dwar l-iskadenza antiċipata tkun ġiet ikkonstatata minn qorti nazzjonali, il-proċedura speċifika ta’ eżekuzzjoni ipotekarja mibdija wara l-applikazzjoni tal-imsemmija klawżola tista’ xorta tkompli bl-applikazzjoni supplimentari ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 693(2) tal-LEC, inkwantu din il-proċedura tista’ tkun iktar favorevoli għall-konsumaturi mill-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija fil-kuntest tal-proċedura dwar il-mertu.

    111.

    Qabel ma nindirizza din il-kwistjoni, qabel xejn infakkar li mir‑risposta li nipproponi li tingħata għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑70/17 jirriżulta li, anki jekk il-parti “ivvizzjata” tal-klawżola kontenzjuża fil-Kawża C‑179/17 tista’ titneħħa mingħajr ebda emenda oħra u li r-riżultat huwa ċar, din il-klawżola tibqa’ indiviżibbli fir-rigward tar-rekwiżiti tal-blue pencil test iċċitat mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ( 107 ). Fil-fatt, wara d-diviżjoni tal-parti inġusta, din il-klawżola ma żżommx is-sens legali oriġinali tagħha. Fil-fatt, filwaqt li tirreferi b’mod ġenerali, għal “[…] nuqqas ta’ ħlas ta’ skadenza [ta’ wieħed], [ta’] diversi jew [tal-]pagamenti kollha”, il-klawżola tibdel b’mod irriversibbli s-sens legali tagħha. Għalhekk, mill-qari tal-klawżola hekk maqsuma/emendata nistgħu niddeduċu n-numru eżatt ta’ pagamenti li għandhom ma jkunux onorati sabiex il-kreditur ikun jista’ jibbaża ruħu fuq l-iskadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju? Jiena tal-opinjoni li l-unika risposta possibbli hija s-segwenti: “tal-inqas żewġ pagamenti”, li xorta tagħmel l-klawżola waħda inġusta fir-rigward tar-rekwiżiti tas‑sentenza Aziz imfakkra fil-punt 107 msemmi hawn fuq. B’hekk, f’każ ta’ diviżjoni, l-għan tal-klawżola kontenzjuża li wasslet għall‑Kawża C‑179/17 huwa kompromess u jsir ineffettiv jekk il‑kundizzjoni li għaliha l-implimentazzjoni tagħha hija suġġetta (il‑ftehim u r-riferiment għal pagament “wieħed” irreġistrati fir-reġistru) u li tippermetti, f’dan il-każ, li tipproċedi – u jekk ikun il-każ, li tibda – il‑proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja issir mingħajr effett. Ma jkunx jagħmel sens, minn perspettiva legali, li tingħata l-possibbiltà lill-kreditur li tkun purament ipotetika (“diversi pagamenti”) u ma tkunx tista’ tiġi implimentata fil-prattika ( 108 ).

    112.

    Fil-fatt, sabiex ikun jista’ jiġi dedott in-numru ta’ pagamenti mhux onorati meħtieġa għall-finijiet tal-iskadenza antiċipata, hemm bżonn, kif issuġġerixxiet it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fil-ġurisprudenza tagħha, li tiġi applikata dispożizzjoni nazzjonali. Issa, skont il‑ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan ma huwiex possibbli, bħala regola, ħlief skont il-kundizzjonijiet imsemmija fis-sentenza Kásler u Káslerné Rábai ( 109 ), jiġifieri li l-kuntratt ma jistax jibqa’ jeżisti wara t‑tneħħija tal-klawżola inġusta u li r-regola tad-dritt nazzjonali li tissostitwixxiha tkun ta’ natura supplimentari.

    a)   Il-kuntratti ta’ self ipotekarju inkwistjoni jistgħu jibqgħu legalment validi wara t-tneħħija tal-klawżoli inġusti kontenzjużi?

    113.

    Fir-rigward tal-kwistjoni determinanti għad-deċiżjoni tal-kawżi prinċipali, diskussa fis-seduta wara mistoqsija għal tweġiba orali magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, dwar x’inhuma l-konsegwenzi, fid‑dritt Spanjol, tat-tneħħija tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata fuq l‑eżistenza u l-eżekuzzjoni tal-garanzija ipotekarja, Abanca sostniet li, b’mod ġenerali, il-kuntratt ta’ self jibqa’ jeżisti peress li s-sempliċi tneħħija tal-klawżola inġusta ma tistax twassal għan-nullità tagħha. Madankollu, kif sostnew kemm din tal-aħħar kif ukoll Bankia, il‑garanzija ipotekarja tista’ tiġi affettwata sostanzjalment sa fejn il‑kreditur jitlef il-benefiċċju tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja sabiex jimplimenta l-garanzija.

    114.

    Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Spanjol sostna, minn naħa waħda, li jekk jitqies li l-kawża tal-kuntratt ta’ self tinsab fil-kostituzzjoni ta’ dritt reali ipotekarju u li dan id-dritt reali huwa affettwat mit-tneħħija tal-klawżola, il-kuntratt tas-self innifsu ma għandux jibqa’ jeżisti. Huwa żied, min-naħa l-oħra, li anki jekk jitqies li l-kuntratt ta’ self jista’, wara t-tneħħija tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata, jibqa’ jeżisti, tali tneħħija “tagħmel il-kuntratt ta’ self oneruż iżżejjed għall-entità bankarja”, inkwantu “din tobbligaha tagħmel użu minn proċedura dwar il-mertu sabiex jiġi xolt il-kuntratt, imbagħad proċedura ta’ eżekuzzjoni ġenerali sabiex jiġi rkuprat id-dejn”. Għalhekk, dan il-gvern jistaqsi jekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-entità bankarja kinitx tagħti self mingħajr garanzija ipotekarja.

    115.

    Għandu jiġi rrilevat li fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tindika li, fl-ordinament ġuridiku Spanjol, id‑dritt ta’ ipoteka jagħti lid-detentur tagħha mhux biss is-setgħa li jitlob il-bejgħ bis-subbasta tal-proprjetà ipotekata fil-kuntest ta’ proċedura speċifika ta’ eżekuzzjoni, iżda wkoll dritt ta’ preferenza fuq din il‑proprjetà (Artikoli 1923 u 1927 tal-Kodiċi Ċivili) u dritt ta’ eżekuzzjoni differenti f’każ ta’ insolvenza (ikkonstatata mill-qrati) tad‑debitur. Hija żżid ukoll li n-nullità tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata ma twassalx sabiex is-setgħat tal-kreditur ipotekarju jispiċċaw kompletament, iżda tillimita l-prerogattiva essenzjali tad-dritt ipotekarju, jiġifieri dik li tippermetti lil kreditur li jenforza l-bejgħ tal-proprjetà ipotekata sabiex jiġi aġġustat l-ammont dovut mal-prezz miksub (Artikolu 1858 tal-Kodiċi Ċivili). Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, minkejja r-restrizzjoni li tirriżulta għall-eżekuzzjoni tal-garanzija, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ma tikkontestax il-validità tal-kuntratt ta’ self wara t-tneħħija tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata ( 110 ). Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha din il-qorti lanqas tindika li hija obbligata tannulla l-kuntratt ta’ self kollu kemm hu. F’dan ir-rigward, fil-Kawża C‑179/17 il-qorti tar-rinviju tqis li “jidher ċar li kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu jista’ jibqa’ jeżisti mingħajr il-klawżola ta’ skadenza antiċipata”.

    116.

    Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 75 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li l-Artikolu 6(1) tad‑Direttiva 93/13 jipprevedi żewġ obbligi ta’ riżultat: l-ewwel obbligu jirrikjedi li l-klawżoli inġusti ma jipproduċu l-ebda effett vinkolanti fir‑rigward tal-konsumatur, ir-raġuni li għaliha “il-qrati nazzjonali huma obbligati li jeskludu l-applikazzjoni [tagħhom]”, u, it-tieni obbligu, li l‑Istati Membri jiżguraw li l-kuntratt konkluż bejn il-bejjiegħ jew il‑fornitur u l-konsumatur jibqa’ jorbot lill-partijiet “bl-istess termini”, jekk jista’ jibqa’ jeżistimingħajr klawżoli inġusti” ( 111 ). Konsegwentement, minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-kriterju tat-tkomplija tal-eżistenza tal-kuntratt għandu jiġi evalwat biss fuq il-livell legali, “sa fejn, skont ir-regoli tad-dritt intern, tali tkomplija tal-kuntratt tkun legalment possibbli.” ( 112 ).

    117.

    F’dan il-kuntest, anki jekk nifhem it-tħassib li hemm minħabba l‑interpretazzjoni proposta mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), għandi nenfasizza li ma għandhomx jiġu kkunsidrati biss kunsiderazzjonijiet jekk il-bank ikunx ta, jew le, self mingħajr il‑garanzija ipotekarja, jew liema huma l-konsegwenzi għall-kreditur tat‑tneħħija ta’ klawżola inġusta ( 113 ), iżda jekk il-kuntratt huwiex annullat jew le, skont id-dritt nazzjonali.

    118.

    Fit-tieni lok, ma għandux jintesa li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis‑sentenza Banco Primus ( 114 ), iddikjarat li, sabiex ikun żgurat l-effett dissważiv tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13, il-prerogattivi tal-qorti nazzjonali li tikkonstata l-preżenza ta’ klawżola inġusta ma jistgħux jiddependu fuq l-applikazzjoni jew le, fil-fatt, ta’ din il-klawżola. F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt jekk il-klawżola ġiet effettivament applikata, jew le, kien irrilevanti sabiex tiġi stabbilita n‑natura inġusta tagħha. F’dan il-każ, il-fatt li l-limitu huwa stabbilit għal tliet pagamenti minflok wieħed huwa irrilevanti wkoll.

    119.

    Fil-fatt, fis-sentenza Banco Primus, il-Qorti tal-Ġustizzja reġgħet speċifikat li “[f’]dawn iċ-ċirkustanzi […], il-fatt li, f’dan il-każ, il-bejjiegħ jew fornitur, fil-fatt, ikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet tal‑Artikolu 693(2) tal-LEC u beda l-proċedura ta’ sekwestru ipotekarju biss wara n-nuqqas ta’ pagament ta’ seba’ pagamenti mensili, u mhux, kif previst mill-klawżola 6(a) tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, wara kwalunkwe nuqqas ta’ pagament, ma jeżentax lill-qorti nazzjonali mill-obbligu tagħha li tislet il-konsegwenzi kollha tan-natura possibbilment inġusta ta’ din il-klawżola” ( 115 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li “id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis‑sens li hija tipprekludi interpretazzjoni ġurisprudenzjali ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tirregola l-klawżoli ta’ skadenza tat‑terminu tal-kuntratti ta’ self, bħall-Artikolu 693(2) tal-LEC, li tipprojbixxi lill-qorti nazzjonali li kkonstatat in-natura inġusta ta’ tali klawżola kuntrattwali milli tiddikjaraha nulla u milli tiskartaha meta, fil‑fatt, il-bejjiegħ jew fornitur ma kienx applikaha, iżda kkonforma ruħu mal-kundizzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali.” ( 116 ). Konsegwentement, l-osservanza tal-Artikolu 693(2) tal‑LEC fil-prattika kummerċjali tal-banek ma għandhiex tirrimedja n‑nullità ta’ din il-klawżola, billi tiġi ssostitwita, skont il-punti 80 sa 84 tas-sentenza Kásler u Káslerné Rábai ( 117 ).

    120.

    Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita fl-imsemmija sentenza Kásler u Káslerné Rábai li l‑Qorti tal-Ġustizzja tippermetti li l-kuntratt jiġi kkompletat bis-sostituzzjoni tal-klawżola inġusta minn dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, sabiex il-kuntratt ikun jista’ jibqa’ jeżisti, ma tapplikax f’dan il-każ, peress li l-klawżoli kontenzjużi ma jwasslux għan-nullità tal-kuntratti ta’ self kollha kemm huma. Fil-fatt, kuntrarjament għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża li wasslet għall-imsemmija sentenza Kásler u Káslerné Rábai, jekk, f’dawn il-kawżi, il-kuntratti ta’ self jistgħu jibqgħu jeżistu mingħajr il-klawżola ta’ skadenza antiċipata u li, bħala konsegwenza, il-qorti nazzjonali ma hijiex obbligata li tiddikjara n-nullità tal-kuntratt kollu kemm hu, ma huwiex neċessarju li tiġi applikata dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari sabiex jiġi evitat li l-konsumatur ikun espost għal “konsegwenzi li partikolarment jikkawżaw preġudizzju”.

    b)   Dwar l-applikazzjoni supplimentari tal-Artikolu 693(2) tal-LEC

    121.

    Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 693(2) tal-LEC, mid‑deċiżjoni tar-rinviju tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ma jirriżultax li din id-dispożizzjoni għandha natura supplimentari. Fil-fatt, is-sempliċi qari ta’ din id-dispożizzjoni jippermetti li jiġi kkonstatat li ftehim espliċitu bejn il-partijiet huwa rikjest sabiex tkun tista’ tiġi applikata u, konsegwentement, li l-imsemmija dispożizzjoni ma għandhiex tiġi applikata fin-nuqqas ta’ tali ftehim. Min-naħa l-oħra, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tirreferi għall-possibbiltà li tiġi applikata din id-dispożizzjoni b’“mod supplimentari” mingħajr ma tiddeċiedi dwar in‑natura supplimentari jew le tagħha. Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk tali dispożizzjoni għandhiex natura supplimentari jew le.

    122.

    F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li s-sentenza mogħtija mill‑Qorti tal-Ġustizzja, l-Awla Manja, fil-kawżi li wasslu għas-sentenza Gutiérrez Naranjo et ( 118 ), li kienu jikkonċernaw “klawżoli ta’ rata minima” użati mill-banek fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ self ipotekarju konklużi mal‑konsumaturi. L-istess Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddikjarat n-natura inġusta ta’ dawn il-klawżoli kif ukoll n-nullità tagħhom minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza peress li ma ngħatax informazzjoni suffiċjenti lid-debituri dwar il-konsegwenzi konkreti tal-applikazzjoni tagħhom fil-prattika. Madankollu, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ddeċidiet li l-klawżoli ta’ rata minima kienu legali bħala tali u llimitat ir-retroattività tal-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ dawn il‑klawżoli ( 119 ). Id-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja minn qorti Spanjola oħra jikkonċernaw il-punt jekk il-limitu rationae temporis ta’ effetti restitutorji marbuta mad-dikjarazzjoni ġudizzjarja tan‑natura inġusta ta’ dawn il-klawżoli biss għall-ammonti mħallsa indebitament wara l-għoti tad-deċiżjoni li ddikjarat in-natura inġusta kienx kompatibbli jew le mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13. Il-Qorti tal-Ġustizzja wieġbet li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali ddikjarata inġusta għandha titqies, bħala regola, li qatt ma eżistiet, b’mod illi hija ma jistax ikollha effetti fil-konfront tal-konsumatur.

    123.

    Għaldaqstant, il-konstatazzjoni ġudizzjarja tan-natura inġusta ta’ tali klawżola għandha, bħala regola, ikollha bħala konsegwenza li tistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni fid-dritt u fil-fatt tal-konsumatur li kien jinsab fiha fl-assenza tal-imsemmija klawżola. Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jekk huma l-Istati Membri, billi jibbażaw ruħhom fuq id-dritt nazzjonali tagħhom, li għandhom jiddefinixxu l-modalitajiet li fil-kuntest tagħhom hija stabbilita l-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt u l‑effetti legali konkreti ta’ din il-konstatazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li tali konstatazzjoni għandha tippermetti li tiġi stabbilita mill-ġdid is‑sitwazzjoni fid-dritt u fil-fatt li kien ikun fiha l-konsumatur fl-assenza ta’ din il-klawżola inġusta, b’mod partikolari billi jingħata dritt għall-ħlas lura ta’ benefiċċji miksuba indebitament, għad-detriment tiegħu, mill‑bejjiegħ jew fornitur abbażi tal-imsemmija klawżola inġusta ( 120 ).

    124.

    Nikkonkludi li minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li klawżola inġusta ddikjarata nulla titqies bħala li qatt ma eżistiet u li ma pproduċiet l-ebda effett. B’hekk, l-applikazzjoni, f’dan il-każ, tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 ikollha bħala konsegwenza prattika, kif enfasizzat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li, meta l-qorti nazzjonali tiddeċiedi dwar in-nullità tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata, il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja ma tistax tinbeda jew, jekk kienet mibdija, ma tistax titkompla, peress li l-ftehim tal-partijiet u r-riferiment għal skadenza inkluża fir-Reġistru tal-Artijiet ġie ddikjarat inġust u, għalhekk, null u mingħajr effett. Għandu jiġi nnotat ukoll li jekk tkun tista’ tiġi rrimedjata n-nullità tal-klawżola bl‑applikazzjoni tan-numru minimu ta’ tliet pagamenti stabbilit fl‑Artikolu 693(2) tal-LEC, dan iwassal sabiex de facto jippermetti lill‑qrati nazzjonali jemendaw l-imsemmija klawżola ( 121 ). Issa, kif il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret fis-sentenza Gutiérrez Naranjo et, “il-qorti nazzjonali ma tistax tirrevedi l-kontenut tal-klawżoli inġusti, ħlief sabiex tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-effett dissważiv eżerċitat fuq il‑bejjiegħa jew fornituri bil-pur u bis-sempliċi nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tali klawżoli inġusti fil-konfront tal-konsumatur” ( 122 ).

    125.

    Minn dan jirriżulta li l-emenda proposta mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) hija eżerċizzju li jimplika inevitabbilment l-integrazzjoni, il-kitba mill-ġdid, l-emenda jew ir-riformulazzjoni tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata. Din l-emenda tal-klawżola, minn naħa waħda, ma hijiex konformi mar-rekwiżiti tal-blue pencil test imsemmi mill-qorti tar-rinviju nnifisha, peress li din titqies bħala “emenda ta’ fejda” inammissibbli fil-kuntest tad-Direttiva 93/13. Min-naħa l-oħra, din l-emenda hija espressament ipprojbita minn ġurisprudenza stabbilita u paċifika tal-Qorti tal-Ġustizzja sal-ġurnata tal-lum, li huwa determinanti għar-risposta li għandha tingħata lid-domandi magħmula fil-kuntest ta’ dawn il-kawżi.

    126.

    Fl-aħħar nett, tqum il-kwistjoni dwar jekk it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) kellhiex raġun issemmi li s-sempliċi fatt li d-debituri konsumaturi ma jistgħux igawdu mill-vantaġġi proċedurali tal-eżekuzzjoni ipotekarja jiġġustifika, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja esposta fil-punti 80 sa 82 ta’ dawn il‑konklużjonijiet, it-tneħħija tal-klawżoli kontenzjużi ssostitwiti b’dawk ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari jew, jekk ikun il-każ, billi tiġi applikata b’mod supplimentari dispożizzjoni li ma għandhiex tali natura ( 123 ).

    c)   Il-vantaġġi tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja jiġġustifikaw it-tkomplija tal-eżekuzzjoni ipotekarja wara l-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata?

    127.

    Għandu jitfakkar li mill-ħames motiv tad-deċiżjoni tar-rinviju tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) jirriżulta li l-vantaġġi proċedurali tal-eżekuzzjoni ipotekarja li minnhom jibbenefikaw id-debituri konsumaturi jippermettu lill-qrati nazzjonali jiġġustifikaw it-tkomplija ta’ din il-proċedura wara l-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata.

    128.

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha ssostni li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), fis-sentenza tagħha tat-18 ta’ Frar 2016, iċċitata wkoll fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, indikat li “ma jistax jiġi ddikjarat inkundizzjonalment u fil-każijiet kollha li d-deċiżjoni li titkompla l-eżekuzzjoni ipotekarja tikkawża iktar preġudizzju għal konsumatur” ( 124 ). Minn dan il-Kummissjoni kkonkludiet li “ma tistax tikkonkludi mingħajr riżervi” li t-tkomplija tal-eżekuzzjoni ipotekarja hija ta’ preġudizzju għall-konsumatur ma tfissirx, fir-rigward tal-grad ta’ assigurazzjoni, dikjarazzjoni li t-tkomplija tal-eżekuzzjoni ipotekarja hija b’mod ċar iktar vantaġġjuża għall-konsumatur fil-każijiet kollha. Għalhekk, id-dikjarazzjoni li t-tkomplija tal-eżekuzzjoni ipotekarji hija fl-interess tal-konsumatur għandha ssir b’ċertu galbu u tiddependi miċ-ċirkustanzi konkreti ta’ kull każ. Il-Kummissjoni żiedet li, sakemm huma l-konsumaturi li kkontestaw il-klawżoli ta’ skadenza antiċipata li jippermettu lill-banek li jagħmlu użu mill-eżekuzzjoni ipotekarja, huwa raġonevoli li jiġi assunt li l-konsumaturi li jieħdu tali azzjoni huma megħjuna fuq livell legali u jfittxu li jipproteġu l-interessi tagħhom, u mhux li jippreġudikawhom.

    129.

    Jiena naqbel mal-opinjoni espressa mill-Kummissjoni. Anki jekk, mill-qari tal-aspetti legali esposti mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), jien nikkonstata wkoll il-vantaġġi proċedurali li għandha l-eżekuzzjoni ipotekarja, iżda madankollu għandi xi dubji dwar il-fatt li dawn il-vantaġġi huma ta’ benefiċċju għall-konsumaturi “kollha” mingħajr eċċezzjoni ( 125 ). Jidher biċ-ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tagħti risposta għal din id-domanda li tikkonċerna biss id-dritt nazzjonali. Madankollu, jidhirli li huwa korrett li naqsam id-dubji tiegħi fir‑rigward tas-sitwazzjoni esposta mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), u ser nuri dan permezz ta’ żewġ eżempji ( 126 ).

    130.

    Qabelxejn ejja nieħdu l-każ ta’ koppja żagħżugħa mingħajr ulied, “P u M”. It-tnejn li huma studjaw l-Università. Fl-2000, huma kisbu self ipotekarju minn bank sabiex jixtru r-residenza tagħhom. Dan is-self, ta’ ammont ta’ EUR 180000, kien approvat għal perijodu ta’ 30 sena. Fl-2007, iddeċidew li jixtru residenza sekondarja u kisbu t-tieni self ipotekarju ta’ ammont ta’ EUR 80000 approvat għal perijodu ta’ ħmistax-il sena. Fl-2012, f’nofs kriżi ekonomika, M tilef l-impjieg tiegħu u l-koppja ma kinitx iktar kapaċi li tirrimborsa ż-żewġ self ipotekarji. Ftit xhur wara, wara n-nuqqas ta’ ħlas ta’ seba’ pagamenti tal-ewwel self, il-bank ipproċeda b’talba għal eżekuzzjoni ipotekarja. Il-qorti nazzjonali, waqt l‑istħarriġ relatat mal-klawżoli inġusti, iddikjarat in-natura inġusta tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata. Madankollu, bis-saħħa tal-għajnuna tal-ġenituri tagħhom kif ukoll bil-bejgħ tar-residenza sekondarja, il-koppja waslet, qabel il-bejgħ bis-subbasta, sabiex teħles ir-residenza prinċipali tagħhom billi tħallas l-ammont eżatt dovut mill-bank. Din il-koppja tista’ tirrappreżenta l-grupp ta’ konsumaturi li jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi proċedurali tal-eżekuzzjoni ipotekarja.

    131.

    Issa ejja nieħdu l-każ ta’ koppja żagħżugħa, “J u L”, J jaħdem fis-settur tal-bini u L tokkupa kariga fil-qasam tas-servizzi. Fl-2000, minkejja l-kapaċità ta’ ħlasijiet limitati, huma kisbu self ipotekarju minn bank ta’ ammont ta’ EUR 100000 sabiex jixtru residenza. Dan is-self kien approvat għal perijodu ta’ 26 sena u kien jippreżenta iktar minn nofs id-dħul ta’ kull xahar tagħhom. Fl-2004 u fl-2007 twieldu ż-żewġt itfal tagħhom. Fl-2012, f’nofs kriżi ekonomika, J tilef l-impjieg tiegħu. Għal xi żmien kien jibbenefika minn benefiċċju tal-qgħad iżda, fi tmiem il-perijodu tal-benefiċċju u b’paga waħda, il-koppja ma baqgħetx tlaħħaq mal-obbligi ta’ rimbors. Wara nuqqas ta’ ħlas ta’ għaxar pagamenti, il-bank talab l-eżekuzzjoni ipotekarja. Il-qorti tal-eżekuzzjoni, waqt l-istħarriġ tal-klawżoli, iddikjarat in-natura inġusta tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata. Il-koppja ma għandhiex flus li jippermettulha tieħu l-proprjetà hi billi tħallas l-ammont dovut sad-data tas-subbasta. Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti nazzjonali ddeċidiet li twaqqaf l-eżekuzzjoni ipotekarja u li tagħmlilha xi domandi preliminari.

    132.

    F’dan it-tieni każ, għandu jitqies li l-koppja tista’ tibbenefika mill-vantaġġi ta’ eżekuzzjoni ipotekarja? Risposta affermattiva tkun ibbażata fuq l-idea li hija f’pożizzjoni li tħallas il-pagamenti dovuti u, għalhekk, li tħallas il-proprjetà immobbli tagħha, li ma huwiex il-każ. Apparti dawn il-vantaġġi proċedurali li, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika prekarja tagħha, din ma tistax tibbenefika minnhom, din il-koppja għandha, pereżempju, il-possibbiltà li tinnegozja mill-ġdid id-dejn tagħha fl-istadju tal-proċedura tal-eżekuzzjoni ipotekarja? Jiena ma naħsibx.

    133.

    Fi kwalunkwe każ, u indipendentement mill-possibbiltà għal konsumaturi li jiksbu, jekk ikun il-każ, vantaġġi tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, fl-opinjoni tiegħi ma hemmx dubju li, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-konstatazzjoni tan‑natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata ddikjarata fil-punti 65 sa 82 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-effett ta’ tali vantaġġi fuq ir‑risposta li għandha tingħata għall-kwistjonijiet quddiemna u li jirrigwardaw il-konsegwenzi li għandhom jiġu misluta mill‑konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola kontenzjuża jidher tal-inqas inċert. Konsegwentement, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, jiena tal-opinjoni li l-qorti nazzjonali li kkonstatat in-natura inġusta tal-klawżola ta’ skadenza antiċipata, ma tistax tibda jew, jekk ikun il-każ, tkompli, minkejja din il-konstatazzjoni, eżekuzzjoni ipotekarja kontra d-debitur konsumatur, anki jekk tqis li din il-proċedura hija l-iktar favorevoli għalih.

    d)   Fuq il-possibbiltà li l-konsumatur jiġi infurmat dwar il-vantaġġi relatati mat-tkomplija tal-eżekuzzjoni ipotekarja: is-sentenza Pannon GSM

    134.

    Kif indikajt fil-punt 128 ta’ dawn il-konklużjonijiet, mid-deċiżjoni tar-rinviju tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ma jirriżultax li t-tkomplija tal-eżekuzzjoni ipotekarja mibdija abbażi ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata inġusta tippreżenta, fi kwalunkwe każ, vantaġġi għall-konsumatur debitur. Madankollu f’każ fejn il-qorti nazzjonali tqis li l-konsumatur jista’ jibbenefika mill-imsemmija vantaġġi, hija obbligata li tinformahom. Il-konsumatur, wara li jkun ikkonsulta l-avukat tiegħu, jista’ juri l-intenzjoni tiegħu li ma jużax in-natura inġusta u mhux vinkolanti tal-imsemmija klawżola, bħall-ewwel eżempju tiegħi dwar il-koppja “P u M”.

    135.

    F’dan ir-rigward infakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Pannon GSM, wara li fakkret li l-qorti nazzjonali hija mitluba tiżgura l-effett utli tal-protezzjoni mitluba mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13, iddeċidiet li fl-eżerċizzju tal-obbligu li teżamina ex officio klawżoli inġusti, “il-qorti nazzjonali ma hijiex marbuta madankollu, skont [l-imsemmija] Direttiva, li tevita l-applikazzjoni tal-klawżola inkwistjoni jekk il-konsumatur, wara li jiġi avżat mill-imsemmija qorti, ma jkollux l-intenzjoni jsostni n-natura inġusta u mhux vinkolanti tagħha” ( 127 ). Fis-sentenza Banif Plus Bank, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat din is-sentenza u spjegat li l-possibbiltà mogħtija lill-konsumatur li jesprimi ruħu dwar dan il-punt tissodisfa wkoll l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tikkunsidra, jekk ikun il-każ, ir-rieda espressa mill-konsumatur meta, filwaqt li jkun konxju tan-natura mhux vinkolanti ta’ klawżola inġusta, dan tal-aħħar jindika xorta waħda li huwa ma jaqbilx li din tiġi mwarrba, sabiex b’hekk jagħti l-kunsens liberu u informat tiegħu għall-klawżola inkwistjoni ( 128 ).

    136.

    Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li r-risposta għat-tieni domanda preliminari fil-Kawża C‑70/17 u għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑179/17 għandha tkun li l-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil qorti nazzjonali li, meta n-natura inġusta ta’ klawżola dwar l-iskadenza antiċipata tkun ġiet ikkonstatata minn qorti nazzjonali, il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja mibdija wara l-applikazzjoni tal-imsemmija klawżola tista’ xorta tkompli bl-applikazzjoni supplimentari ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 693(2) tal-LEC, sa fejn din il-proċedura tista’ tkun iktar favorevoli għall-konsumaturi mill-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija fil-kuntest tal-proċedura dwar il-mertu, sakemm il-konsumatur, wara li jkun ġie informat kif suppost dwar in-natura inġusta tal-klawżola mill-qorti nazzjonali, jagħti l-kunsens liberu u informat tiegħu u juri l-intenzjoni tiegħu li ma jipprevalixxix ruħu min-natura inġusta u mhux vinkolanti ta’ tali klawżola.

    6.   Fuq it-tieni u t-tielet domandi fil-Kawża C‑179/17

    137.

    Fid-dawl tal-proposta ta’ risposta tiegħi għall-ewwel domanda preliminari, inqis li ma huwiex neċessarju li tingħata risposta għat-tieni u t-tielet domandi, li jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dritt Spanjol, li għandha ssir mill-qorti nazzjonali.

    C. Rimarka finali

    138.

    Nixtieq nagħmel l-aħħar rimarka. Kif jirriżulta mis-sitt premessa tad-Direttiva 93/13, “biex jitħaffef l-istabbiliment tas-suq intern u biex jiġi salvagwardat iċ-ċittadin fir-rwol tiegħu bħala konsumatur meta jakkwista merkanzija u servizzi b’kuntratti li jkunu rregolati mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri mhux tiegħu stess, huwa essenzali li jitneħħew klawżoli inġusti minn dawn il-kuntratti”. Jiena konvint li s-soluzzjoni proposta għandha l-benefiċċju li tippreżerva l-protezzjoni tal-konsumaturi, dik li llum hija solida u koerenti u, konsegwentement, issaħħaħ is-suq intern. Għal din ir-raġuni, u għar-raġunijiet kollha preċedenti, nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-ġurisprudenza tagħha.

    VI. Konklużjonijiet

    139.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi magħmula mit‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) u mill-Juzgado de Primera Instancia no1 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 1 ta’ Barcelona, Spanja) bil-mod segwenti:

    1)

    Fil-Kawża C‑70/17:

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali li kkonstatat in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tippermetti li tintalab l-iskadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, b’mod partikolari fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament wieħed biss, tista’ żżomm din il-klawżola parzjalment valida permezz tas-sempliċi tneħħija tar-raġuni ta’ skadenza li tagħmilha inġusta.

    2)

    Fil-Kawżi C‑70/17 u C‑179/17:

    L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil qorti nazzjonali li, meta n-natura inġusta ta’ klawżola dwar l-iskadenza antiċipata tkun ġiet ikkonstatata minn qorti nazzjonali, il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja mibdija wara l-applikazzjoni tal-imsemmija klawżola tista’ xorta tkompli bl-applikazzjoni supplimentari ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 693(2) tal-Ley 1/2000 de Enjuiciamiento Civil (il-Liġi 1/2000 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), tas-7 ta’ Jannar 2000, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawżi prinċipali, sa fejn din il‑proċedura tista’ tkun iktar favorevoli għall-konsumaturi mill-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija fil-kuntest tal-proċedura dwar il-mertu, sakemm il-konsumatur, wara li jkun ġie informat kif suppost dwar in-natura inġusta tal-klawżola mill-qorti nazzjonali, jagħti l-kunsens liberu u informat tiegħu u juri l-intenzjoni tiegħu li ma jipprevalixxix ruħu min-natura inġusta u mhux vinkolanti ta’ tali klawżola.


    ( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

    ( 2 ) C‑240/98 sa C‑244/98, EU:C:1999:620, punt 1.

    ( 3 ) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

    ( 4 ) C‑415/11, EU:C:2013:164.

    ( 5 ) Għal ħarsa ġenerali tal-kwistjoni ġuridika li fuqha huma bbażati t-talbiet għal deċiżjoni preliminari fil-Kawżi C‑92/16, C‑167/16, C‑486/16, C‑70/17 u C‑179/17, nirreferi għall-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża C‑486/16 kif ukoll għall-Kawżi C‑92/16 u C‑167/16.

    ( 6 ) BOE Nru 7, tat-8 ta’ Jannar 2000, p. 575.

    ( 7 ) BOE Nru 89, tal‑14 ta’ April 1998, p. 12304.

    ( 8 ) BOE Nru 287, tat‑30 ta’ Novembru 2007, p. 49181.

    ( 9 ) BOE Nru 76, tat‑28 ta’ Marzu 2014, p. 26967.

    ( 10 ) Sentenza Nru 705/2015 (ES:TS:2015:5618).

    ( 11 ) Sentenza Nru 79/2016 (ES:TS:2016:626).

    ( 12 ) Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-proċedura dwar il-mertu, ibbażata fuq l-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili, il-kreditur jista’ jitlob ix-xoljiment tal-kuntratt minħabba nuqqas tad-debitur. Dan ix-xoljiment iwassal għar-restituzzjoni reċiproka tas-self jew l-eżekuzzjoni forzata tal-kuntratt, u dan iwassal għall-eżegwibbiltà tal-ammonti kollha mhux mħallsa flimkien mal‑interessi korrispondenti. Is-sentenza finali mogħtija fil-proċedura dwar il-mertu tista’ tagħti lok għal proċedura ta’ eżekuzzjoni, li matulha l-beni kollha tad-debitur, inkluż ir-residenza abitwali tiegħu, jistgħu jiġu ssekwestrati u mibjugħa b’subbasta.

    ( 13 ) Il-qorti tar-rinviju tindika li l-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja hija ppreferuta mill-banek għaliex hija iktar mgħaġġla u tevitalhom li jkollhom ikopru d-dejn mhux imħallas għal perijodu twil.

    ( 14 ) It-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tesponi li dawn il-vantaġġi għall-konsumatur debitur, fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja tar-residenza abitwali, huma previsti fl-Artikolu 693(3), fl-Artikolu 579(2) u fl-Artikolu 682(2) tal-LEC. Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-eżekuzzjoni ipotekarja tippermetti li tinbiegħ bis-subbasta l-proprjetà ipotekata li sservi ta’ garanzija għar-rimbors tas-self. Jekk din il-proprjetà ipotekata hija r-residenza abitwali tal-konsumatur debitur, ir-regoli dwar l-eżekuzzjoni ipotekarja jipprevedi sensiela ta’ benefiċċji jew vantaġġi sabiex jippermettu lid-debitur jipproteġi r-residenza tiegħu jew, tal-inqas, inaqqas id-dannu tad-debitur fir-rigward tal-bejgħ ta’ din ir-residenza. Dawn il-vantaġġi previsti favur il-konsumatur debitur meta l-eżekuzzjoni sseħħ fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja ma humiex applikabbli fil-qafas ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ordinarja (mhux ipotekarja), wara sentenza mogħtija fil-proċedura dwar il-mertu.

    ( 15 ) Madankollu, din il-qorti tispjega li hija ovvjament ma hijiex qiegħda titlob lill-Qorti tal‑Ġustizzja tanalizza l-korrettezza u l-eżattezza tal-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fil-qasam ta’ kuntratti ta’ self [ipotekarju] u lanqas li tistabbilixxi jekk il‑fakultà riżoluttiva tal-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili hijiex applikabbli jew le għal dawn il-kuntratti: hija sempliċement qed tagħti informazzjoni dwar dik li kienet il-pożizzjoni tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) dwar is‑suġġett u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa jekk il-ġurisprudenza inkwistjoni (relatata mal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja minkejja n-natura inġusta tal‑klawżola ta’ skadenza antiċipata) hijiex kuntrarja għad-Direttiva 93/13 inkwantu ma tevalwax biżżejjed il-vantaġġi u l-iżvantaġġi għall-konsumatur tal‑waqfien tal-eżekuzzjoni, it-tkomplija tagħha jew it-trattament ta’ proċedura dikjaratorja.

    ( 16 ) Ara l-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 17 ) Madankollu hija tispjega li din hija eventwalità li għalissa ma hemmx indikazzjonijiet ġurisprudenzjali dwarha lil hinn mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), li ma tagħtix deċiżjoni dwar din il-kwistjoni.

    ( 18 ) F’dan ir-rigward, din il-qorti tfakkar li l-Artikolu 1101 tal-Kodiċi Ċivili, li jirrigwarda t-talba għad-danni għal dewmien jew nuqqas ta’ eżekuzzjoni iżda li ma jipprevedix ix-xoljiment tal-kuntratt, jista’ jiġi applikat. Din id-dispożizzjoni tista’ biss tkun il-bażi tad-dikjarazzjoni jew tal-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ pagament jew ta’ kundanna għall-pagament tad-danni effettivament ikkawżati minn dan in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni, li għalhekk ma jikkorrispondix mar‑rimborsi futuri iżda biss mar-rimborsi mhux imwettqa effettivament skaduti.

    ( 19 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 21 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża C‑486/16.

    ( 20 ) Ara d-digriet tas-26 ta’ Jannar 1990, Falciola (C‑286/88, EU:C:1990:33, punt 7); is‑sentenzi tas-16 ta’ Lulju 1992, Meilicke (C‑83/91, EU:C:1992:332, punt 22); tas‑27 ta’ Novembru 2012, Pringle (C‑370/12, EU:C:2012:756, punt 83), kif ukoll tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Global Starnet (C‑322/16, EU:C:2017:985, punt 65).

    ( 21 ) Ara s-sentenzi tal-1 ta’ Diċembru 1965, Schwarze (16/65, EU:C:1965:117), u d‑digriet tal-5 ta’ Marzu 1986, Wünsche (69/85, EU:C:1986:104, punt 12).

    ( 22 ) Ara s-sentenzi tad-29 ta’ Novembru 1978, Redmond (83/78, EU:C:1978:214, punt 25); tal-21 ta’ April 1988, Pardini (338/85, EU:C:1988:194); tal‑4 ta’ Lulju 2006, Adeneler et (C‑212/04, EU:C:2006:443, punt 41), u tas‑7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C‑494/16, EU:C:2018:166, punt 20).

    ( 23 ) Ara s-sentenzi tat-18 ta’ Ottubru 1990, Dzodzi (C‑297/88 u C-197/89, EU:C:1990:360, punt 35); tal-15 ta’ Diċembru 1995, Bosman (C‑415/93, EU:C:1995:463, punt 59); tat-22 ta’ Novembru 2005, Mangold (C‑144/04, EU:C:2005:709, punt 35), u tas-6 ta’ Marzu 2018, SEGRO u Horváth (C‑52/16 u C‑113/16, EU:C:2018:157, punt 42).

    ( 24 ) Ara d-digriet tas-26 ta’ Jannar 1990, Falciola (C‑286/88, EU:C:1990:33, punt 8); is‑sentenzi tal-5 ta’ Diċembru 2006, Cipolla et (C‑94/04 u C‑202/04, EU:C:2006:758, punt 25); tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punt 35), u tal-14 ta’ Marzu 2013, Aziz (C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 35).

    ( 25 ) Ara s-sentenzi tas-16 ta’ Jannar 1974, Rheinmühlen-Düsseldorf (166/73, EU:C:1974:3, punt 3); tas-16 ta’ Diċembru 2008, Cartesio (C‑210/06, EU:C:2008:723, punt 88); tat-22 ta’ Ġunju 2010, Melki u Abdeli (C‑188/10 u C‑189/10, EU:C:2010:363, punt 41), kif ukoll tal-5 ta’ April 2016, PFE (C‑689/13, EU:C:2016:199, punt 32).

    ( 26 ) Ara s-sentenza tal-5 ta’ April 2016, PFE (C‑689/13, EU:C:2016:199, punt 32). Din il-kawża tikkonċerna, b’mod partikolari, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprekludi lil awla ta’ qorti tal-aħħar istanza milli titlob deċiżjoni preliminari lill‑Qorti tal-Ġustizzja meta ma taqbilx mad-direzzjoni mogħtija b’deċiżjoni tas‑seduta plenarja ta’ din il-qorti.

    ( 27 ) Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tas-6 ta’ Ottubru 1982, Cilfit et (283/81, EU:C:1982:335, punt 21); tas-27 ta’ Ġunju 1991, Mecanarte (C‑348/89, EU:C:1991:278, punt 42), u tal-5 ta’ April 2016, PFE (C‑689/13, EU:C:2016:199, punt 32).

    ( 28 ) Ara s-sentenzi tal-5 ta’ April 2016, PFE (C‑689/13, EU:C:2016:199, punt 33), u tas‑6 ta’ Marzu 2018, SEGRO u Horváth (C‑52/16 u C‑113/16, EU:C:2018:157, punt 48).

    ( 29 ) Ara s-sentenzi tas-16 ta’ Jannar 1974, Rheinmühlen-Düsseldorf (166/73, EU:C:1974:3, punt 4); tat-22 ta’ Ġunju 2010, Melki u Abdeli (C‑188/10 u C‑189/10, EU:C:2010:363, punt 42), u tas-6 ta’ Marzu 2018, SEGRO u Horváth (C‑52/16 u C‑113/16, EU:C:2018:157, punt 48). F’din l-aħħar kawża, il-Gvern Ungeriż sostna li l-qorti tar-rinviju kienet tikkontesta ċerti prinċipji ta’ sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali minkejja li, skont id-dritt Kostituzzjonali, id-deċiżjonijiet tal‑imsemmija qorti kienu obbligatorji fir-rigward tal-qrati inferjuri.

    ( 30 ) Ara s-sentenzi tas-16 ta’ Jannar 1974, Rheinmühlen-Düsseldorf (166/73, EU:C:1974:3, punt 4); tad-9 ta’ Marzu 2010, ERG et (C‑378/08, EU:C:2010:126, punt 32); tal-15 ta’ Novembru 2012, Bericap Záródástechnikai (C‑180/11, EU:C:2012:717, punt 55), u tas-6 ta’ Novembru 2014, Cartiera dell’Adda (C‑42/13, EU:C:2014:2345, punt 27).

    ( 31 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-5 ta’ April 2016, PFE (C‑689/13, EU:C:2016:199, punt 34).

    ( 32 ) Fil-Kawża C‑70/17, il-kawża prinċipali tirrigwarda proċedura intiża sabiex tkun ikkonstatata n-natura inġusta ta’ diversi klawżoli tal-kuntratt ta’ self, fosthom il‑klawżola kontenzjuża, filwaqt li fil-Kawża C‑179/17, il-kawża prinċipali tirrigwarda proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja li matulha l-qorti tal-eżekuzzjoni kkonstatat in‑natura inġusta tal-klawżola kontenzjuża. Ara l-punti 24, 31 u 32 ta’ dawn il‑konklużjonijiet.

    ( 33 ) Fir-rigward tal-klawżoli inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, għandu jiġi spjegat li huma kważi identiċi. Fiż-żewġ każijiet, hija l-klawżola relatata mal-iskadenza antiċipata tat-terminu, jiġifieri l-“klawżola 6a” tal-kuntratti ta’ self ikkontestati. Din il‑klawżola tippermetti lill-istabbiliment bankarju li jitlob is-self u ġudizzjarjament jitlob ir-rimbors antiċipat tad-dejn kollu fil-każ, b’mod partikolari, ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament wieħed.

    ( 34 ) Fuq l-oriġini tal-protezzjoni tal-konsumatur, ara, b’mod partikolari, Stuyck, J., “European Consumer Law after the Treaty of Amsterdam: Consumer Policy In or Beyond the Internal Market?”, Common Market Law Review, Vol. 37, 2000, p. 367 sa 400.

    ( 35 ) Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 1975 dwar programm preliminari tal‑Komunità Ekonomika Ewropea għal politika ta’ protezzjoni u informazzjoni tal‑konsumatur (ĠU 1975, C 92, p. 1). Din ir-riżoluzzjoni kienet tistabbilixxi li, “issa, il-konsumatur ma għadux ikkunsidrat bħala xerrej u utent ta’ merkanzija u ta’ servizzi għal użu personali, familjari jew kollettiv, iżda bħala persuna kkonċernata bl-aspetti differenti tal-ħajja soċjali li jistgħu jaffetwawha b’mod dirett jew indirett bħala konsumatur”. Din kienet tinkludi programm preliminari li jiġbor l-interessi tal-konsumatur f’ħames kategoriji ta’ drittijiet fundamentali: “a) dritt għall-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tiegħu; b) dritt għall-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tiegħu; c) dritt għall-kumpens għad-danni; d) dritt għall-informazzjoni u l-edukazzjoni; e) dritt għar-rappreżentazzjoni (dritt għal smigħ)”.

    ( 36 ) Ara Bourgoignie, T., “Vers un droit européen de la consommation: unifié, harmonisé, codifié ou fragmenté?”, Les Cahiers de droit, Vol. 46, Nru 1-2, 2005, p. 153 sa 174.

    ( 37 ) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1981 dwar it-tieni programm tal-Komunità Ekonomika Ewropea għal politika ta’ protezzjoni u ta’ informazzjoni tal-konsumaturi (ĠU 1981, C 133, p. 1) irrepetiet il-ħames drittijiet fundamentali tal-konsumatur stabbiliti fl-ewwel programm tal-1975, u żiedet b’mod partikolari li l-konsumatur għandu jkun jista’ jeżerċitahom. F’dan ir-rigward, infakkar li d-disa’ premessa tad-Direttiva 93/13 tistabbilixxi li ż-żewġ programmi Komunitarji enfasizzaw “l-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam tal-klawżoli kuntrattwali inġusti; li din il-protezzjoni għandha tkun żgurata b’liġijiet u regolamenti, għandha tkun armonizzata fil-livell Komunitarju, u tiġi kkunsidrata b’mod dirett f’dan il-livell”.

    ( 38 ) Fuq l-istess linja, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li d-Direttiva 93/13, “li hija intiża sabiex issaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi, tikkostitwixxi […] miżura indispensabbli għat-twettiq tal-kompiti mogħtija lill-Komunità Ewropea u, b’mod partikolari, sabiex jogħlew il-livell tal-għajxien u l-kwalità tal-ħajja fil-Komunità kollha”. Ara s-sentenzi tas-26 ta’ Ottubru 2006, Mostaza Claro (C‑168/05, EU:C:2006:675, punt 37), u tal-4 ta’ Ġunju 2009, Pannon GSM (C‑243/08, EU:C:2009:350, punt 26).

    ( 39 ) Ara, f’dan ir-rigward, it-tieni premessi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal‑14 ta’ April 1975 u tad-19 ta’ Mejju 1981 kif ukoll l-Artikolu 169 TFUE.

    ( 40 ) Bħall-vjaġġi kollox kompriż, ix-xiri bit-time share, ir-reklamar qarrieqi u komparattiv, il-prattiki kummerċjali żleali, il-bejgħ b’distanza u l-bejgħ fuq l-għatba tal-bieb jew inkella d-drittijiet tal-vjaġġaturi (turiżmu u negozju).

    ( 41 ) Kif l-Avukat Ġenerali Wahl spjega fil-konklużjonijiet tiegħu fil-Kawżi magħquda Unicaja Banco u Caixabank “[f]il-mument meta ġiet adottata, il-parti l-kbira tal-Istati Membri x’aktarx ma basrux l-impatt li d-Direttiva 93/13 […] kien ser ikollha fuq l‑ordinamenti ġuridiċi tagħhom xi għoxrin sena wara”. Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-Kawżi magħquda Unicaja Banco u Caixabank (C‑482/13, C‑484/13, C-485/13 u C-487/13, EU:C:2014:2299, punt 1). Jiena ovvjament naqbel ma’ din l-analiżi u naħseb, barra minn hekk, li l-maġġoranza tal-konsumaturi tal-Unjoni ċertament ma jiddubitawx li din id-Direttiva 93/13 għandha bħala konsegwenza t-tisħiħ tad-drittijiet tagħhom fil-konfront tal-istabbilimenti bankarji.

    ( 42 ) Ara l-ewwel u t-tieni premessi tad-Direttiva 93/13.

    ( 43 ) Ara l-ħames, is-sitt u s-seba’ premessi tad-Direttiva 93/13. Korsiv miżjud minni.

    ( 44 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2010, Melki u Abdeli (C‑188/10 u C‑189/10, EU:C:2010:363, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 45 ) Ara l-punti 42 sa 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 46 ) Ma għandhiex tintesa l-oriġini tat-talba għal deċiżjoni preliminari. Ippermettuli infakkar il-kliem f’dan ir-rigward tal-Imħallef Pierre Pescatore fl-1981: “F’dan l‑istadju għandu jitfakkar l-artikolu li minnu oriġina żvilupp ġudizzjarju verament straordinarju: din hija t-talba għal deċiżjoni preliminari tal-Artikolu 177. Min ivvinta dan il-‘gadget’ straordinarju ġudizzjarju? In-negozjaturi setgħu jipprevedu l‑konsegwenzi ta’ din id-dispożizzjoni għall-iżvilupp tad-dritt Komunitarju? Għandi nibda billi nfakkar li t-talba għal deċiżjoni preliminari kienet diġà tinsab fit‑Trattat KEFA. Kien l-Artikolu 41, li madankollu baqa’ mhux implimentat għaliex kien jirrigwarda biss il-kwistjonijiet ta’ ‘validità’. U kien proprju dan il-punt ta’ tluq tad-diskussjoni. Din it-talba għal deċiżjoni preliminari ma għandhiex tkopri wkoll kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni? […] Sa fejn niftakar jien, l-aċċettazzjoni ta’ din l‑idea, fil-bidu tagħha, ma kellhiex diffikultajiet; jiena naħseb li x’aktarx, ħadd ma kien konxju tal-importanza ta’ din l-innovazzjoni. Għall-kuntrarju, id-diskussjoni kienet iktar vivaċi fir-rigward tal-modalitajiet tat-talba għal deċiżjoni preliminari, b’mod speċjali f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni dwar liema qrati nazzjonali għandhom jew jistgħu jirreferu lill-Qorti tal-Ġustizzja. Peress li bir-riferiment obbligatorju għall‑qrati kollha jkun hemm ir-riskju li l-Qorti tal-Ġustizzja titgħabba b’numru ta’ talbiet, kien hemm deċiżjoni, għal raġunijiet prattiċi, għas-soluzzjoni li tinsab fl‑Artikolu 177: użu fakultattiv għall-qrati kollha, ħlief fir-rigward tal-qrati supremi li huma obbligati li jagħmlu użu mit-talba għal deċiżjoni preliminari sabiex jevitaw li fl-Istati Membri jiġu stabbiliti ġurisprudenzi li jtellfu l-effikaċja jew l-unità tad‑dritt Komunitarju”. Pescatore, P., “Les travaux du “groupe juridique” dans la négociation des traités de Rome”, Revue d’histoire luxembourgeoise, Nru 2, Hémecht 1982, 34, p. 145 sa 161. Korsiv miżjud minni.

    ( 47 ) Sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2000 (C‑240/98 sa C‑244/98, EU:C:2000:346).

    ( 48 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2009, Pannon GSM (C‑243/08, EU:C:2009:350, punti 3233). Ara, ukoll, is-sentenza tat-30 ta’ Mejju 2013, Asbeek Brusse u de Man Garabito (C‑488/11, EU:C:2013:341, punti 54 sa 60). Ara r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, COM(2000) 248 finali: “[s]abiex jippreżervaw il-portata u jissalvagwardjaw l-effett utili tad-direttiva, is-sistemi ġuridiċi għandhom josservaw serje ta’ prinċipji biex jiżguraw li klawżola inġusta ma torbotx effettivament lill‑konsumatur”.

    ( 49 ) Sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2000, Océano Grupo Editorial u Salvat Editores (C‑240/98 sa C‑244/98, EU:C:2000:346, punt 25). Fir-rigward tal-istħarriġ ex officio tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali, is-sentenza Océano Grupo Editorial u Salvat Editores tikkostitwixxi l-ewwel pass magħmul mill-Qorti tal-Ġustizzja, li ddeċidiet li l-għan li għandu jintlaħaq mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13 jista’ jintlaħaq biss jekk il-qorti nazzjonali tirrikonoxxi l-fakultà li tevalwa ex officio n‑natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali. It-tieni pass sar fis-sentenza tas‑26 ta’ Ottubru 2006, Mostaza Claro (C‑168/05, EU:C:2006:675, punt 25), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-qorti nazzjonali “għandha” tevalwa ex officio n‑natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 u, b’hekk, issib rimedju għan-nuqqas ta’ bilanċ li jeżisti, [għad-detriment tal-konsumatur], bejn il‑konsumatur u l-bejjiegħ jew fornitur. Dawn is-sentenzi ġew ikkonfermati ulterjorment mill-Qorti tal-Ġustizzja, qabel xejn fil-qafas ta’ proċeduri ta’ ordni għal ħlas, bis-sentenzi tal-4 ta’ Ġunju 2009, Pannon GSM (C‑243/08, EU:C:2009:350, punti 2232), u tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C‑618/10, EU:C:2012:349, punti 3943), imbagħad fil-qafas ta’ proċedura kontradittorja bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur, b’mod partikolari bis-sentenza tal‑21 ta’ Frar 2013, Banif Plus Bank (C‑472/11, EU:C:2013:88, punti 1924), u fil-qafas ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, b’mod partikolari bis-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Aziz (C‑415/11, EU:C:2013:164, punti 41, 4446).

    ( 50 ) Ara s-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2010, VB Pénzügyi Lízing (C‑137/08, EU:C:2010:659, punt 44).

    ( 51 ) Sentenza tas-26 ta’ April 2012, Invitel (C‑472/10, EU:C:2012:242, punt 22). Ara, ukoll, is-sentenzi tal-14 ta’ Marzu 2013, Aziz (C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 66), u tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 57)

    ( 52 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2013, Aziz (C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 69), kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott f’din il‑kawża (C‑415/11, EU:C:2012:700, punt 74).

    ( 53 ) Sentenza tal-1 ta’ April 2004, Freiburger Kommunalbauten (C‑237/02, EU:C:2004:209).

    ( 54 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża Aziz (C‑415/11, EU:C:2012:700, punt 71).

    ( 55 ) Sentenza tal-14 ta’ Marzu 2013, Aziz (C-415/11, EU:C:2013:164, punt 68).

    ( 56 ) Sentenza tal-14 ta’ Marzu 2013 (C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 73). Ara, ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott f’din il-kawża (C‑415/11, EU:C:2012:700, punti 7778).

    ( 57 ) Sentenza tas-26 ta’ Jannar 2017 (C‑421/14, EU:C:2017:60).

    ( 58 ) Sentenza tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 59 ) Sentenzi tal-4 ta’ Ġunju 2009, Pannon GSM (C‑243/08, EU:C:2009:350, punt 39), tad-9 ta’ Novembru 2010, VB Pénzügyi Lízing (C‑137/08, EU:C:2010:659, punt 42), tal-14 ta’ Marzu 2013, Aziz (C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 71), kif ukoll tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 61). Korsiv miżjud minni.

    ( 60 ) Ara, is-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2013, Aziz (C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 71).

    ( 61 ) Sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2017, Andriciuc et (C‑186/16, EU:C:2017:703, punt 58).

    ( 62 ) Sentenza tat-30 ta’ April 2014 (C‑26/13, EU:C:2014:282).

    ( 63 ) Sentenza tal-14 ta’ Ġunju 2012 (C‑618/10, EU:C:2012:349).

    ( 64 ) Il-liġi nazzjonali kkonċernata kienet l-Artikolu 83 tat-texto refundido tal-Liġi Ġenerali dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi u ta’ Utenti u ta’ Liġijiet Oħra Kumplimentari. Ara l-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 65 ) Sentenza tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C‑618/10, EU:C:2012:349, punt 62).

    ( 66 ) Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2009, Asturcom Telecomunicaciones (C‑40/08, EU:C:2009:615, punt 58); digriet tas-16 ta’ Novembru 2010, Pohotovosť (C‑76/10, EU:C:2010:685, punt 62), u s-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2012, Pereničová u Perenič (C‑453/10, EU:C:2012:144, punt 30).

    ( 67 ) Sentenza tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C‑618/10, EU:C:2012:349, punt 64). Il-wieħed u għoxrin premessa tad-Direttiva 93/13 tipprevedi li “l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jintużawx klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi ma’ konsumaturi minn bejjiegħ jew fornitur; […] jekk, madankollu, dawn il-klawżoli jintużaw, m’għandhomx jorbtu lill-konsumatur, u l‑kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawk il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi li jibqa’ jeżisti mingħajr id-disposizzjonijiet inġusti”. Korsiv miżjud minni.

    ( 68 ) Ara s-sentenzi tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C‑618/10, EU:C:2012:349, punt 65), u s-sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, Gutiérrez Naranjo et (C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15, EU:C:2016:980, punt 57).

    ( 69 ) Korsiv miżjud minni. Sentenzi tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C‑618/10, EU:C:2012:349, punt 65); tat-30 ta’ Mejju 2013, Asbeek Brusse et de Man Garabito (C-488/11, EU:C:2013:341, punt 57); u tal-21 ta’ Jannar 2015, Unicaja Banco u Caixabank (C-482/13, C‑484/13, C‑485/13 u C‑487/13, EU:C:2015:21, punt 28), kif ukoll tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 71). Għandu jingħad ukoll li, tali possibbiltà legali fir-rigward tat-tkomplija tal-eżistenza tal-kuntratt għandha tiġi evalwata skont kriterji oġġettivi u mhux skont interessi ta’ waħda mill-partijiet tal-kuntratt. Ara Mikłaszewicz, P., “Komentarz do art. 3851 k.c.”, f’Osajda, K. (dir.), Kodeks cywilny. Komentarz, id‑19‑il edizzjoni, 2018, Legalis, kummentarju dwar l-Artikolu 3851 tal-Kodiċi Ċivili Pollakk, punt 45.

    ( 70 ) Sentenza tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C‑618/10, EU:C:2012:349, punt 69). Ara, ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak f’din il-kawża (C‑618/10, EU:C:2012:74, punti 86 sa 88).

    ( 71 ) Ara s-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2006, Mostaza Claro (C‑168/05, EU:C:2006:675, punt 36). Ara, ukoll, is-sentenzi tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C‑618/10, EU:C:2012:349, punt 40); tat-30 ta’ Mejju 2013, Jőrös (C‑397/11, EU:C:2013:340, punt 25), kif ukoll tas-17 ta’ Mejju 2018, Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen (C‑147/16, EU:C:2018:320, punt 27, u l‑ġurisprudenza ċċitata).

    ( 72 ) “L-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi b’mod partikolari wasslet lil‑leġiżlatur [tal-Unjoni] jipprovdi, fl-Artikolu 6(1) tad-direttiva li l-klawżoli inġusti li jinsabu f’kuntratt konkluż minn bejjiegħ jew fornitur ma’ konsumatur ‘ma [għandhomx] jorbtu lill-konsumatur’”. Ara, is-sentenza tas‑26 ta’ Ottubru 2006, Mostaza Claro (C‑168/05, EU:C:2006:675, punt 36).

    ( 73 ) Sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2009, Pannon GSM (C‑243/08, EU:C:2009:350, punti 3233). Ara, ukoll, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 74 ) Sentenza tat-30 ta’ April 2014 (C‑26/13, EU:C:2014:282).

    ( 75 ) Sentenza tat-30 ta’ April 2014, Kásler u Káslerné Rábai (C‑26/13, EU:C:2014:282, punt 81). Ara, ukoll, is-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2015, Unicaja Banco u Caixabank (C‑482/13, C‑484/13, C‑485/13 u C‑487/13, EU:C:2015:21, punt 33), kif ukoll id-digriet tal‑11 ta’ Ġunju 2015, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (C‑602/13, mhux ippubblikat, EU:C:2015:397, punt 38).

    ( 76 ) Sentenza tat-30 ta’ April 2014, Kásler u Káslerné Rábai (C‑26/13, EU:C:2014:282, punt 83). Ara, ukoll, id-digriet tal-11 ta’ Ġunju 2015, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (C‑602/13, mhux ippubblikat, EU:C:2015:397, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 77 ) BGH III ZR 325/12 – NJW 2014, 141.

    ( 78 ) Ara s-sentenza tas-7 ta’ Ottubru 1981(VIII ZR 214/80, NJW 1982, 178 [181]).

    ( 79 ) Ara Uffmann, K., Das Verbot der geltungserhaltenden Reduktion, Tübingen, 2010, p. 157; Basedow, J., f’Krüger, W., Münchener Kommentar zum BGB, is-7 edizzjoni, Munich, 2016, § 306, nru 18; Schlosser, P., Staudinger Kommentar zum BGB, April 2013, § 306, nru 20. Fir-rigward tal-ġurisprudenza, ara BGH, is-sentenzi tal‑10 ta’ Ottubru 2013 (III ZR 325/12, nru 14); tas-16 ta’ Frar 2016 (XI ZR 454/14, nru 21), kif ukoll tat-18 ta’ Jannar 2017 (VIII ZR 263/15, nru 38).

    ( 80 ) Ara, b’mod partikolari, BGH, is-sentenzi tas-17 ta’ Mejju 1982 (VII ZR 316/81); tal‑25 ta’ Ġunju 2003 (VIII ZR 344/02), kif ukoll tat-18 ta’ Jannar 2017 (VIIIZR 263/15, Nru 38).

    ( 81 ) Ara, b’mod partikolari, BGH, is-sentenza tas-17 ta’ Mejju 1982 (VII ZR 316/81).

    ( 82 ) BGH, is-sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2013 (III ZR 325/12).

    ( 83 )

    ( 84 ) Temming, F., Zeitschrift für das Privatrecht der Europäischen Union GPR 2016, p. 38 sa 46, u, b’mod partikolari, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 li tirreferi għas‑sentenza Nordenfelt v Maxim Nordenfelt Guns and Ammunition Co Ltd [1894] AC 535.

    ( 85 ) Ara Uffmann, K., Das Verbot der geltungserhaltenden Reduktion, Tübingen, 2010, p. 157.

    ( 86 ) Ara Kollmann, A., f’Dauner-Lieb, B., Langen, W., Nomos-Kommentar zum BGB, Vol. 2, it-3 edizzjoni, 2016, § 306, Nru 15 et seq; Schulte-Nölke, H., f’Schulze, R., Handkommentar zum BGB, id-9 edizzjoni, 2017, § 306, Nru 4 et seq; Bonin, f’Artz, M., Beck-Online-Großkommentar zum BGB, edizzjoni tal-1 ta’ Marzu 2018, § 306, Nru 38 et seq; Schmidt, H., f’Bamberger/Roth/Hau/Poseck, Beck’scher Online-Kommentar zum BGB, edizzjoni tal-1 ta’ Novembru 2017, § 306, Nru 16 et seq; Schmidt, H., f’Ulmer/Brandner/Hensen, AGB-Recht, § 306, Nru 14 et seq.

    ( 87 ) Roloff, f’Westermann, H.-P., Erman – Kommentar zum BGB, 15-il edizzjoni, 2017, § 306, nru 8.

    ( 88 ) Sabiex inkun eżawrjenti, għandu jissemma li d-duttrina minoritarja Ġermaniża ssostni, essenzjalment, li jkun artifiċjali jekk jingħad li diviżjoni ma hijiex l-istess bħal emenda. Ara Uffmann, K., Das Verbot der geltungserhaltenden Reduktion, Tübingen, 2010, p. 158 et seq.; Uffmann, K., Recht der Arbeit, 2012, p. 113 sa 120 u, b’mod partikolari, p. 119. B’mod ġenerali, lanqas ma jkun wisq possibbli li tagħżel bejn il-partijiet inġusti u l-partijiet li ma humiex inġusti. Għalhekk, skont din il‑pożizzjoni minoritarja, għandha tiġi aċċettata emenda ta’ fejda. Uffmann, K., op. cit., p. 164 et seq.; Schlosser, P., f’Staudinger, “Kommentar zum BGB”, edizzjoni ta’ April 2013, § 306, nru 25; Basedow, J., f’Krüger, W., Münchener Kommentar zum BGB, is‑7 edizzjoni, 2016, § 306, nru 13 et seq.

    ( 89 ) F’dan it-tip ta’ kuntratti ta’ self ipotekarju, bħala regola, il-punti segwenti (b, ċ jew d, eċċ.) ma jkoprux motivi ta’ xoljiment ibbażati fuq nuqqas tad-debitur.

    ( 90 ) Din il-klawżola hija traskritta fil-punt 95 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 91 ) Għall-kuntrarju, dan japplika iktar għall-klawżola kontenzjuża fil-Kawża C‑179/17, li tipprevedi: “Minkejja l-perijodu stipulat ta’ dan il-kuntratt, il-bank kreditur jista’ jiddikjara s-self skadut, billi jikkunsidrah xolt u billi jikkunsidra d-dejn bħala dovut kollu kemm hu, b’mod partikolari fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas fl-iskadenza [ta’ wieħed,] [ta’] diversi jew [tal-]pagamenti kollha stabbiliti fit-tieni klawżola (dwar id‑deprezzament)”. Din il-klawżola tissodisfa l-ewwel kundizzjoni tal-blue pencil test, peress li kull tip ta’ nuqqas ta’ ħlas (wieħed, diversi jew kollha) jista’ jiġi kkunsidrat separatament.

    ( 92 ) Dan ikun il-każ: “[…] a) [Nuqqas ta’ ħlas ta’ kwalunkwe skadenza ta’ pagament ta’ interessi jew ta’ deprezzament] […]; b) […]; c) […]”.

    ( 93 ) Kif inhu, fl-opinjoni tiegħi, il-każ tal-klawżola kontenzjuża fil-Kawża C‑179/17.

    ( 94 ) Ara l-punt 89 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 95 ) Dawn l-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw għall-klawżola kontenzjuża fil-Kawża C‑179/17.

    ( 96 ) Ara s-sentenzi tad-9 ta’ Novembru 2010, VB Pénzügyi Lízing (C‑137/08, EU:C:2010:659, punt 44), u tas-26 ta’ April 2012, Invitel (C‑472/10, EU:C:2012:242, punt 22). Ara, ukoll, is-sentenzi tal-14 ta’ Marzu 2013, Aziz (C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 66), u tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 57).

    ( 97 ) Dwar id-differenza bejn l-evalwazzjoni/klassifikazzjoni dwar in-natura inġusta tal‑klawżola u l-konklużjonijiet li jirriżultaw minn din l‑evalwazzjoni/klassifikazzjoni, ara l-punt 65 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 98 ) Ara l-punt 66 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 99 ) Ara l-punt 72 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 100 ) B’mod partikolari, dwar it-tkomplija tal-eżistenza legali tal-kuntratt, ara l‑ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 69 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 101 ) Fil-fatt, fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratti ta’ self ipotekarji inkwistjoni (2005 u 2008), l-Artikolu 693(2) tal-LEC kien jaqra kif ġej: “id-dejn u l-interessi kollha dovuti jista’ jintalab jekk l-iskadenza tal-dejn kollu ġiet miftiehma f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ waħda mill-iskadenzi miftehma u li dan il-ftehim ikun irreġistrat fir-Reġistru”. Konsegwentement, din id-dispożizzjoni kienet tipprevedi l-possibbiltà li jintalab, permezz tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, “il-kapital u l-interessi kollha dovuti”bil-kundizzjoni li i) il-klawżola jew il-ftehim ta’ skadenza antiċipata jkun irreġistrat fir-Reġistru u li ii) l-iskadenza antiċipata tkun suġġetta għal “nuqqas ta’ ħlas ta’ waħda mill-iskadenzi miftehma”. Ara, f’dan ir-rigward, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 21 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża C‑486/16.

    ( 102 ) Sentenzi tal-14 ta’ Marzu 2013 (C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 73), u tas‑26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 66). Ara wkoll, il-punt 69 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 103 ) Wara d-diviżjoni proposta mill-qorti tar-rinviju, din il-klawżola taqra kif ġej: “nuqqas ta’ ħlas ta’ skadenza ta’ pagament ta’ interessi jew ta’ deprezzament […]”.

    ( 104 ) Sentenzi tal-14 ta’ Marzu 2013, Aziz (C‑415/11, EU:C:2013:164, punt 73), u tas‑26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 66).

    ( 105 ) Ara l-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 106 ) F’dan ir-rigward, ara l-punt 118 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 107 ) Ara n-noti ta’ qiegħ il-paġna 91 u 93 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 108 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 101 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 109 ) Sentenza tat‑30 ta’ April 2014 (C‑26/13, EU:C:2014:282).

    ( 110 ) It-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tinnota li jekk ma titkompliex il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, apparti t-telf ta’ ċerti vantaġġi għad-debitur, iġġiegħel lill-kreditur jibda proċedura dwar il-mertu “sabiex tiġi ddikjarata l-iskadenza jew ix-xoljiment tas-self ipotekarju minħabba nuqqas ta’ dan tal-aħħar”. Hija żżid li “[a]nki fil-każ ipotetiku li l-istabbiliment finanzjarju jibqa’ jistenna matul il-perijodu kollha ta’ rimbors miftiehem u ma jitlobx ix-xoljiment tal-kuntratt, l-ammont tal-interessi moratorji tad‑debitur ikunu għoljin ferm, fid-dawl tal-perijodi twal ta’ rimbors ta’ dawn il‑kuntratti”. Konsegwentement, jekk hemm bżonn tinbeda proċedura dwar il-mertu sabiex il-kuntratt ta’ self ipotekarju jiġi ddikjarat xolt, jidher ċar li l-kuntratt jibqa’ jeżisti.

    ( 111 ) Nerġa’ nfakkar li l-wieħed u għoxrin premessa tad-Direttiva 93/13 tipprevedi li “il‑klawżoli inġusti […] m’għandhomx jorbtu lill-konsumatur, u l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawk il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi li jibqa’ jeżisti mingħajr id-disposizzjonijiet inġusti”. Ara, ukoll, is-sentenza tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C‑618/10, EU:C:2012:349, punti 6465).

    ( 112 ) B’mod partikolari, fuq it-tkomplija tal-eżistenza legali tal-kuntratt, ara l‑ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 69 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 113 ) Mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Spanjol jirriżulta li t-tneħħija tal‑klawżola kontenzjuża tagħmel ir-relazzjoni legali oneruża ferm għall-entità bankarja, għaliex dan jobbligaha tuża qabel xejn proċedura dwar il-mertu sabiex ixxolji l-kuntratt, imbagħad proċedura ta’ eżekuzzjoni ġenerali sabiex jitħallas id‑dejn. Ara, f’dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 54, 57 sa 58 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi C‑92/16 u C‑167/16.

    ( 114 ) Sentenza tas-26 ta’ Jannar 2017 (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 73).

    ( 115 ) Sentenza tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 74). Korsiv miżjud minni. Ara, ukoll, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2016:69, punt 85).

    ( 116 ) Sentenza tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C‑421/14, EU:C:2017:60, punt 75).

    ( 117 ) Sentenza tat-30 ta’ April 2014 (C‑26/13, EU:C:2014:282).

    ( 118 ) C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15, EU:C:2016:980.

    ( 119 ) B’hekk, hu stabbilixxa l-obbligu ta’ restituzzjoni lill-konsumaturi mhux biex jiddekorru d-data tal-konklużjoni tal-kuntratti kkontestati imma biex jiddekorru dik tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li ddikjaraw in-nullità tal-klawżoli.

    ( 120 ) Sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, Gutiérrez Naranjo et (C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15, EU:C:2016:980, punti 6166).

    ( 121 ) Il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑179/17 tirrileva li “anki fil-każ fejn, minkejja dak li ġie espost fil-punt preċedenti, l-applikazzjoni supplimentari tal‑Artikolu 693(2) LEC, għandha tkun ikkunsidrata bħala prattikabbli in abstracto, tinħoloq kwistjoni oħra: din id-dispożizzjoni tipprevedi litteralment li “[i]d-dejn kollu bħala kapital u interessi jista’ jintalab jekk tkun ġiet miftehma l-eżegwibbiltà tas-self kollu f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ mill‑inqas tliet pagamenti […] u li dan il‑ftehim jinstab fl-att li jikkostitwixxi s-self”. Fi kliem ieħor, l-eżistenza ta’ ftehim hija waħda mill-kundizzjonijiet fundamentali ta’ din id-dispożizzjoni. Ċertament, kien hemm ftehim meta ġie konkluż il-kuntratt, iżda dan b’mod speċifiku ġie ddikjarat inġust u null u għalhekk ma huwiex validu (dan ġie eskluż mill-kuntratt u ġie kkunsidrat mhux miktub). B’hekk jidher ċar li l-Artikolu 693(2) LEC jirreferi għall-eżistenza ta’ ftehim validu u effikaċi, u mhux għal ftehim inġust, null u mingħajr effetti. Fil-każ kuntrarju, jekk jiġi kkunsidrat li huwa irrilevanti li l-ftehim ikunx inġust jew le, tasal għas-soluzzjoni assurda fejn, skont il-ġurisprudenza inkwistjoni, l-iskadenza antiċipata tkun dejjem possibbli indipendentement mill‑kontenut (u min-natura potenzjalment inġusta) tal-klawżola kuntrattwali. Il‑leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumaturi tiġi mingħajr kontenut u jidher l‑protezzjoni li hija toffri tkun serjament imdgħajfa”. Korsiv miżjud minni. Ara l-punti 17, 34, 111 u 121, kif ukoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 101 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara, ukoll, il-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża C‑486/16.

    ( 122 ) Sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, Gutiérrez Naranjo et (C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15, EU:C:2016:980, punt 60).

    ( 123 ) Infakkar, f’dan ir-rigward, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi dwar in‑natura supplimentari jew le ta’ dispożizzjoni nazzjonali.

    ( 124 ) Ara l-punt 8 tat-tieni aggravju tal-appell tal-imsemmija deċiżjoni.

    ( 125 ) Mill-proċess jirriżulta li fis-sentenzi tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tat‑23 ta’ Diċembru 2015 u tat-18 ta’ Frar 2016, iċċitati fil-punt 26 ta’ dawn il‑konklużjonijiet, il-Maġistrat Francisco Javier Orduña Moreno ppreżenta opinjonijiet diverġenti u ddeċieda dwar l-inkompatibbiltà ta’ dawn is-sentenzi tat‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) mad-dritt tal-Unjoni. Disponibbli fuq http://www.poderjudicial.es/search/openDocument/d9586b9875f1d9f4. Ara l-p. 8 sa 17. Ara, ukoll, il-punt 26 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi C‑92/16 u C‑167/16 kif ukoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 21 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża C‑486/16.

    ( 126 ) Fil-fatt, l-idea ta’ dan l-ewwel eżempju ġietni f’moħħi waqt is-seduta meta l-Gvern Spanjol, sabiex juri l-iżvantaġġi tal-proċedura dwar il-mertu għall-konsumatur, irrefera għal każ ipotetiku simili.

    ( 127 ) Sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2009, Pannon GSM (C‑243/08, EU:C:2009:350, punt 33).

    ( 128 ) Sentenza tal-21 ta’ Frar 2013, Banif Plus Bank (C‑472/11, EU:C:2013:88, punti 2735).

    Fuq