Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62016CJ0111
Judgment of the Court (Third Chamber) of 13 September 2017.#Criminal proceedings against Giorgio Fidenato and Others.#Request for a preliminary ruling from the Tribunale di Udine.#Reference for a preliminary ruling — Agriculture — Genetically modified food and feed — Emergency measures — National measure seeking to prohibit the cultivation of genetically modified maize MON 810 — Maintenance or renewal of the measure — Regulation (EC) No 1829/2003 — Article 34 — Regulation (EC) No 178/2002 — Articles 53 and 54 — Conditions of application — Precautionary principle.#Case C-111/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017.
Proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale di Udine.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Ikel u għalf immodifikat ġenetikament – Miżuri ta’ emerġenza – Miżura nazzjonali intiża li tipprojbixxi l-koltivazzjoni ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810 – Żamma jew tiġdid tal-miżura – Regolament (KE) Nru 1829/2003 – Artikolu 34 – Regolament (KE) Nru 178/2002 – Artikoli 53 u 54 – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Prinċipju ta’ prekawzjoni.
Kawża C-111/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017.
Proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale di Udine.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Ikel u għalf immodifikat ġenetikament – Miżuri ta’ emerġenza – Miżura nazzjonali intiża li tipprojbixxi l-koltivazzjoni ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810 – Żamma jew tiġdid tal-miżura – Regolament (KE) Nru 1829/2003 – Artikolu 34 – Regolament (KE) Nru 178/2002 – Artikoli 53 u 54 – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Prinċipju ta’ prekawzjoni.
Kawża C-111/16.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2017:676
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
13 ta’ Settembru 2017 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Ikel u għalf immodifikat ġenetikament – Miżuri ta’ emerġenza – Miżura nazzjonali intiża li tipprojbixxi l-koltivazzjoni ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810 – Żamma jew tiġdid tal-miżura – Regolament (KE) Nru 1829/2003 – Artikolu 34 –Regolament (KE) Nru 178/2002 – Artikoli 53 u 54 – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Prinċipju ta’ prekawzjoni”
Fil-Kawża C‑111/16,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Udine (qorti ta’ Udine, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2015, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-24 ta’ Frar 2016, fil-proċeduri kriminali kontra
Giorgio Fidenato,
Leandro Taboga,
Luciano Taboga,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Bobek,
Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-9 ta’ Frar 2017,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal G. Fidenato kif ukoll għal Leandro u Luciano Taboga, minn F. Longo, avukat, |
– |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato, |
– |
għall-Gvern Elleniku, minn G. Kanellopoulos u D. Ntourntoureka, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Zadra kif ukoll minn K. Herbout‑Borczak u C. Valero, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-30 ta’ Marzu 2017,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432), kif ukoll tal-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato kif ukoll kontra Leandro u Luciano Taboga li permezz tagħhom huma qegħdin jiġu akkużati li kkoltivaw il-varjetà ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810, bi ksur tal-leġizlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi din il-koltivazzjoni. |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament Nru 1829/2003
3 |
Il-premessi 1 sa 3 tar-Regolament Nru 1829/2003 huma redatti kif ġej:
|
4 |
Skont l-Artikolu 1(a) u (b) ta’ dan ir-regolament, dan tal-aħħar huwa b’mod partikolari intiż, b’osservanza għall-prinċipji ġenerali stabbiliti mir-Regolament Nru 178/2002, li jipprovdi l-bażi sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa u tal-benesseri tal-annimali, tal-ambjent u tal-interess tal-konsumatur fir-rigward tal-ikel jew għalf immodifikat ġenetikament, filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, kif ukoll li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni tal-ikel u tal-għalf immodifikat ġenetikament. |
5 |
L-Artikolu 34 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu “Miżuri ta’ emerġenza”, jipprovdi: “Fejn ikun evidenti li prodotti awtorizzati bi jew skond dan ir-Regolament x’aktarx jikkostitwixxu riskju serju għas-saħħa umana, is-saħħa ta’ l-annimali jew l-ambjent […], għandhom jittieħdu miżuri skond il-proċeduri previsti fl-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament [Nru 178/2002].” |
Ir-Regolament Nru 178/2002
6 |
Il-premessi 20 u 21 tar-Regolament Nru 178/2002 huma redatti kif ġej:
|
7 |
Skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament: “1. Biex jintlaħaq l-għan prinċipali ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ħajja, il-liġi dwar l-ikel għandha tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskju u fejn dan ma jkunx adattat għaċ-ċirkostanzi jew in-natura tal-miżura. 2. L-istima tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq ix-xhieda xjentifika disponibbli u mwettqa b’mod indipendenti, oġġettiv u trasparenti. 3. L-amministrazzjoni tar-riskju għandha tagħti kont tar-riżultati ta’ l-istima tar-riskju, u b’mod partikolari, ta’ l-opinjonijiet ta’ l-Awtorità imsemmija fl-Artikolu 22, fatturi oħra leġittimi għall-kwistjoni taħt konsiderazzjoni u l-prinċipju ta’ prekawzjoni fejn il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 7(1) huma relevanti, biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-liġi dwar l-ikel stabbiliti fl-Artikolu 5.” |
8 |
L-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu “Prinċipju ta’ prekawzjoni”, jipprovdi: “1. F’ċirkostanzi speċifiċi fejn, wara stima tat-tagħrif disponibbli, il-possibbiltà ta’ effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tiġi identifikata iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, miżuri provviżorji ta’ l-amministrazzjoni tar-riskju meħtieġa biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa magħżula fil-Komunità jistgħu jiġu adottati, sakemm ikun hemm aktar tagħrif xjentifiku disponibbli għal stima tar-riskju aktar komprensiva. 2. Miżuri adottati fuq il-bażi tal-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati u ma jkunux aktar restrittivi għan-negozju milli meħtieġ biex jintlaħaq il-livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa magħżul fil-Komunità, waqt li jingħata kont tal-possibbiltà teknika u ekonomika u ta’ fatturi oħra meqjusa bħala legittimi fil-kwistjoni taħt konsiderazzjoni. Il-miżuri għandhom jiġu riveduti f’perijodu raġonevoli ta’ żmien skond in-natura tar-riskju għall-ħajja jew saħħa identifikat u t-tip ta’ tagħrif xjentifiku meħtieġ biex tiġi ċċarata l-inċertezza xjentifika u biex titwettaq stima tar-riskju aktar komprensiva.” |
9 |
L-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, bit-titolu “Miżuri ta’ emerġenza ta’ ikel u għalf li joriġina mill-Komunità jew importat minn pajjiż terz”, huwa fformulat kif ġej: “1. Fejn ikun ċar li ikel jew għalf li joriġina fil-Komunità jew impurtat minn pajjiż terz x’aktarx li jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa umana, is-saħħa ta’ l-annimali jew l-ambjent u riskju bħal dak ma jkunx jista’ jiġi mrażżan b’mod sodisfaċenti permezz tal-miżuri meħuda mill-Istat Membru/i kkonċernat/i, il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura li għaliha jipprovdi l-Artikolu 58(2) fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ xi Stat Membru, għandha minnufih tadotta miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, skond il-gravità tas-sitwazzjoni:
2. Iżda, f’EMERĠENZI, il-Kummissjoni tista’ provviżorjament tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 wara li tikkonsulta lill-Istat Membru/i kkonċernat/i u tavża lill-Istati Membri l-oħra. […]” |
10 |
L-Artikolu 54 ta’ dan ir-regolament bit-titolu, “Miżuri oħra ta’ emerġenza” jipprevedi: “1. Fejn Stat Membru javża uffiċċjalment lill-Kummissjoni bil-ħtieġa ta’ teħid ta’ miżuri ta’ emerġenza u fejn il-Kummissjoni ma tkunx aġixxiet skond l-Artikolu 53, l-Istat Membru jista’ jadotta miżuri interim protettivi. F’dan il-każ, għandu minnufih javża lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. 2. Fi żmien għaxar t’ijiem ta’ xogħol, il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 58(1) skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 58(2) bil-ħsieb ta’ l-estensjoni, emenda jew abrogazzjoni tal-miżuri interim nazzjonali protettivi. 3. L-Istat Membru jista’ jżomm il-miżuri interim nazzjonali protettivi sakemm jiġu adottati l-miżuri tal-Komunità.” |
11 |
Skont l-Artikolu 58(1) ta’ dan ir-regolament: “Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, […] magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. [Dan i]l-Kumitat għandu jkun organizzat f’sezzjonijiet biex jittrattaw il-kwistjonijiet kollha relevanti.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ April 1998, rigward it-tqegħid fis-suq ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L. line MON 810), skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 77), il-Kummissjoni awtorizzat it-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum MON 810. |
13 |
Fil-11 ta’ April 2013, il-Gvern Taljan talab lill-Kummissjoni tadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, il-miżuri ta’ emerġenza previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 intiżi li jipprojbixxu l-koltivazzjoni ta’ dan il-qamħirrum. Insostenn għat-talba tiegħu, dan il-gvern issottometta studji xjentifiċi mwettqa mill-Consiglio per la ricerca e la sperimentazione in agricoltura (kunsill għar-riċerka agrikola, l-Italja) (CRA) u mill-Istituto Superiore per la Protezione e la Ricerca Ambientale (istitut għall-protezzjoni u għar-riċerka ambjentali, l-Italja) (ISPRA). |
14 |
Fit-tweġiba tagħha tas-17 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni indikat li, wara li wettqet evalwazzjoni preliminari tal-evidenza li kienet ġiet ipprovduta lilha, hija qieset li ma kien ġie stabbilit l-ebda bżonn urġenti għall-adozzjoni ta’ miżuri skont l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament Nru 178/2002. |
15 |
Madankollu, sabiex issir analiżi iktar iddettaljata tal-evidenza xjentifika pprovduta minn dan l-Istat Membru, il-Kummissjoni, fid-29 ta’ Mejju 2013, talbet lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel tevalwa din l-evidenza qabel l-aħħar ta’ Settembru 2013. |
16 |
Il-Gvern Taljan, permezz tad-decreto Adozione delle misure d’urgenza ai sensi dell’art. 54 del regolamento (CE) no 178/2002 concernente la coltivazione di varietà di mais geneticamente modificato MON 810 [digriet dwar l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza fis-sens tal-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-koltivazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810], tat-12 ta’ Lulju 2013 (GURI Nru 187, tal-10 ta’ Awwissu 2013), ipprojbixxa l-koltivazzjoni tal-varjetà MON 810 ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament. |
17 |
Fl-24 ta’ Settembru 2013, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel ħarġet l-Opinjoni Nru 3371, li fiha hemm iddikjarat li l-grupp ta’ ħidma dwar l-organiżmi mmodifikati ġenetikament (iktar ’il quddiem l-“OMĠ”) ma kienx identifika, fid-dokumenti pprovduti mill-Gvern Taljan insostenn tal-miżura ta’ emerġenza attwali fuq il-qamħirrum MON 810, evidenza xjentifika ġdida li tiġġustifika l-miżuri ta’ emerġenza mitluba. Għaldaqstant, dan il-grupp qies li l-konklużjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-evalwazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-qamħirrum MON 810 kienu jibqgħu applikabbli. |
18 |
Mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-kjarifiki pprovduti mill-Kummissjoni waqt is-seduta jirriżulta li din tal-aħħar informat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali dwar in-notifikazzjoni, mill-Gvern Taljan, tal-miżuri protettivi provviżorji adottati minn dan tal-aħħar, mingħajr madankollu ma pprovdietlu abbozz ta’ deċiżjoni bil-għan tal-estensjoni, tal-emenda jew tal-abrogazzjoni tal-miżuri protettivi provviżorji nazzjonali, skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 178/2002. |
19 |
Huwa f’dan il-kuntest li G. Fidenato kif ukoll Leandro u Luciano Taboga ġew imħarrka quddiem it-Tribunale di Udine (qorti ta’ Udine, l-Italja) talli kkoltivaw, f’data mhux speċifika, varjetà ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament, jiġifieri l-varjetà MON 810, bi ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi tali koltivazzjoni. |
20 |
L-imħallef inkarigat mill-investigazzjonijiet preliminari tat-Tribunale di Udine (qorti ta’ Udine) ta, f’data mhux preċiża, digriet kriminali ta’ kundanna kontra l-persuni kkonċernati. |
21 |
Dawn tal-aħħar opponew dak id-digriet filwaqt li eċċepixxew l-illegalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha dan kien ġie adottat, peress li din il-leġiżlazzjoni tikser l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 kif ukoll l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament Nru 178/2002. |
22 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale di Udine (qorti ta’ Udine) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
23 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni għandha l-obbligu tadotta miżuri ta’ emerġenza, fis-sens ta’ dan l-aħħar artikolu, meta Stat Membru jinformaha uffiċjalment, skont l-Artikolu 54(1) ta’ dan l-aħħar regolament, dwar il-ħtieġa li tadotta tali miżuri, għalkemm ma jkunx manifest li prodott awtorizzat mir-Regolament Nru 1829/2003 jew b’mod konformi miegħu, jista’ jkun ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali u għall-ambjent. |
24 |
Ir-Regolamenti Nri 1829/2003 u 178/2002 huma, it-tnejn li huma, intiżi, b’mod partikolari, sabiex jiżguraw, fir-rigward tal-ikel, livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-persuni u tal-interessi tal-konsumaturi filwaqt li jiżguraw il-funzjonament effettiv tas-suq intern. |
25 |
Barra minn hekk, hekk kif jirriżulta mill-premessa 1 tar-Regolament Nru 1829/2003, anke jekk il-moviment liberu tal-ikel u tal-għalf siguri u bla perikolu jikkostitwixxi aspett essenzjali tas-suq intern, projbizzjoni jew restrizzjoni għall-koltivazzjoni ta’ OMĠ awtorizzati skont ir-Regolament Nru 1829/2003 u mniżżla fil-katalgu komuni skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 281), tista’ tiġi adottata minn Stat Membru fil-każijiet espressament previsti mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-6 ta’ Settembru 2012, Pioneer Hi Bred Italia, C‑36/11, EU:C:2012:534, punti 63 u 70). |
26 |
Dawn l-eċċezzjonijiet jinkludu, b’mod partikolari, il-miżuri adottati skont l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003. |
27 |
Hekk kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, meta prodott awtorizzat minn dan ir-regolament jew b’mod konformi miegħu jista’, b’mod manifest, jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, għandhom jiġu adottati miżuri skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament Nru 178/2002. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002 jirrigwarda l-miżuri ta’ emerġenza li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, filwaqt li l-adozzjoni ta’ tali miżuri mill-Istati Membri taqa’ taħt l-Artikolu 54 ta’ dan ir-regolament. |
28 |
Għaldaqstant, meta ma jkunx stabbilit li prodott awtorizzat mir-Regolament Nru 1829/2003 jew b’mod konformi miegħu jista’, b’mod manifest, jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, il-Kummissjoni ma għandhiex l-obbligu, skont l-Artikolu 34 ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, tadotta miżuri ta’ emerġenza, fis-sens ta’ dawn l-artikoli. |
29 |
Il-fatt li l-adozzjoni ta’ tali miżuri ġiet mitluba minn Stat Membru ma għandux effett fuq is-setgħa diskrezzjonali li l-Kummissjoni għandha f’dan ir-rigward. |
30 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni ma għandhiex l-obbligu tadotta miżuri ta’ emerġenza, fis-sens ta’ dan l-aħħar artikolu, meta Stat Membru jinformaha uffiċjalment, skont l-Artikolu 54(1) ta’ dan l-aħħar regolament, dwar il-ħtieġa li tadotta tali miżuri, meta ma jkunx manifest li prodott awtorizzat mir-Regolament Nru 1829/2003 jew b’mod konformi miegħu, jista’ jkun ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent. |
Fuq it-tieni u r-raba’ domandi
31 |
Permezz tat-tieni u tar-raba’ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, għandux jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’, wara li jkun informa uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tirrikorri għal miżuri ta’ emerġenza, u meta din ma tkun adottat ebda miżura b’mod konformi mal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, minn naħa, jadotta tali miżuri fuq livell nazzjonali u, min-naħa l-oħra, iżommhom jew iġeddidhom, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat, b’mod konformi mal-Artikolu 54(2) ta’ dan l-aħħar regolament, deċiżjoni li timponi l-estensjoni tagħhom, l-emenda tagħhom jew l-abrogazzjoni tagħhom. |
32 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jippermetti lil Stat Membru jadotta miżuri ta’ emerġenza taħt dan l-artikolu bil-kundizzjoni li huwa josserva, minbarra l-kundizzjonijiet sostantivi msemmija f’dan l-artikolu, il-kundizzjonijiet proċedurali msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Monsanto etC‑58/10 sa C‑68/10, EU:C:2011:553, punti 66 sa 69). |
33 |
Skont l-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-regolament, meta Stat Membru jinforma uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tadotta miżuri ta’ emerġenza u meta l-Kummissjoni ma tkunx adottat miżura b’mod konformi mal-Artikolu 53 ta’ dan ir-regolament, dan l-Istat Membru jista’ jadotta miżuri protettivi provviżorji. |
34 |
Il-kundizzjonijiet proċedurali huma speċifikati fl-Artikolu 54(1) ta’ dan l-Artikolu, li jimponi lill-Istati Membri, minn naħa jinformaw “uffiċċjalment” lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tadotta miżuri ta’ emerġenza u, min-naħa l-oħra, fl-ipoteżi fejn din ma tkun adottat ebda miżura skont dan l-Artikolu 53, jinformaw “minnufih” lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri protettivi provviżorji adottati. Għaldaqstant, fid-dawl tan-natura urġenti tal-intervent tal-Istat Membru kkonċernat u tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika li r-Regolament Nru 1829/2003 jrid jilħaq, l-Artikolu 54(1) tar-Regolament Nru 178/2002 għandu jiġi interpretat bħala li jimponi li, fil-każ ta’ emerġenza, il-Kummissjoni tiġi informata, sa mhux iktar tard mill-waqt tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza mill-Istat Membru kkonċernat (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Monsanto et, C‑58/10 sa C‑68/10, EU:C:2011:553, punt 73). |
35 |
Barra minn hekk l-Artikolu 54(3) tar-Regolament Nru 178/2002 jipprevedi li l-miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Istati Membri jistgħu jinżammu sal-adozzjoni tal-miżuri tal-Unjoni Ewropea. |
36 |
Ir-riferiment f’dan l-artikolu għaż-żamma ta’ dawn il-miżuri għandha tinftiehem bħala li tkopri wkoll it-tiġdid ta’ dawn il-miżuri meta dawn kienu ġew adottati b’mod temporanju. Fil-fatt, minn naħa, minn dan ir-regolament ma jirriżultax li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jillimita l-mezzi li permezz tagħhom l-Istat Membru kkonċernat huwa awtorizzat iżomm fis-seħħ il-miżuri adottati u, min-naħa l-oħra, interpretazzjoni opposta tkun ta’ natura li tikkostitwixxi ostakolu għat-tnaqqis tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent li ikel jew għalf ta’ oriġini Komunitarja jew importat minn pajjiż terz jista’ jikkostitwixxi. |
37 |
Madankollu, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat fil-punt 78 tas-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Monsanto et (C‑58/10 sa C‑68/10, EU:C:2011:553), fid-dawl tal-istruttura tal-iskema prevista mir-Regolament Nru 1829/2003 u tal-għan tagħha li tevita disparitajiet artifiċjali fit-teħid ta’ responsabbiltà għal riskju serju, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni ta’ riskju serju u manifest għandhom, fl-aħħar mill-aħħar, jaqgħu taħt il-kompetenza biss tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, taħt l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni. |
38 |
Minn dan jirriżulta li, fl-istadju tal-adozzjoni u tal-implementazzjoni mill-Istati Membri tal-miżuri ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, sakemm ma tkunx ġiet adottata deċiżjoni f’dan ir-rigward fuq il-livell tal-Unjoni, il-qrati nazzjonali aditi bil-legalità ta’ tali miżuri nazzjonali għandhom ġurisdizzjoni sabiex jevalwaw il-legalità ta’ dawn il-miżuri fid-dawl tal-kundizzjonijiet sostantivi previsti f’dan l-Artikolu 34 u ta’ dawk proċedurali misluta mill-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, filwaqt li l-uniformità tad-dritt tal-Unjoni tista’ tiġi żgurata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, peress li, meta qorti nazzjonali jkollha dubji dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hija tista’ jew għandha, skont it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 267 TFUE, tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Monsanto et (C‑58/10 sa C‑68/10, EU:C:2011:553, punt 79 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
39 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mill-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Kummissjoni jirriżulta li ebda deċiżjoni ma ttieħdet fuq il-livell tal-Unjoni, kuntrarjament għar-rekwiżiti tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 178/2002, bil-għan tal-estensjoni, tal-emenda jew tal-abrogazzjoni ta’ din il-miżura protettiva provviżorja nazzjonali. |
40 |
Issa, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li, f’terminu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, il-Kummissjoni għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit fl-Artikolu 58(1) ta’ dan ir-regolament, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-regolament bil-għan tal-estensjoni, tal-emenda jew tal-abrogazzjoni tal-miżuri protettivi provviżorji nazzjonali. |
41 |
Għall-kuntrarju, meta l-Kummissjoni tkun ressqet kwistjoni quddiem il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali u deċiżjoni tkun ġiet adottata fuq il-livell tal-Unjoni, l-evalwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi dwar dak il-każ, li jinsabu f’tali deċiżjoni, huma vinkolanti fir-rigward tal-korpi kollha tal-Istat Membru destinatarju ta’ tali deċiżjoni, skont l-Artikolu 288 TFUE, inkluż il-qrati nazzjonali mitluba jevalwaw il-legalità tal-miżuri adottati fuq il-livell nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Monsanto et (C‑58/10 sa C‑68/10, EU:C:2011:553, punt 80 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
42 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li r-risposta għat-tieni u għar-raba’ domandi tkun li l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’, wara li jkun informa uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tirrikorri għal miżuri ta’ emerġenza, u meta din ma tkun adottat ebda miżura b’mod konformi mal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, minn naħa, jadotta tali miżuri fuq livell nazzjonali u, min-naħa l-oħra, iżommhom jew iġeddidhom, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat, b’mod konformi mal-Artikolu 54(2) ta’ dan l-aħħar regolament, deċiżjoni li timponi l-estensjoni tagħhom, l-emenda tagħhom jew l-abrogazzjoni tagħhom. |
Fuq it-tielet domanda
43 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, għandux jiġi interpretat fis-sens li dan jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà jadottaw, b’mod konformi mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, miżuri ta’ emerġenza provviżorji biss fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003. |
44 |
F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002 jiddefinixxi l-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel. L-Artikolu 7(1) jipprevedi li, f’każijiet speċifiċi fejn evalwazzjoni tal-informazzjoni disponibbli tindika l-possibbiltà ta’ effetti dannużi għas-saħħa, iżda jkun għad hemm inċertezza xjentifika, miżuri provviżorji ta’ ġestjoni tar-riskju, neċessarji sabiex jiġi żgurat il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa magħżul mill-Unjoni, jistgħu jiġu adottati sakemm ikun hemm informazzjoni xjentifika oħra għal evalwazzjoni iktar kompleta tar-riskju. |
45 |
Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jistabbilixxi, hekk kif tfakkar fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, il-kundizzjonijiet li taħthom prodott awtorizzat minn dan ir-regolament jew b’mod konformi miegħu jista’ jkun is-suġġett ta’ miżuri ta’ emerġenza, filwaqt li b’dan il-mod jiddefinixxi bi preċiżjoni il-livell ta’ ħtieġa li għalih hija suġġetta l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. |
46 |
Fil-fatt, għalkemm, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonjiet tiegħu, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, huwa prinċipju ġenerali tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa, fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, regola preċiża għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza b’mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 53 u 54 tar-Regolament Nru 178/2002. |
47 |
Ċertament, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja indikat fil-punt 71 tas-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Monsanto et (C 58/10 sa C 68/10, EU:C:2011:553), il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament Nru 178/2002 li għalihom hija suġġetta l-adozzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza għandhom jiġu interpretati b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jiġi żgurat il-moviment liberu tal-ikel u tal-għalf siguri u bla perikolu, li jikkostitwixxi aspett essenzjali tas-suq intern. |
48 |
Madankollu, dan il-prinċipju ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li d-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jiġu mwarrba jew mibdula, b’mod partikolari billi jsiru inqas ibsin. |
49 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, hekk kif tfakkar fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, il-qrati nazzjonali aditi bil-legalità tal-miżuri nazzjonali ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 34 ta’ dan ir-regolament għandhom ġurisdizzjoni sabiex jevalwaw il-legalità ta’ dawn il-miżuri fid-dawl tal-kundizzjonijiet sostantivi previsti f’dan l-artikolu u ta’ dawk proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002. |
50 |
Barra minn hekk għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 68 tal-konklużjonjiet tiegħu, il-miżuri ta’ emerġenza provviżorji li jistgħu jiġu adottati abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-miżuri ta’ emerġenza adottati abbażi tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 ma humiex suġġetti għall-istess sistema. Fil-fatt, mill-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002 jirriżulta li l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri provviżorji hija suġġetta għall-kundizzjoni li evalwazzjoni tal-informazzjoni disponibbli tidentifika l-possibbiltà ta’ effetti dannużi fuq is-saħħa, iżda li jkun għad hemm inċertezza xjentifika. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jippermetti l-użu ta’ miżuri ta’ emerġenza meta prodott awtorizzat minn dan l-aħħar regolament jista’ b’mod “evidenti” ikun ta’ riskju “serju” għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent. |
51 |
F’dan ir-rigward fil-punti 76 u 77 tas-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Monsanto et (C‑58/10 sa C‑68/10, EU:C:2011:553), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-espressjonijiet “evidenti” u “riskju serju” fis-sens tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, għandhom jiftiehmu bħala li jirreferu għal riskju sinjifikattiv li b’mod manifest jipperikola s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent. Dan ir-riskju għandu jiġi kkonstatat abbażi ta’ evidenza ġdida bbażata fuq data xjentifika affidabbli. Fil-fatt, miżuri ta’ protezzjoni adottati bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu 34 ma jistgħux jiġu motivati b’mod validu permezz ta’ approċċ purament ipotetiku tar-riskju, ibbażat fuq sempliċi suppożizzjonijiet li xjentifikament għadhom ma ġewx ivverifikati. Għall-kuntrarju, tali miżuri ta’ protezzjoni, minkejja n-natura provviżorja tagħhom u anke jekk dawn ikunu ta’ natura preventiva, jistgħu jiġu adottati biss jekk dawn ikunu bbażati fuq evalwazzjoni tar-riskji kemm jista’ jkun kompleta b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ inkwistjoni, li jindikaw li dawn il-miżuri huma neċessarji. |
52 |
Barra minn hekk għandu jiġi rrilevat li, hekk kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punti 74 sa 76 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-differenza bejn il-livell ta’ riskju meħtieġ mill-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, minn naħa, u mill-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, min-naħa l-oħra, għandha tinqara b’teħid inkunsiderazzjoni tal-implementazzjoni proċedurali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jiġifieri, l-applikazzjoni tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 fir-rigward tal-prodotti awtorizzati minnu u tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002 fir-rigward tal-qasam kollu tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, inkluż fir-rigward tal-prodotti li qatt ma kienu suġġetti għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni. |
53 |
Għaldaqstant, sabiex jiġi evitat li l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002 inaqqas il-livell ta’ inċertezza meħtieġ mir-regola stabbilita fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza, tali applikazzjoni awtonoma tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, mingħajr ma jiġu osservati l-kundizzjonijiet sostantivi previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 bil-għan tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza previsti f’dan l-aħħar artikolu, ma tistax tiġi aċċettata. |
54 |
Fid-dawl ta’ dan li ntqal, hemm lok li r-risposta għat-tielet domanda tkun li l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jagħtix lill-Istati Membri l-possibbiltà jadottaw, b’mod konformi mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, miżuri ta’ emerġenza provviżorji biss fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet sostantivi previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003. |
Fuq l-ispejjeż
55 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.