Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62015CJ0012
Judgment of the Court (Second Chamber) of 16 June 2016.#Universal Music International Holding BV v Michael Tétreault Schilling and Others.#Request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden.#Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Regulation (EC) No 44/2001 — Special jurisdiction — Article 5(3) — Tort, delict or quasi-delict — Harmful event — Lawyer’s negligence in drafting the contract — Place where the harmful event occurred.#Case C-12/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016.
Universal Music International Holding BV vs Michael Tétreault Schilling et.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hoge Raad der Nederlanden.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Artikolu 5(3) – Materji ta’ delitt jew kważi delitt – Effett tal-ħsara – Negliġenza tal-avukat waqt it-tfassil ta’ kuntratt – Post fejn l-effett tal-ħsara twettaq.
Kawża C-12/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016.
Universal Music International Holding BV vs Michael Tétreault Schilling et.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hoge Raad der Nederlanden.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Artikolu 5(3) – Materji ta’ delitt jew kważi delitt – Effett tal-ħsara – Negliġenza tal-avukat waqt it-tfassil ta’ kuntratt – Post fejn l-effett tal-ħsara twettaq.
Kawża C-12/15.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2016:449
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
16 ta’ Ġunju 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Artikolu 5(3) — Materji ta’ delitt jew kważi delitt — Effett tal-ħsara — Negliġenza tal-avukat waqt it-tfassil ta’ kuntratt — Post fejn l-effett tal-ħsara twettaq”
Fil-Kawża C‑12/15,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Jannar 2015, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-14 ta’ Jannar 2015, fil-proċedura
Universal Music International Holding BV
vs
Michael Tétreault Schilling,
Irwin Schwartz,
Josef Brož,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, C. Toader (Relatur), A. Rosas, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-25 ta’ Novembru 2015,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Universal Music International Holding BV, minn Chr. Kroes u S. Janssen, avukati, |
— |
għal Michael Tétreault Schilling, minn A. Knigge, P. A. Fruytier u L. Parret, avukati, |
— |
għal Josef Brož, minn F. Vermeulen u B. Schim, avukati, |
— |
għall-Gvern Grieg, minn A. Dimitrakopoulou, S. Lekkou u S. Papaïoannou, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin u G. Wils, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑10 ta’ Marzu 2016,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Universal Music International Holding BV (iktar ’il quddiem “Universal Music”), stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, u Michael Schilling, Irwin Schwartz u Josef Brož, it-tlieta li huma avukati, li jirrisjedu fir-Rumanija, fil-Kanada u fir-Repubblika Ċeka rispettivament, dwar negliġenza min-naħa ta’ J. Brož waqt it-tfassil, fir-Repubblika Ċeka, ta’ kuntratt ta’ xiri ta’ azzjonijiet. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-Konvenzjoni ta ’ Brussell
3 |
L-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni, tas-27 ta’ Settembru 1968, dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 1972, L 299, p. 32), kif emendata bil-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għal din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Brussell”), huwa fformulat kif ġej: “Il-konvenut domiċiljat fit-territorju ta’ Stat kontraenti jista’ jitħarrek fi Stat kontraenti ieħor: [...]
[...]” |
Ir-Regolament Nru 44/2001
4 |
Il-premessi 11, 12, 15 u 19 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdu:
[...]
[...]
|
5 |
L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, li jagħti ġurisdizzjoni ġenerali lill-qrati tal-Istat tad-domiċilju tal-konvenut, huwa fformulat kif ġej: “Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.” |
6 |
L-Artikolu 5 tal-istess regolament jipprovdi li: “Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja: [...]
[...]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
7 |
Universal Music hija dar tal-mużika li tagħmel parti minn Universal Music Group. Universal Music International Ltd hija kumpannija oħt ta’ Universal Music, li tagħmel parti mill-istess grupp. |
8 |
Matul is-sena 1998, Universal Music International Ltd ftehmet ma’ sieħba Ċeki, b’mod partikolari d-dar tal-mużika B&M spol. s.r.o. (iktar ’il quddiem “B&M”) u l-azzjonisti tagħha, li kumpannija waħda jew iktar fi ħdan Universal Music, li kellhom jiġu speċifikati, jixtru 70 % tal-azzjonijiet ta’ B&M. Il-partijiet ftehmu wkoll li, matul is-sena 2003, ix-xerrej jixtri l-azzjonijiet li jkun fadal, u l-prezz kellu jiġi ffissat matul dan l-aħħar xiri. Kien diġà sar ħlas minn qabel fuq il-prezz ta’ bejgħ. Il-ftehim u l-punti prinċipali ta’ dan il-proġett ta’ tranżazzjoni saru permezz ta’ ittra ta’ intenzjoni li l-għan tagħha kien li jiġi stabbilit prezz ta’ bejgħ ekwivalenti għal ħames darbiet il-qligħ medju annwali ta’ B&M. |
9 |
Sussegwentement, il-partijiet innegozjaw kuntratt dwar il-bejgħ u l-kunsinna ta’ 70 % tal-azzjonijiet ta’ B&M kif ukoll kuntratt dwar il-fakultà ta’ xiri tat-30 % tal-azzjonijiet li jkun fadal (iktar ’il quddiem il-“fakultà ta’ xiri tal-azzjonijiet”). |
10 |
Fuq talba tad-dipartiment legali ta’ Universal Music Group, il-kuntratt dwar il-fakultà ta’ xiri tal-kumplament tal-azzjonijiet sar mill-uffiċċju tal-avukati Ċeki Burns Schwartz International. Diversi verżjonijiet ta’ dan il-kuntratt ġew skambjati bejn dan l-uffiċċju, id-dipartiment legali ta’ Universal Music Group u l-azzjonisti ta’ B&M. |
11 |
Matul dawn in-negozjati, Universal Music inħatret bħala x-xerrejja skont il-kuntratt dwar il-fakultà ta’ xiri tal-azzjonijiet. Dan ġie ffirmat fil-5 ta’ Novembru 1998 minn Universal Music, B&M u l-azzjonisti tagħha. |
12 |
Skont il-qorti tar-rinviju, minn dan il-kuntratt jirriżulta li emenda proposta mid-dipartiment legali ta’ Universal Music Group ma ġietx riprodotta għalkollox minn J. Brož, kollabulatur tal-uffiċċju tal-avukati Burns Schwartz International, u dan wassal għal multiplikazzjoni għal ħames darbiet tal-prezz ta’ bejgħ meta mqabbel mal-prezz li kien previst inizjalment, prezz ta’ bejgħ li sussegwentement kellu jiġi mmultiplikat bin-numru ta’ azzjonisti. |
13 |
Matul ix-xahar ta’ Awwissu 2003, sabiex tissodisfa l-obbligu kuntrattwali tagħha li tixtri l-kumplament tal-azzjonijiet, Universal Music ikkalkolat il-prezz ta’ dawn tal-aħħar skont il-formula li kienet ipprevediet u waslet għal ammont ta’ CZK 10180281 (madwar EUR 313770). Billi invokaw il-mod ta’ kalkolu previst fil-kuntratt, l-azzjonisti ta’ B&M kienu qed jitolbu ammont ta’ CZK 1003605620 (madwar EUR 30932520). |
14 |
It-tilwima tressqet quddiem kumitat ta’ arbitraġġ fir-Repubblika Ċeka, fejn il-partijiet waslu għal ftehim fil-31 ta’ Jannar 2005. B’eżekuzzjoni ta’ dan il-ftehim, Universal Music ħallset is-somma ta’ EUR 2654280.03 (iktar ’il quddiem l-“ammont ta’ tranżazzjoni”) għat-30 % tal-azzjonijiet li kien għad fadal permezz ta’ trasferiment li jiddebita kont bankarju li hija għandha fil-Pajjiżi l-Baxxi. It-trasferiment sar f’kont li l-azzjonisti ta’ B&M għandhom fir-Repubblika Ċeka. |
15 |
Universal Music ippreżentat rikors quddiem ir-rechtbank Utrecht (qorti ta’ Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi), skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, sabiex M. T. Schilling u I. Schwartz, bħala ex sieħba tal-uffiċċju tal-avukati Burns Schwartz International, kif ukoll J. Brož jiġu kkunannati in solidum għall-ħlas ta’ EUR 2767861.25 flimkien mal-interessi u l-ispejjeż, dannu li hija tallega li ġarrbet wara n-negliġenza min-naħa ta’ dan tal-aħħar waqt it-tfassil tat-test tal-kuntratt dwar il-fakultà ta’ xiri tal-azzjonijiet. Id-dannu seħħ mid-differenza li rriżultat minn din in-negliġenza bejn il-prezz ta’ bejgħ pevist inizjalment u l-ammont ta’ tranżazzjoni flimkien mal-ispejjeż li Universal Music kellha ssostni fil-kuntest tal-proċedura ta’ arbitraġġ. |
16 |
Insostenn tar-rikors tagħha, Universal Music sostniet li hija ġarrbet id-dannu f’Baarn (fil-Pajjiżi l-Baxxi), fejn hija kienet stabbilita. |
17 |
Permezz ta’ sentenza tas-27 ta’ Mejju 2009, ir-rechtbank Utrecht (qorti ta’ Utrecht) iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża li kienet adita biha minħabba li l-post fejn id-dannu allegat minn Universal Music, li hija kklassifikat li huwa “dannu purament partimonjali dirett”, li seħħ f’Baarn, ma setax jitqies li huwa l-post tal-“effett tal-ħsara”, fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, minħabba l-assenza ta’ elementi ta’ rabta suffiċjenti li jippermettu li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti Olandiża. |
18 |
Adita b’appell minn Universal Music, il-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (qorti tal-appell ta’ Arnhem-Leeuwarden, il-Pajjiżi l-Baxxi), ikkonfermat permezz ta’ sentenza tal-15 ta’ Jannar 2013, is-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza. Din il-qorti qieset li fil-każ ineżami ma kienx hemm element ta’ rabta partikolarment stretta li għandu jeżisti bejn it-talba u l-qorti adita, li jikkostitwixxi kriterju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001. Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li l-ammont ta’ tranżazzjoni kellu jiġi mġarrab minn kumpannija stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti Olandiża. |
19 |
Universal Music ippreżentat appell ta’ kassazzjoni mis-sentenza tal-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (qorti tal-appell ta’ Arnhem‑Leeuwarden) quddiem il-qorti tar-rinviju. M. T. Schilling u J. Brož ippreżentaw separatament appell ta’ kassazzjoni inċidentali. |
20 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
21 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jista’ jitqies li huwa “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq” il-post, li jinsab fi Stat Membru, fejn seħħ id-dannu meta dan id-dannu jikkonsisti esklużivament f’telf finanzjarju li jirriżulta direttament minn att illegali mwettaq fi Stat Membru ieħor. |
22 |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li, sa fejn ir-Regolament Nru 44/2001 jissostitwixxi lill-Konvenzjoni ta’ Brussell, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għal dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni tapplika wkoll għal dawk ta’ dan ir-regolament, meta d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-atti tal-Komunità jkunu jistgħu jitqiesu li huma ekwivalenti (sentenzi tas-16 ta’ Lulju 2009, Zuid-Chemie, C‑189/08, EU:C:2009:475, punt 18 kif ukoll tal-10 ta’ Settembru 2015, Holterman Ferho Exploitatie et, C‑47/14, EU:C:2015:574, punt 38). |
23 |
Għandu jiġi rrilevat li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 li huma rilevanti għall-kawża preżenti huma fformulati f’termini kważi identiċi għal dawk tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Fid-dawl ta’ tali ekwivalenza, għandha tiġi żgurata, skont il-premessa 19 tar-Regolament Nru 44/2001, il-kontinwità fl-interpretazzjoni ta’ dawn iż-żewġ atti (sentenza tas-16 ta’ Lulju 2009, Zuid-Chemie, C‑189/08, EU:C:2009:475, punt 19). |
24 |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt”, fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, jinkludi kull talba intiża biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ konvenut u li ma hijiex relatata mal-“materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt”, fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) ta’ dan ir-regolament (sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa, C-375/13, EU:C:2015:37, punt 44). F’dan ir-rigward, fl-assenza ta’ elementi fid-deċiżjoni tar-rinviju intizi sabiex jindikaw l-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali, li għandu madankollu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, hemm lok għall-Qorti tal-Ġustizzja li tillimita l-analiżi tagħha għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, li dwaru huma d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju. |
25 |
Hekk kif fakkar l-Avukat Ġenerali fil-punt 27 tal-konklużjonjiet tiegħu, huwa biss b’deroga għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001, li tattribwixxi l-ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu huwa domiċiljat il-konvenut, li s-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament tipprevedi ċertu numru ta’ attribuzzjonijiet ta’ ġurisdizzjoni speċjali, fosthom dik li tinsab fl-Artikolu 5(3) tal-imsemmi regolament (8). Sa fejn il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-post fejn twettaq l-effett tal-ħsara jew hemm ir-riskju li jitwettaq, tikkostitwixxi regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali, din għandha tiġi interpretata b’mod awtonomu u restrittiv, u ma tistax tiġi interpretata b’mod li jmur lil hinn mill-ipoteżijiet previsti b’mod espliċitu mill-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-5 ta’ Ġunju 2014, Coty Germany, C‑360/12, EU:C:2014:1318, punti 43 sa 45 kif ukoll tal-10 ta’ Settembru 2015, Holterman Ferho Exploitatie et, C‑47/14, EU:C:2015:574, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
26 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali prevista fl-Artikolu 5(3) tal-imsemmi regolament hija bbażata fuq l-eżistenza ta’ element ta’ rabta partikolarment stretta bejn il-kontestazzjoni u l-qrati tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq, fatt li jiġġustifika l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni lil dawn tal-aħħar għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u ta’ organizzazzjoni utli tal-proċeduri (sentenzi tal-5 ta’ Ġunju 2014, Coty Germany, C‑360/12, EU:C:2014:1318, punt 47 kif ukoll tal-10 ta’ Settembru 2015, Holterman Ferho Exploitatie et, C‑47/14, EU:C:2015:574, punt 73 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
27 |
F’materji ta’ delitti jew kważi delitti, il-qorti tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq hija normalment l-iktar waħda adatta biex tiddeċiedi, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ prossimità tat-tilwima u ta’ faċilità ta’ amministrazzjoni tal-provi (sentenzi tal-21 ta’ Mejju 2015, CDC Hydrogen Peroxide, C‑352/13, EU:C:2015:335, punt 40 kif ukoll tal-10 ta’ Settembru 2015, Holterman Ferho Exploitatie et, C‑47/14, EU:C:2015:574, punt 74). |
28 |
Għal dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq” li jinsab fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, dawn it-termini jkopru kemm il-post fejn seħħ id-dannu kif ukoll il-post tal-avveniment kawżali li minnu oriġina dan id-dannu, b’tali mod li l-konvenut ikun jista’ jiġi mħarrek, fuq għażla tar-rikorrent, quddiem il-qorti ta’ wieħed jew l-ieħor minn dawn iż-żewġ postijiet (ara fil-qasam tat-tniġġis, is-sentenza tat-30 ta’ Novembru 1976, Bier, 21/76, EU:C:1976:166, punti 24 u 25, fil-qasam ta’ falsifikazzjoni, is-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2014, Coty Germany, C‑360/12, EU:C:2014:1318, punt 46 kif ukoll, fil-qasam ta’ kuntratt ta’ direttur ta’ kumpannija, is-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2015, Holterman Ferho Exploitatie et, C‑47/14, EU:C:2015:574, punt 72). |
29 |
Għalkemm għall-partijiet fil-kawża prinċipali huwa paċifiku li r-Repubblika Ċeka huwa l-post fejn seħħ l-avveniment kawżali, ma hemmx qbil bejniethom għal dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-post fejn seħħ id-dannu. |
30 |
Fil-fatt, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-kuntratt konkluż fil-5 ta’ Novembru 1998 bejn B&M u l-azzjonisti tagħha, minn naħa, u Universal Music, min-naħa l-oħra, ġie nnegozjat u ffirmat fir-Repubblika Ċeka. Id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet ġew iddefiniti f’dan l-Istat Membru, inkluż l-obbligu ta’ Universal Music li tħallas ammont ogħla milli inizjalment previst għat-30 % tal-azzjonijiet li kien fadal. Dan l-obbligu kuntrattwali, li l-partijiet għall-kuntratt ma kellhomx l-intenzjoni li joħolqu, twieled fir-Repubblika Ċeka. |
31 |
Id-dannu ta’ Universal Music li rriżulta mid-differenza bejn il-prezz ta’ bejgħ previst u dak imsemmi f’dan il-kuntratt sar ċert matul it-tranżazzjoni li fuqha ftiehmu l-partijiet quddiem il-kumitat ta’ arbitraġġ, fir-Repubblika Ċeka, fil-31 ta’ Jannar 2005, id-data meta l-prezz ta’ bejgħ effettiv ġie ddeterminat. Għaldaqstant, l-obbligu ta’ ħlas kellu impatt irreversibbli fuq il-patrimonju ta’ Universal Music. |
32 |
Għaldaqstant, it-telf ta’ partijiet mill-patrimonju seħħ fir-Repubblika Ċeka, peress li d-dannu seħħ hemmhekk. Is-sempliċi fatt li, fil-mument tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni li hija kienet ikkonkludiet quddiem il-kumitat ta’ arbitraġġ, fir-Repubblika Ċeka, Universal Music ħallset l-ammont ta’ tranżazzjoni permezz ta’ trasferiment li jiddebita kont bankarju li hija għandha fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma huwiex ta’ natura li jikkontesta din il-konklużjoni. |
33 |
Għaldaqstant, is-soluzzjoni li tirriżulta mill-konstatazzjonijiet magħmula fil-punti 30 sa 32 tas-sentenza preżenti tissodisfa r-rekwiżiti ta’ prevedibbiltà u ta’ ċertezza imposti mir-Regolament Nru 44/2001, peress li l-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni lill-qrati Ċeki hija ġġustifikata minn raġunijiet ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u ta’ organizzazzjoni utli tal-proċeduri. |
34 |
F’dan il-kuntest, huwa importanti li jitfakkar li l-espressjoni “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq” ma tistax tiġi interpretata b’mod wiesa’ b’tali mod li tinkludi l-postijiet kollha fejn jistgħu jinħassu l-konsegwenzi dannużi ta’ fatt li diġà kkawża dannu li effettivament seħħ f’post ieħor (sentenza tad-19 ta’ Settembru 1995, Marinari, C‑364/93, EU:C:1995:289, punt 14). |
35 |
Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li l-imsemmija espressjoni ma tirreferix għal post fejn ir-rikorrent huwa domiċiljat jew fejn jinsab iċ-ċentru tal-patrimonju tiegħu, minħabba r-raġuni unika li huwa ġarrab dannu finanzjarju hemmhekk li rriżulta mit-telf ta’ partijiet mill-patrimonju tiegħu li sar u ġġarrab fi Stat Membru ieħor (sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2004, Kronhofer, C‑168/02, EU:C:2004:364, punt 21). |
36 |
Huwa minnu li, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C-375/13, EU:C:2015:37), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fil-punt 55 tar-raġunament tagħha, li l-qrati tad-domiċilju tar-rikorrent għandhom ġurisdizzjoni, abbażi tal-materjalizzazzjoni tad-dannu, sabiex jisimgħu tali kawża meta dan id-dannu jseħħ direttament f’kont bankarju ta’ dan ir-rikorrent ma’ bank stabbilit fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom. |
37 |
Madankollu, hekk kif l-Avukat Ġenerali essenzjalment irrileva fil-punti 44 u 45 tal-konklużjonijet tiegħu fil-kawża preżenti, din il-konstatazzjoni tagħmel parti mill-kuntest partikolari tal-kawża li wasslet għall-imsemmija sentenza, li kienet ikkaratterizzata mill-eżistenza ta’ ċirkustanzi li jingħaqdu flimkien għall-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni lill-imsemmija qrati. |
38 |
Konsegwentement, dannu purament finanzjarju li jseħħ direttament fil-kont bankarju tar-rikorrent ma jistax, waħdu, jiġi kklassifikat bħala “element ta’ rabta rilevanti”, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001. F’dan ir-rigward, għandu wkoll jiġi rrilevat li ma huwiex eskluż li kumpannija bħal Universal Music għandha l-għażla bejn diversi kontijiet bankarji li minnhom hija setgħet tħallas l-ammont ta’ tranżazzjoni, b’tali mod li l-post fejn jinsab dan il-kont ma jikkostitwixxix neċessarjament kriterju ta’ konnessjoni affidabbli. |
39 |
Huwa biss fis-sitwazzjoni fejn iċ-ċirkustanzi partikolari l-oħra tal-kawża jingħaqdu wkoll flimkien sabiex jattribwixxu l-ġurisdizzjoni lill-qorti tal-post fejn seħħ dannu purament finanzjarju, li tali dannu jista’, b’mod iġġustifikat, jippermetti lir-rikorrent jibda l-kawża quddiem din il-qorti. |
40 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, ma jistax jitqies li huwa “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq”, fl-assenza ta’ elementi oħrajn ta’ rabta, il-post li jinsab fi Stat Membru fejn seħħ dannu, meta dan id-dannu jikkonsisti esklużivament f’telf finanzjarju li jseħħ direttament fil-kont bankarju tar-rikorrent u li jirriżulta direttament minn att illegali mwettaq fi Stat Membru ieħor. |
41 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda magħmula. |
Fuq it-tielet domanda
42 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, fil-kuntest tal-verifika tal-ġurisdizzjoni skont ir-Regolament Nru 44/2001, il-qorti adita b’kawża għandhiex tevalwa l-elementi kollha quddiemha, inklużi, skont il-każ, il-kontestazzjonijiet magħmula mill-konvenut. |
43 |
Hekk kif l-Avukat Ġenerali enfasizza fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, minkejja l-fatt li l-qorti tar-rinviju staqsiet din id-domanda biss fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, hemm interess li tingħata risposta għal din id-domanda peress li tirreferi għall-evalwazzjoni ġenerali tal-ġurisdizzjoni, u mhux biss sabiex isir magħruf jekk dannu patrimonjali huwiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni. |
44 |
Għal dak li jirrigwarda b’mod iktar speċifiku l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, fl-istadju tal-verifika tal-ġurisdizzjoni internazzjonali, il-qorti adita la għandha tevalwa l-ammissibbiltà u lanqas il-mertu tat-talba skont ir-regoli tad-dritt nazzjonali, iżda għandha tidentifika biss l-elementi ta’ rabta mal-Istat tal-qorti li jiġġustifikaw il-ġurisdizzjoni tagħha bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, din il-qorti tista’ tqis bħala stabbiliti, għall-finijiet biss ta’ verifika tal-ġurisdizzjoni tagħha abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, l-allegazzjonijiet rilevanti tar-rikorrent fir-rigward tal-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà delittwali jew kważi delittwali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-25 ta’ Ottubru 2012, Folien Fischer u Fofitec, C‑133/11, EU:C:2012:664, punt 50 kif ukoll tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa, C‑375/13, EU:C:2015:37, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
45 |
Għalkemm il-qorti nazzjonali adita bil-kawża ma għandhiex l-obbligu, fil-każ ta’ kontestazzjoni mill-konvenut tal-allegazzjonijiet tar-rikorrent, li twettaq evalwazzjoni tal-provi fl-istadju tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kemm l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li jsostni lir-Regolament Nru 44/2001, kif ukoll ir-rispett dovut lill-awtonomija tal-qorti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha jeżiġu li l-qorti adita bil-kawża tkun tista’ teżamina l-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha fid-dawl tal-informazzjoni kollha li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż, jekk ikun il-każ, il-kontestazzjonijiet magħmula mill-konvenut (sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa, C‑375/13, EU:C:2015:37, punt 64). |
46 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li fil-kuntest tal-verifika tal-ġurisdizzjoni skont ir-Regolament Nru 44/2001, il-qorti adita b’kawża għandha tevalwa l-elementi kollha li għandha quddiemha, inkluż, jekk ikun il-każ, il-kontestazzjonijiet magħmula mill-konvenut. |
Fuq l-ispejjeż
47 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.