EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62014CJ0583
Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 29 October 2015.#Benjámin Dávid Nagy v Vas Megyei Rendőr-főkapitányság.#Request for a preliminary ruling from the Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság.#Reference for a preliminary ruling — Principle of non-discrimination — Article 18 TFEU — Citizenship of the Union — Article 20 TFEU — Freedom of movement for persons — Article 63 TFEU — Free movement of capital — Road use — Drivers resident in the Member State concerned — Requirement to provide on the spot proof of lawful use of vehicles registered in another Member State at a police check.#Case C-583/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015.
Benjámin Dávid Nagy vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Artikolu 18 TFUE – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 20 TFUE – Moviment liberu tal-persuni – Artikolu 63 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Ċirkulazzjoni fit-toroq – Xufiera residenti fl-Istat Membru kkonċernat – Obbligu li jipproduċu immedjatament il-prova tar-regolarità tal-użu ta’ vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor waqt ispezzjoni tal-pulizija.
Kawża C-583/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015.
Benjámin Dávid Nagy vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Artikolu 18 TFUE – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 20 TFUE – Moviment liberu tal-persuni – Artikolu 63 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Ċirkulazzjoni fit-toroq – Xufiera residenti fl-Istat Membru kkonċernat – Obbligu li jipproduċu immedjatament il-prova tar-regolarità tal-użu ta’ vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor waqt ispezzjoni tal-pulizija.
Kawża C-583/14.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2015:737
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
29 ta’ Ottubru 2015 ( * )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Artikolu 18 TFUE — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 20 TFUE — Moviment liberu tal-persuni — Artikolu 63 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Ċirkulazzjoni fit-toroq — Xufiera residenti fl-Istat Membru kkonċernat — Obbligu li jipproduċu immedjatament il-prova tar-regolarità tal-użu ta’ vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor waqt ispezzjoni tal-pulizija”
Fil-Kawża C‑583/14,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szombathely, L-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Diċembru 2014, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-18 ta’ Diċembru 2014, fil-proċedura
Benjámin Dávid Nagy
vs
Vas Megyei Rendőr-főkapitányság,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),
komposta minn A. Arabadjiev, President tas-Sitt Awla, fil-funzjoni tiegħu ta’ President tas-Seba’ Awla, C. Lycourgos (Relatur) u J.‑C. Bonichot, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Tátrai u G. Koós, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Montaguti u B. Béres, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 TFUE, u 20(2)(a) TFUE. |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn B.D Nagy u Vas Megyei Rendőr-főkapitányság (kummissarjat ċentrali tad-dipartiment ta’ Vas, iktar ’il quddiem il-“kummissarjat ċentrali”) dwar multa amministrattiva għall-ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali marbuta mal-użu fit-territorju Ungeriż, minn persuna hemm residenti, ta’ vettura bil-pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin. |
Il-kuntest legali
3 |
Fl-Ungerija, l-Artikolu 20(1)(l) tal-liġi Nru I tal-1988 dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq (A közúti közlekedésről szóló 1988. évi I. törvény, iktar ’il quddiem il-“liġi dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq”) jipprevedi: “1. Tkun suġġetta għall-ħlas ta’ multa kull persuna li tikser id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, ta’ atti leġiżlattivi jew regolatorji speċifiċi, jew ta’ atti tad-dritt Komunitarju li jirregolaw l-użu fit-territorju nazzjonali, minn persuna jew entità li tkun hemm residenti, ta’ vettura li jkollha pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin, [...] 4. Il-multa li għaliha jkun suġġett il-persuna responsabbli tammonta, għal kull ksur tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, [...] (l) [...], għal somma ta’ bejn 10000 u 800000 [forinti Ungeriżi (HUF) (madwar EUR 32 sa EUR 2500)]. Att speċifiku għandu jiddetermina l-ammont massimu tal-multi li għandhom jiġu imposti [...]” |
4 |
Skont l-Artikolu 25/B ta’ din il-liġi: “1. Kull vettura [...] li tkun tgawdi minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollha pjanċi ta’ reġistrazzjoni Ungeriżi maħruġa mill-awtorità ta’ amministrazzjoni ta’ ċirkulazzjoni fit-toroq, tista’ tintuża fit-toroq sakemm:
2. Ma hemmx lok li jiġi applikat il-paragrafu 1(a), meta:
[...] 4. Ma hemmx lok li jiġi applikat il-paragrafu 1(b), meta:
[...] 5. Operatur jew xufier ta’ vettura, skont il-każ, għandu jistabbilixxi l-eżistenza tal-kundizzjonijiet iddeterminati fil-paragrafi 2 u 4 matul operazzjoni ta’ spezzjoni permezz tal-produzzjoni ta’ dokument pubbliku jew ta’ skrittura privata redatt/a bl-Ungeriż, jew akkumpanjat/a minn traduzzjoni lejn il-lingwa Ungeriża ċċertifikata konformi jew le.” |
5 |
L-Artikolu 12/A tad-Digriet tal-Gvern Nru 156/2009, marbut mal-ammont tal-multi applikabbli f’każ ta’ ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet li jirregolaw it-trasport bit-triq ta’ merkanzija u ta’ persuni, kif ukoll iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq, u marbut mal-kompiti amministrattivi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-multi (A közúti árufuvarozáshoz, személyszállításhoz és a közúti közlekedéshez kapcsolódó egyes rendelkezések megsértése esetén kiszabható bírságok összegéről, valamint a bírságolással ősszefüggő hatósági feladatokról szóló 156/2009. Kormányrendelet), tad-29 ta’ Lulju 2009, jipprovdi: “1. L-operatur Ungeriż ta’ vettura li jkun kiser id-dispożizzjoni tal-Artikolu 20(1)(l) tal-[liġi dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq] ikun, jekk dan ma jkunx persuna fiżika, suġġett għal multa fl-ammont ta’:
2. Jekk il-ksur tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 20(1)(l) tal-[liġi dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq] jitwettaq minn persuna fiżika, l-ammont tal-multa dovuta minn dan tal-aħħar jekwivali għal nofs l-ammont indikat fil-paragrafu 1. [...]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
6 |
B.D. Nagy huwa ċittadin Ungeriż li jirrisjedi fl-Ungerija li, fis-16 ta’ Mejju 2013, ma kienx ħaddiem, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, u ma kellux ir-residenza abitwali tiegħu barra mill-pajjiż. |
7 |
Il-fardsieq ta’ B.D. Nagy, ċittadin Ungeriż residenti fl-Awstrija, huwa wieħed mill-isħab u r-rappreżentant legali ta’ Alpen-Reisen Horvath OG (iktar ’il quddiem ”Alpen‑Reisen”), kumpannija rreġistrata fl-Awstrija. |
8 |
Skont kuntratt konkluż fit-3 ta’ Diċembru 2010, Alpen‑Reisen ikkonċediet, mis-7 ta’ Diċembru 2010 u sat-tħassir ta’ dan id-dritt, lil B.D. Nagy, id-dritt li juża vettura partikolari, li kellha l-pjanċi ta’ reġistrazzjoni Awstrijaċi. |
9 |
B.D. Nagy ma kellux il-pussess permanenti tal-vettura, iżda kien jużaha okkażjonalment meta l-fardsieq tiegħu kien jobbligah iwettaq ċerti kompiti marbuta mal-attivitajiet ta’ Alpen‑Reisen. Din tal-aħħar kienet tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ manutenzjoni ta’ din il-vettura. |
10 |
Fis-16 ta’ Mejju 2013, B.D. Nagy kien qiegħed juża din il-vettura partikolari f’Szombathely (L-Ungerija) meta ġie sottopost għal ispezzjoni mill-pulizija. Waqt din l-ispezzjoni, B.D. Nagy spjega li l-fardsieq tiegħu kien sellfu l-imsemmija vettura bil-għan li jkun jista’ jużaha fl-Ungerija, iżda ma setax jipproduċi immedjatament il-kuntratt li jagħtih id-dritt li juża l-vettura inkwistjoni. Konsegwentement, l-uffiċjali tal-pulizija, ħadu l-pjanċi tar-reġistrazzjoni kif ukoll l-awtorizzazzjoni amministrattiva ta’ ċirkulazzjoni tal-imsemmija vettura. |
11 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Mejju 2013, il-kummissarjat tal-pulizija ta’ Szombathely (Szombathelyi Rendőrkapitányság) impona fuq B.D. Nagy multa amministrattiva ta’ HUF 400000 (madwar EUR 1250) għall-ksur tar-regoli marbuta mal-użu fit-territorju nazzjonali Ungeriż, minn persuni residenti hemm, ta’ vetturi li jkollhom pjanċi amministrattivi barranin. |
12 |
B.D. Nagy ippreżenta rikors amministrattiv minn din id-deċiżjoni quddiem il-kummissarjat ċentral. Insostenn ta’ dan tal-aħħar, huwa sostna li huwa kien irċieva mingħand il-fardsieq tiegħu l-awtorizzazzjoni li jsuq il-vettura inkwistjoni u li d-dispożizzjonjiet tad-dritt Ungeriż li abbażi tagħhom ġiet imposta fuq il-multa kienu kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-prinċipju tal-moviment liberu tal-persuni. F’dan ir-rigward huwa għamel riferiment għall-kawża li sussegwentement tat lok għad-Digriet Kovács (C‑5/13, EU:C:2013:705), li dak iż-żmien kienet għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li kienet tirrigwarda l-istess leġiżlazzjoni Ungeriża. |
13 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Lulju 2013, il-kummissarjat ċentrali kkonferma d-deċiżjoni tal-kummissarjat tal-pulizija ta’ Szombathely. Il-kummissarjat ċentrali kkonstata b’mod partikolari li B.D. Nagy ma kienx f’pożizzjoni li jipproduċi immedjatament dokument li juri li huwa kien qiegħed juża l-vettura b’mod legali fit-territorju nazzjonali. |
14 |
B.D. Nagy appella minn din id-deċiżjoni tal-kummissarjat ċentrali quddiem is-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szombathely). Insostenn ta’ dan l-appell, huwa sostna li l-Artikoli 20(1)(l), u 25/B(1)(b), tal-liġi marbuta maċ-ċirkulazzjoni fit-toroq, li fuqhom kienet msejsa d-deċiżjoni tal-kummissarjat ċentrali tal-15 ta’ Lulju 2013, kienu jiksru d-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, huwa pproduċa, il-kuntratt tat-3 ta’ Diċembru 2010 li kien jagħtih l-użu tal-vettura inkwistjoni u kkonferma li huwa qatt ma kien eżerċita attività professjonali. |
15 |
Il-qorti tar-rinviju ssospendiet il-proċedura fil-kawża prinċipali sal-għoti tad-Digriet Kovács (C‑5/13, EU:C:2013:705). Fl-għeluq ta’ din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li hija l-istess bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, fil-prinċipju, li jistgħu jintużaw fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru biss il-vetturi koperti minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollhom pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa mill-imsemmi Stat Membru u li persuna residenti ta’ dan l-istess Stat li tkun tixtieq tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-persuna li timpjegaha stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandha tkun f’pożizzjoni li tistabbilixxi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqqas ta’ dan tkun suġġetta għall-impożizzjoni immedjata li ma tistax tiġi eżentata, ta’ multa ekwivalenti għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni. |
16 |
Peress li Kovács kellu l-kwalità ta’ ħaddiem, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tat lill-qorti tar-rinviju li kienet irrikorriet għaliha f’dik il-kawża, risposta fir-rigward tal-Artikolu 45 TFUE, u mhux tal-Artikoli 18 TFUE u 20 TFUE, li kienu wkoll previsti fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari. |
17 |
Hekk kif bdiet it-tkomplija tal-proċedura fil-kawża prinċipali, B.D. Nagy ippreżenta fatti addizzjonali li juru, li meta kienet tintalab mill-fardsieq tiegħu, huwa kien regolarment jipprovdi l-assistenza tiegħu bħala membru li jservi ta’ għajnuna lill-familja fit-twettiq tal-kompiti marbuta mal-attivitajiet ta’ Alpen‑Reisen, li kienu jirrikjedu l-passaġġ tal-fruntiera bejn l-Ungerija u l-Awstrija, iżda li ma kinux remunerati. Skont il-qorti tar-rinviju, fil-jum li fih twettqet l-ispezzjoni tal-pulizija, B.D. Nagy kellu jwettaq tali kompiti. |
18 |
F’dawk iċ-ċirkustanzi, is-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szombathely) iddeċidiet li tisspospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
19 |
Permezz tad-domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 18 TFUE u 20(2)(a) TFUE jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-prinċipju, jistgħu jintużaw biss fit-toroq ta’ Stat Membru kkonċernat il-vetturi li jkunu jgawdu minn awtorizzazzjoni amministrattiva u minn pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dak l-Istat Membru u li f’każ li persuna residenti fit-territorju tiegħu tkun tintendi li tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-operatur tal-imsemmija vettura stabbilit fi Stat Membru ieħor, din il-persuna hekk residenti għandha tkun f’pożizzjoni li tistabbilixxi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqqas ta’ dan hija tkun suġġetta għall-impożizzjoni immedjata li ma tistax tiġi eżentata, ta’ multa ekwivalenti għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni. |
20 |
Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, anki jekk, fil-livell formali, il-qorti tar-rinviju llimitat id-domandi tagħha għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 TFUE u 20(2)(a) TFUE, tali ċirkustanza ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk din il-qorti tkun irreferiet għalihom fid-domandi tagħha kif ukoll jekk le (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ING. AUER, C‑251/06, EU:C:2007:658, punt 38, kif ukoll van Putten et, C‑578/10 sa C‑580/10, EU:C:2012:246, punt 23). |
21 |
Fil-fatt, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tingħata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat u tad-dritt sekondarju li jistgħu jkunu rilevanti inkonnessjoni mal-problema esposta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Mutsch, 137/84, EU:C:1985:335, punt 10, kif ukoll van Putten et, C‑578/10 sa C‑580/10, EU:C:2012:246, punt 24). |
22 |
Mill-proċess prodott quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li B.D. Nagy uża fit-toroq Ungeriżi, bħala persuna residenti, vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor u li ġiet imsellfa lilu bla ħlas, mill-kumpannija Awstrijaka Alpen‑Reisen, li fiha l-fardsieq ta’ B.D Nagy kien wieħed mis-sħab u r-rappreżentant legali tagħha. |
23 |
Issa, kif indikat ġustament il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fir-rigward ta’ self maqbul bejn ċittadini residenti fi Stati Membri differenti, li s-self għal użu transkonfinali, bla ħlas, ta’ vettura bil-mutur jikkostitwixxi moviment tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 63 TFUE (ara, f’dan is-ssns, is-sentenza van Putten et, C‑578/10 sa C‑580/10, EU:C:2012:246, punti 28 u 36). |
24 |
Peress li huwa applikabbli l-Artikolu 63 TFUE li jipprovdi għal regoli speċifiċi ta’ nondiskriminazzjoni, għaldaqstant ma għandux japplika l-Artikolu 18 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Missionswerk Werner Heukelbach, C‑25/10, EU:C:2011:65, punt 19). |
25 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġu eżaminati minn qabel id-domandi magħmula fid-dawl tal-Artikolu 63 TFUE, u sussegwentement, jekk ikun xieraq, dawk fir-rigward tal-Artikolu 20(2)(a) TFUE. |
26 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li jikkostitwixxu tali restrizzjonijiet, fis-sens tal-Artikolu 63(1) TFUE, miżuri imposti minn Stat Membru li huma ta’ natura li jiddisswadu lir-residenti tiegħu milli jieħdu self minn Stati Membri oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C‑478/98, EU:C:2000:497, punt 18, kif ukoll van Putten et, C‑578/10 sa C‑580/10, EU:C:2012:246, punt 40). |
27 |
Fil-punt 29 tad-Digriet Kovács (C‑5/13, EU:C:2013:705), li kien jirrigwarda l-istess leġiżlazzjoni Ungeriża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din il-leġiżlazzjoni tekwivali, fil-konsegwenzi tagħha, għaż-żamma tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura fl-Ungerija. |
28 |
Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni timponi fuq ix-xufier, bħall-appellant fil-kawża prinċipali, li jkollu b’mod permanenti fil-pussess tiegħu d-dokumenti li juru li huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet derogatorji mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni, u fin-nuqqas ta’ dan l-istess xufier jiġi mmultat fl-istess ammont bħal dak imputabbli lil persuna li tkun kisret l-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura. Tali sanzjoni hija manifestament sproporzjonata meta mqabbla mal-ksur inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa manifestament inqas serju minn dak ikkostitwit min-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura (ara, f’dan is-sens, id-Digriet Kovács, C‑5/13, EU:C:2013:705, punti 25 u 28). |
29 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li s-sitwazzjoni ta’ persuna residenti Ungeriża li tuża, fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru, vettura li hija rreġistrata fih u pprovduta lilha bla ħlas hija oġġettivament paragunabbli ma’ din tal-istess persuna residenti li tuża, fl-istess kundizzjonijiet, vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor. Issa, l-użu ta’ vettura msellfa bla ħlas ma hijiex suġġetta għall-obbligi previsti fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza meta s-suġġett ikun vettura rreġistrata fl-Ungerija. |
30 |
Għalhekk, b’esklużjoni tal-każ meta l-vettura rreġistrata fi stat Membru ieħor tkun maħsuba li tintuża essenzjalment fit-territorju Ungeriż b’mod permanenti jew, fil-fatt, tintuża b’dan il-mod, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 63(1) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza van Putten et, C‑578/10 sa C‑580/10, EU:C:2012:246, punt 50). |
31 |
Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li tali restrizzjoni fir-rigward ta’ waħda mil-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-TFUE ma tistax tiġi ammessa ħlief jekk din tkun issegwi għan leġittimu kompatibbli mal-imsemmi trattat u li hija ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Barra minn hekk huwa meħtieġ f’tali każ li l-applikazzjoni ta’ tali miżura tkun adatta sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan inkwistjoni u ma teċċedix dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan (ara, b’mod partikolari, id-Digriet Kovács, C‑5/13, EU:C:2013:705, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
32 |
Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 34 tad-Digriet Kovács (C‑5/13, EU:C:2013:705), li, għalkemm leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun tidher xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali fl-oqsma tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni u tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur, hija għandha madankollu titqies bħala li tmur lil hinn min dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
33 |
Fil-fatt, bħal fiċ-ċirkustanzi fattwali li taw lok għad-Digiret Kovács (C‑5/13, EU:C:2013:705), l-ebda element fil-proċess prodott quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jiġi konkluż li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali jista’ jintlaħaq biss jekk id-dokumenti li jiċċertifikaw li huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet derogatorji mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni, jiġu prodotti fil-mument stess tal-ispezzjoni fit-triq, u fin-nuqqas ta’ dan tiġi imposta multa ekwivalenti għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni, u li tali għan ma jkunx jista’ jintlaħaq iktar jekk dawn id-dokumenti jiġu prodotti, bħal fil-kawża prinċipali, f’terminu qasir wara l-ispezzjoni (Digriet Kovács, C‑5/13, EU:C:2013:705, punt 35). |
34 |
Fir-rigward tal-ġustifikazzjonijiet marbuta mar-rekwiżit tal-effikaċja tal-ispezzjonijiet fit-triq, invokati mill-gvern Ungeriż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, hemm lok li jitfakkar li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali timponi multa f’ammont kunsiderevoli maħsuba speċifikament sabiex jiġi ssanzjonat in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni. Issa, tali miżura tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tal-effikaċja tal-ispezzjonijet fit-triq (ara, f’dan is-sens, id-Digriet Kovács, C‑5/13, EU:C:2013:705, punt 38). |
35 |
F’dan ir-rigward, il-Gvern Ungeriż isostni li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tar-restrizzjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet li ma ġiex sodisfatt fil-kawża li tat lok għad-Digriet Kovács (C‑5/13, EU:C:2013:705), huwa ssodisfatt f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn is-suġġett huwa “ċittadin tal-Unjoni”, fis-sens tal-Artikolu 20 TFUE, li ma huwiex “ħaddiem”, fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE. Fil-fatt, il-possibbiltajiet ta’ spezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu inqas u r-riskju ta’ frodi fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjonijiet mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25/B tal-liġi dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq, ikun ikbar fil-każ ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma huwiex ħaddiem. Madankollu, tali differenza fis-sitwazzjoni bejn il-ħaddiema u ċ-ċittadini l-oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-possibbiltajiet ta’ ispezzjonijiet, anki jekk jiġu preżunti li huma stabbiliti, fl-ebda każ ma jistgħu jiġġustifikaw, f’isem l-għan tal-effikaċja tal-ispezzjonijiet fit-toroq, l-impożizzjoni ta’ multa bħal dik prevista minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
36 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tosservax il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital, fis-sens tal-Artikolu 63 TFUE u, għaldaqstant, ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula fir-rigward tal-Artikolu 20(2)(a) TFUE. |
37 |
Konsegwentement, jeħtieġ li tingħata risposta għad-domandi magħmula li l-Artikolu 63(1) TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-prinċipju, jistgħu jintużaw biss fit-toroq tal-Istat Membru kkonċernat dawk il-vetturi li huma koperti minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollhom pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dan l-Istat Membru u li, jekk persuna residenti f’dan l-Istat Membru jkollha l-ħsieb li tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-operatur tal-imsemmija vettura stabbilit fi Stat Membru ieħor, din il-persuna residenti għandha tkun f’pożizzjoni li turi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqqas ta’ dan tiġi immedjatament imposta fuqha, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li tekwivali għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
38 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 63(1) TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-prinċipju, jistgħu jintużaw biss fit-toroq tal-Istat Membru kkonċernat dawk il-vetturi li jkunu koperti minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollhom pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dan l-Istat Membru u li, jekk persuna residenti f’dan l-Istat Membru jkollha l-ħsieb li tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-operatur tal-imsemmija vettura stabbilt fi Stat Membru ieħor, din il-persuna residenti għandha tkun f’pożizzjoni li turi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqaas ta’ dan tiġi immedjatament imposta fuqha, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li tekwivali għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni. |
Firem |
( * ) Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.