Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62013CJ0580
Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 16 July 2015.#Coty Germany GmbH v Stadtsparkasse Magdeburg.#Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof.#Reference for a preliminary ruling — Intellectual and industrial property — Directive 2004/48/EC — Article 8(3)(e) — Sale of counterfeit goods — Right to information in the context of proceedings for infringement of an intellectual property right — Legislation of a Member State which allows banking institutions to refuse a request for information relating to a bank account (banking secrecy).#Case C-580/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015.
Coty Germany GmbH vs Stadtsparkasse Magdeburg.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 8(3)(e) – Bejgħ ta’ oġġetti li jikkontravjenu – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza lill-istituzzjonijiet bankarji jirrifjutaw li jirrispondu b’mod favorevoli għal talba intiża sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar kont bankarju (sigriet bankarju).
Kawża C-580/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015.
Coty Germany GmbH vs Stadtsparkasse Magdeburg.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 8(3)(e) – Bejgħ ta’ oġġetti li jikkontravjenu – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza lill-istituzzjonijiet bankarji jirrifjutaw li jirrispondu b’mod favorevoli għal talba intiża sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar kont bankarju (sigriet bankarju).
Kawża C-580/13.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2015:485
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
16 ta’ Lulju 2015 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Direttiva 2004/48/KE — Artikolu 8(3)(e) — Bejgħ ta’ oġġetti li jikkontravjenu — Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza lill-istituzzjonijiet bankarji jirrifjutaw li jirrispondu b’mod favorevoli għal talba intiża sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar kont bankarju (sigriet bankarju)”
Fil-Kawża C‑580/13,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 276 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2013, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-18 ta’ Novembru 2013, fil-proċedura
Coty Germany GmbH
vs
Stadtsparkasse Magdeburg,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, K. Jürimäe, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan u A. Prechal, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
Wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Coty Germany GmbH, minn M. Fiebig, avukat, |
— |
għal Stadtsparkasse Magdeburg, minn N. Gross, avukat, |
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Bulst u F. Wilman, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-16 ta’ April 2015,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32). |
2 |
Din il-kawża tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Coty Germany GmbH (iktar ’il quddiem “Coty Germany”), kumpannija detentriċi ta’ drittijiet għall-proprjetà intellettwali, u istituzzjoni bankarja, is-Stadtsparkasse Magdeburg (iktar ’il quddiem “Stadtsparkasse”), dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tipprovdi lil Coty Germany informazzjoni dwar kont bankarju. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Il-premessi 2, 10, 13, 15, 17 u 32 tad-Direttiva 2004/48 huma fformulati kif ġej:
[...]
[...]
[...]
[...]
[...]
|
4 |
Skont l-Artikolu 2(3)(a) tad-Direttiva 2004/48: “Din id-Direttiva ma għandix taffettwa:
|
5 |
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, intitolat “Id-dritt għall-informazzjoni”, jistipula: “1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fil-kuntest tal-passi legali li jikkonċernaw il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u b’risposta għal talba ġustifikata u proporżjonali ta’ min għamel il-klejm, l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji jistgħu jordnaw li l-informazzjoni fuq n-networks ta’ l-oriġini u tad-distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew is-servizzi li tikser id-dritt għall-proprjetà intellettwali għandu jkun pprovdut mill-kontravventur u/jew xi persuna oħra li:
2. L-informazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1, kif inhu xieraq, tikkomprendi:
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet statutorji oħra li:
|
6 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46, intitolat “Definizzjonijiet”, jistipula: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
[...]” |
Id-dritt Ġermaniż
7 |
L-Artikolu 19 tal-Liġi tat-trade marks (Markengesetz) tal-25 ta’ Ottubru 1994 (BGBl. 1994 I, p. 3082), kif emendata bil-liġi tad‑19 ta’ Ottubru 2013 (BGBl. 2013 I, p. 3830, intitolat “Dritt għall-informazzjoni”, jipprevedi: “1. Id-detentur ta’ trade mark jew ta’ isem kummerċjali jista’, fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14, 15 u 17, jeżiġi li l-kontraventur jipprovdilu immedjatament informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerk ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi li jkollhom indikazzjoni illegali. 2. Fil-każ ta’ ksur manifest jew f’każijiet fejn id-detentur ta’ trade mark jew ta’ isem kummerċjali jkun ippreżenta talba kontra l-kontraventur, id-dritt (bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1) għandu jibqa’ validu wkoll kontra l-persuna li, fuq skala kummerċjali,
sakemm dik il-persuna ma tkunx awtorizzata tirrifjuta li tixhed fil-proċedura kontra l-kontraventur skont l-Artikoli 383 sa 385 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili [Zivilprozessordnung)]. Jekk quddiem qorti jiġi invokat id-dritt għall-informazzjoni skont l-ewwel sentenza, il-qorti tista’, wara li ssir talba, tissospendi l-kawża kontra l-kontraventur sakemm tiġi solvuta t-tilwima dwar id-dritt għall-informazzjoni. Il-persuna obbligata li tipprovdi informazzjoni tista’ teżiġi li l-persuna leża tikkumpensaha għall-ispejjeż sostnuti għall-provvista tal-imsemmija informazzjoni. [...]”. |
8 |
L-Artikolu 383 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, fil-verżjoni tiegħu ppubblikata fil-5 ta’ Diċembru 2005 (BGBl. 2005 I, p. 3202), intitolat “Rifjut li tingħata xhieda għal raġunijiet personali”, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Huma awtorizzati li jirrifjutaw li jixhdu: [...]
|
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
9 |
Coty Germany tiffabbrika u tiddistribwixxi l-fwejjaħ u hija detentriċi ta’ liċenzja esklużiva għat-trade mark Komunitarja Davidoff Hot Water, irreġistrata bin-numru 968661, għal artikoli ta’ fwieħa. |
10 |
F’Jannar 2011, Coty Germany xtrat flixkun ta’ fwieħa bit-trade mark Davidoff Hot Water permezz ta’ pjattaforma tal-irkant bl-internet. Hija ħallset il-prezz tal-prodott fil-kont bankarju miftuħ ma Stadtsparkasse pprovdut mill-bejjiegħ. |
11 |
Wara li kkonstatat li kienet xtrat prodott li jikkontravjeni, Coty Germany talbet lil din il-pjattaforma tal-irkant tipprovdilha l-isem veru tad-detentur tal-kont tal-utent tal-imsemmija pjattaforma li minnha kienet inbiegħet il-fwieħa, peress li l-bejgħ kien sar taħt psewdonimu. Il-persuna inkwistjoni ammettiet li kienet id-detentur ta’ dan il-kont, iżda ċaħdet li kienet il-bejjiegħ tal-prodott ikkonċernat u, billi invokat id-dritt li ma tixhidx, irrifjutat li tipprovdi iktar informazzjoni. |
12 |
Coty Germany għalhekk indirizzat lil Stadtsparkasse sabiex, abbażi tal-Artikolu 19(2) tal-Markengesetz, titolbu l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-kont bankarju li fuqu kienet ittrasferiet il-prezz tal-oġġett li jikkontravjeni mixtri. Stadtsparkasse, billi invoka s-sigriet bankarju, irrifjuta li jipprovdilha din l-informazzjoni. |
13 |
Coty Germany ressqet kawża quddiem il-Landgericht Magdeburg (qorti reġjonali ta’ Magdeburg), li ordnat lil Stadtsparkasse jagħti l-informazzjoni mitluba. |
14 |
Stadtsparkasse appellat quddiem l-Oberlandesgericht Naumburg (qorti reġjonali superjuri ta’ Naumburg), li min-naħa tagħha annullat is-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza peress li qieset li t-talba għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni kkonċernata ma kinitx fondata fid-dawl tal-punt 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(2) tal-Markengesetz. |
15 |
Fil-fatt, l-Oberlandesgericht Naumburg qieset li għalkemm s-servizzi pprovduti minn Stadtsparkasse, f’dan il-każ kont kurrenti, kienu ntużaw sabiex tiġi eżerċitata l-attività li tikkontravjeni, l-iStadtsparkasse, inkwantu istituzzjoni bankarja, kellu d-dritt, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(2) tal-Markengesetz, moqrija flimkien mal-Artikolu 383(1) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili, li jirrifjuta li jixhed fil-kuntest ta’ proċedura ċivili. |
16 |
L-imsemmija qorti qieset li din id-deċiżjoni ma kinitx ikkonfutata mill-interpretazzjoni li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jingħataw fid-dawl tad-Direttiva 2004/48. |
17 |
Coty Germany ressqet rikors għal “Reviżjoni” quddiem il-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja) fejn żammet it-talbiet tagħha. Peress li kellha dubji dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata għad-Direttiva 2004/48, b’mod partikolari tal-Artikolu 8 tagħha, il-Bundesgerichtshof ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja: “L-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’każ bħal dak ineżami fil-kawża prinċipali, tawtorizza lil stabbiliment bankarju jinvoka s-sigriet bankarju sabiex jirrifjuta li jipprovdi, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju ta’ kont”? |
Fuq l-ammissibbiltà
18 |
L-iStadtsparkasse teċċepixxi l-inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari billi ssostni li l-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju ma hijiex irregolata bid-Direttiva 2004/48, iżda mid-dritt nazzjonali biss, peress li t-talba għal informazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tressqitx fi proċedura relatata ma ksur tad-dritt għall-proprjetà intellettwali iżda tirrigwarda l-każ ta’ ksur manifest tad-drittijiet marbuta ma trade mark Komunitarja. Issa, tali każ ma huwiex kopert mid-Direttiva 2004/48. |
19 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 20 tal-konklużjonijiet tiegħu, li talba għal informazzjoni ppreżentata fil-kuntest ta’ proċedura dwar ksur manifest tad-drittijiet marbuta ma trade mark taqa’ tabilħaqq taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48. |
20 |
Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-premessa 13 tad-Direttiva 2004/48, li tgħid li huwa neċessarju li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jiġi ddefinit bl-iktar mod wiesa’ possibbli sabiex jinkludi d-drittijiet għall-proprjetà intellettwali kollha koperti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji f’dan il-qasam u/jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk għandu jitqies li din id-direttiva hija wkoll applikabbli fil-kuntest ta’ proċedura dwar ksur tad-drittijiet marbuta ma trade mark Komunitarja. |
21 |
Għaldaqstant it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha titqies ammissibbli. |
Fuq id-domanda preliminari
22 |
Permezz tad-domanda tagħha l-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tawtorizza lil istituzzjoni bankarja tinvoka s-sigriet bankarju sabiex tirrifjuta li tipprovdi, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tad-detentur ta’ kont. |
23 |
L-ewwel nett, minn kliem l-Artikolu 8(1)(ċ) tad-Direttiva 2004/48 jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-kuntest ta’ passi legali kontra ksur ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali u b’risposta għal talba ġustifikata u proporzjonali tar-rikorrent, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jkunu jistgħu jordnaw li l-informazzjoni dwar l-oriġini u dwar in-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi li jiksru dritt għall-proprjetà intellettwali tiġi pprovduta mill-persuna li tinstab li qed tipprovdi fuq skala kummerċjali, servizzi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet li jikkontravjenu. |
24 |
Din id-dispożizzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-premessa 17 tal-imsemmija direttiva, li tgħid li l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji previsti f’din id-direttiva għandhom ikunu determinati għal kull każ b’tali mod li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull dritt għall-proprjetà intellettwali u, fejn ikun xieraq, il-karattru intenzjonali jew mhux intenzjonali tal-ksur imwettaq. |
25 |
Fit-tieni lok, mill-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48 jirriżulta li l-Artikolu 8(1) tagħha huwa applikabbli bla ħsara għal dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji oħra li jirregolaw il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ta’ informazzjoni jew it-trattament tad-data personali. |
26 |
Huwa paċifiku li istituzzjoni bankarja, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ tkun koperta mill-Artikolu 8(1)(ċ) tad-Direttiva 2004/48. Huwa wkoll paċifiku li l-komunikazzjoni, minn tali istituzzjoni bankarja, tal-isem u tal-indirizz ta’ wieħed mill-klijenti tagħha tikkostitwixxi trattament ta’ data personali, kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) u (b) tad-Direttiva 95/46. |
27 |
Dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza li istituzzjoni bankarja ma tikkomunikax l-informazzjoni mitluba fil-kuntest ta’ proċedura ċivili, billi tinvoka s-sigriet bankarju, tista’ għalhekk taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48. |
28 |
L-Artikolu 8(1)(ċ) tad-Direttiva 2004/48 moqri flimkien mal-Artikolu 8(3)(e) tal-istess direttiva, jeżiġu l-osservanza ta’ diversi drittijiet. Fil-fatt, għandhom jiġu osservati, minn naħa, id-dritt għall-informazzjoni u, min-naħa l-oħra, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. |
29 |
Id-dritt għall-informazzjoni li minnu jibbenefika rikorrent fil-kuntest ta’ azzjoni dwar ksur tad-dritt għall-proprjetà tiegħu huwa għalhekk intiż, fil-qasam ikkonċernat, li jagħmel applikabbli u li jikkonkretizza d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv iggarantit fl-Artikolu 47 tal-Karta u li b’dan il-mod jiżgura l-eżerċizzju effettiv tad-dritt fundamentali għall-proprjetà li jinkludi d-dritt għall-proprjetà intellettwali protett fl-Artikolu 17(2) tagħha. Fil-fatt, kif josserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 31 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-ewwel wieħed minn dawn iż-żewġ drittijiet fundamentali jikkostitwixxi strument neċessarju għall-protezzjoni tat-tieni wieħed. |
30 |
Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, li minnu jibbenefikaw il-persuni msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48, jifforma parti mid-dritt fundamentali li kull persuna għandha li d-data personali li tikkonċernaha tiġi protetta, hekk kif jiggarantixxu l-Artikolu 8 tal-Karta u d-Direttiva 95/46. |
31 |
Fir-rigward ta’ dawn id-drittijiet, mill-premessa 32 tad-Direttiva 2004/48, jirriżulta li din tal-aħħar tirrikonoxxi d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta. B’mod partikolari, din id-direttiva tfittex li tiżgura l-osservanza sħiħa tal-proprjetà intellettwali, skont l-Artikolu 17(2) tal-Karta. |
32 |
Fl-istess ħin, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 2(3)(a) tad-Direttiva 2004/48 u mill-premessi 2 u 15 tal-istess direttiva, il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali ma għandiex tostakola, fost l-oħrajn, il-protezzjoni tad-data personali b’tali mod li d-Direttiva 2004/48 ma tistax, b’mod partikolari, taffettwa d-Direttiva 95/46. |
33 |
Għalhekk, din it-talba għal deċiżjoni preliminari tqajjem il-kwistjoni tal-bżonn li jiġu rrikonċiljati eżiġenzi marbuta mal-protezzjoni tad-diversi drittijiet fundamentali, jiġifieri, minn naħa, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għall-proprjetà intellettwali kif ukoll, min-naħa l-oħra, id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data personali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Promusicae, C‑275/06, EU:C:2008:54, punt 65). |
34 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt tal-Unjoni jeżiġi li, fit-traspożizzjoni tad-direttivi, l-Istati Membri jaraw li jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni tagħhom li tippermetti li jiġi żgurat bilanċ ġust bejn id-diversi drittijiet fundamentali protetti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Sussegwentement, matul l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ dawn id-direttivi, l-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri għandhom mhux biss jinterpretaw id-dritt nazzjonali tagħhom b’mod konformi għal dawn id-direttivi, iżda għandhom jiżguraw ukoll li ma jibbażawx ruħhom fuq interpretazzjoni ta’ dawn id-direttivi li tidħol f’kunflitt mal-imsemmija drittijiet fundamentali jew mal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza Promusicae, C‑275/06, EU:C:2008:54, punt 70). |
35 |
It-tieni nett, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 52(1) tal-Karta jispeċifika, b’mod partikolari, li kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti għandha tirrispetta l-essenza ta’ dawn id-drittijiet u l-libertajiet, u li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li miżura li twassal għal ksur serju ta’ dritt protett mill-Karta għandha titqies li ma tosservax ir-rekwiżit li jiġi żgurat tali bilanċ ġust bejn id-drittijiet fundamentali li għandhom jiġu rrikonċiljati (ara, fir-rigward ta’ ordni, is-sentenzi Scarlet Extended, C‑70/10, EU:C:2011:771, punti 48 u 49, kif ukoll Sabam, C‑360/10, EU:C:2012:85, punti 46 u 47). |
36 |
F’dan il-każ, id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tawtorizza lil istituzzjoni bankarja tinvoka s-sigriet bankarju sabiex tirrifjuta li tipprovdi, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(ċ) tad-Direttiva 2004/48, informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tad-detentur ta’ kont, fejn huwa sottointiż li, għalkemm l-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva ċertament ma jirrikonoxxix dritt għall-informazzjoni awtonomu li jista’ jiġi eżerċitat direttament mill-individwi kontra l-kontraventur jew kontra l-persuni msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) sa (d) tal-imsemmija direttiva, madankollu huwa jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiggarantixxu li din l-informazzjoni tkun tista’ tinkiseb permezz ta’ istruttorja ġudizzjarja. |
37 |
Jidher li d-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikkunsidrata b’mod iżolat, tippermetti tali rifjut b’mod illimitat, peress li l-formulazzjoni tagħha ma tinkludi la kundizzjoni u lanqas speċifikazzjoni, madankollu dan huwa fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
38 |
Għalhekk, tali dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, ikkunsidrata b’mod iżolat, tista’ ġġib fix-xejn d-dritt għall-informazzjoni rrikonoxxut fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 u għalhekk hija, kif jirriżulta mill-punt 29 ta’ din is-sentenza, tali li ma tosservax id-dritt fundamentali għal rimedju effettiv u d-dritt fundamentali għall-proprjetà intellettwali. |
39 |
F’dan ir-rigward, din l-awtorizzazzjoni mingħajr limitu jew kundizzjonijiet li tippermetti li jiġi invokat is-sigriet bankarju hija ta’ natura li tipprekludi li l-proċeduri previsti fid-Direttiva 2004/48 u l-miżuri adottati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’mod partikolari meta dawn tal-aħħar ikunu jixtiequ jordnaw il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni neċessarja skont l-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva, jkunu jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull dritt ta’ proprjetà intellettwali u, fejn ikun xieraq, il-karattru intenzjonali jew mhux intenzjonali tal-ksur imwettaq. |
40 |
Minn dan isegwi li tali awtorizzazzjoni tista’ tippreġudika serjament, fil-kuntest tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, l-eżerċizzju effettiv tad-dritt fundamentali għall-proprjetà intellettwali, u dan għall-benefiċċju tad-dritt li l-persuni msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 għandhom għall-protezzjoni tad-data personali li tikkonċernahom, permezz tal-obbligu, għal istituzzjoni bankarja, li tosserva s-sigriet bankarju. |
41 |
Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikkunsidrata b’mod iżolat, hija ta’ natura li twassal għal ksur serju tad-dritt fundamentali għal rimedju effettiv u, fl-aħħar mill-aħħar, tad-dritt fundamentali għall-proprjetà intellettwali, li d-detenturi ta’ dawn id-drittijiet għandhom, u li din għalhekk ma tosservax ir-rekwiżit li jiġi żgurat bilanċ ġust bejn id-diversi drittijiet fundamentali protetti kkontrobilanċati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48. |
42 |
Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, jekk ikun il-każ, jekk fid-dritt intern ikkonċernat jeżistux mezzi jew rimedji oħra li jippermettu li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jordnaw li l-informazzjoni neċessarja dwar l-identità tal-persuni koperti mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 tiġi pprovduta, skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull każ, konformement mal-premessa 17 ta’ din id-direttiva. |
43 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq jirriżulta li r-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li mingħajr limiti jew kundizzjonijiet; tawtorizza lil istituzzjoni bankarja tinvoka s-sigriet bankarju sabiex tirrifjuta li tipprovdi, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tad-detentur ta’ kont. |
Fuq l-ispejjeż
44 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li mingħajr limiti jew kundizzjonijiet tawtorizza lil istituzzjoni bankarja tinvoka s-sigriet bankarju sabiex tirrifjuta li tipprovdi, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tad-detentur ta’ kont. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.