Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62013CJ0051
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 29 April 2015.#Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV v Hubertus Wilhelmus van Leeuwen.#Request for a preliminary ruling from the Rechtbank Rotterdam.#Reference for a preliminary ruling — Direct life assurance — Directive 92/96/EEC — Article 31(3) — Information to be provided to the policyholder — Obligation for the insurer to provide further information on costs and premiums under general unwritten rules of national law.#Case C-51/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ April 2015.
Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV vs Hubertus Wilhelmus van Leeuwen.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni diretta għall-ħajja — Direttiva 92/96/KEE — Artikolu 31(3) — Informazzjoni li għandha tingħata lid-detentur tal-polza — Obbligu tal-assiguratur li jagħti informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż u l-primjums skont prinċipji ġenerali tad-dritt nazzjonali.
Kawża C-51/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ April 2015.
Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV vs Hubertus Wilhelmus van Leeuwen.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni diretta għall-ħajja — Direttiva 92/96/KEE — Artikolu 31(3) — Informazzjoni li għandha tingħata lid-detentur tal-polza — Obbligu tal-assiguratur li jagħti informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż u l-primjums skont prinċipji ġenerali tad-dritt nazzjonali.
Kawża C-51/13.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2015:286
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
29 ta’ April 2015 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni diretta għall-ħajja — Direttiva 92/96/KEE — Artikolu 31(3) — Informazzjoni li għandha tingħata lid-detentur tal-polza — Obbligu tal-assiguratur li jagħti informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż u l-primjums skont prinċipji ġenerali tad-dritt nazzjonali”
Fil-Kawża C‑51/13,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-31 ta’ Jannar 2013, fil-proċedura
Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV
vs
Hubertus Wilhelmus Van Leeuwen,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, A. Rosas, E. Juhász u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-19 ta’ Marzu 2014,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV, minn B. Jonk-van Wijk u G. van der Wal, advocaten, |
— |
għal H.W. Van Leeuwen, minn D. Beljon u P. Boeken, advocaten, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn B. Koopman, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Wilman u K.P. Wojcik, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-12 ta’ Ġunju 2014,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 92/96/KEE tal-Kunsill, tal-10 ta’ Novembru 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (ĠU L 360, p. 1). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV (iktar ’il quddiem “NN”) u H.W. Van Leeuwen fir-rigward tal-ammont tal-ispejjeż u tal-primjums għall-koperatura tar-riskju ta’ mewt li hija parti mill-polza ta’ assigurazzjoni għall-ħajja sottoskritta minn H.W. Van Leeuwen ma’ NN. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja ġiet imħassra u ssostitwita bid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Novembru 2002, li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3) li sussegwentement ġiet imħassra hija wkoll u ssostitwita, b’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, bid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, p. 1). Madankollu, fid-dawl tad-data li fiha ġie konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja, li huwa s-suġġett tal-kawża prinċipali, id-dispożizzjonijiet tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja jibqgħu rilevanti għas-soluzzjoni ta’ din il-kawża. |
4 |
Il-premessi 9 u 23 tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja jaqraw kif ġej:
[...]
|
5 |
L-Artikolu 31 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni, mill-inqas l-informazzjoni elenkata fil-punt A tal-Anness II għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-polza. 2. Id-detentur tal-polza għandu jinżamm informat tul it-terminu tal-kuntratt dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni elenkata fil-punt B tal-Anness II. 3. L-Istat Membru tal-impenn jista’ jeżiġi li l-impriżi ta’ assigurazzjoni jipprovdu informazzjoni addizzjonali għal dik elenkata fl-Anness II biss jekk din tkun neċessarja sabiex id-detentur tal-polza jkun jista’ jifhem sewwa l-elementi essenzjali tal-impenn. 4. Ir-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni ta’ dan l-artikolu u tal-Anness II għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru tal-impenn.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
6 |
L-Anness II tal-imsemmija direttiva, intitolat, “Informazzjoni lid-detenturi tal-poloz” tispeċifika: “L-informazzjoni, li għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-polza qabel il-konklużjoni tal-kuntratt (A) jew matul it-terminu tal-kuntratt (B), għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u eżatt, bil-miktub, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-impenn. Madankollu, din l-informazzjoni tista’ tkun f’lingwa oħra jekk id-detentur tal-polza hekk jitlob, u l-liġi tal-Istat Membru tippermetti dan jew jekk id-detentur tal-polza jkun liberu li jagħżel il-liġi applikabbli. A. Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt
|
7 |
Il-punt B tal-Anness II tal-istess direttiva jelenka l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lid-detentur tal-polza waqt it-terminu tal-kuntratt. Din id-dispożizzjoni tipprevedi li, minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali u speċjali li għandhom jiġu kkomunikati lilu, id-detentur tal-polza għandu jingħata, minn naħa, fil-każ ta’ modifikazzjoni għall-kuntratt jew ta’ emenda tal-liġi applikabbli għalih, l-informazzjoni kollha li tinsab fil-punti (a) 4 sa (a) 12 tat-Titolu A ta’ dan l-anness u, min-naħa l-oħra, kull sena, l-informazzjoni li tikkonċerna d-distribuzzjoni tal-bonuses. |
Id-dritt Olandiż
8 |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-1998 li jirrigwarda l-provvista ta’ informazzjoni lid-detenturi tal-poloz ta’ assigurazzjoni (Regeling informatieverstrekking aan verzekeringsnemers 1998, iktar ’il quddiem ir-“RIAV 1998”) ittraspona fid-dritt intern l-Artikolu 31 tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja. Fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-każ inkwistjoni, din id-dispożizzjoni taqra kif ġej: “1. Assiguratur li joffri kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja lil detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni residenti jew stabbilit fil-Pajjiżi l-Baxxi għandu jiżgura li dan tal-aħħar ikollu għandu fil-pussess tiegħu l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tal-polza. 2. Fejn ma joħroġx mill-kundizzjonijiet ġenerali jew speċifiċi tal-polza, l-assiguratur għandu jiżgura, barra minn hekk, li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jiġi informat bil-miktub dwar l-informazzjoni segwenti: [...]
[...]” |
9 |
Skont l-espożizzjoni tal-motivi tar-RIAV 1998, l-applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar hija rregolata mil-liġi tal-1993 dwar is-superviżjoni tal-industrija tal-assigurazzjoni (Wet toezicht verzekeringsbedrijf 1993, iktar ’il quddiem il-“WTV 1993”) u mid-dritt ċivili nazzjonali fis-seħħ, li fosthom jinsabu r-rekwiżiti ta’ raġonevolezza u ekwità (Artikolu 2 tal-Kapitolu 6 tal-Kodiċi Ċivili). |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
10 |
Matul is-sena 1999, H.W. Van Leeuwen issottoskriva, ma’ NN, assigurazzjoni b’parti investiment, imsejħa “investiment flessibbli assigurat”. Din kienet tikkonċerna assigurazzjoni għall-ħajja fejn il-valur akkumulat fid-data tal-għeluq tal-assigurazzjoni ma huwiex iggarantit, iżda jiddependi mill-prestazzjoni tal-investimenti. Barra minn hekk, matul il-perijodu tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, huwa previst il-ħlas ta’ kapital fiss u ggarantit jekk id-detentur tal-polza jmut qabel l-iskadenza tal-kuntratt. |
11 |
Jirriżulta mill-kjarifiki mogħtija minn NN fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha li, konformement mal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, primjum li l-ammont tiegħu jkun miftiehem bil-quddiem, imsejjaħ il-“primjum gross”, jitħallas bil-quddiem u perjodikament. Dan il-primjum jiġi investit f’fondi ta’ investiment magħżula mid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni. Mill-valur hekk iddeterminat, jitnaqqsu xi spejjeż perjodikament kif ukoll xi primjums għall-kopertura tar-riskju ta’ mewt integrat. Dawn il-primjums tal-aħħar ma humiex, għalhekk, meħuda inkunsiderazzjoni separatament, iżda jagħmlu parti integrali, bħall-imsemmija spejjeż, mill-primjum gross. |
12 |
Qabel is-sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni għall-ħajja, NN ipprovdiet lil H.W. Van Leeuwen “proposta għal investiment flessibbli assigurat”. Fiha jidhru tliet tipi ta’ investimenti fil-kapital, ibbażati fuq prestazzjonijiet differenti u fuq spejjeż ta’ ġestjoni ta’ 0.3 %. Barra minn hekk, taħt it-titolu “Rendiment tal-prodott”, kien hemm imsemmi li “[d-]differenza bejn ir-rendiment tal-fondi u dak tal-prodott tiddependi mir-riskji assigurati, l-ispejjeż, kif ukoll minn xi koperaturi addizzjonali”. |
13 |
Wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, qamet tilwima bejn NN u H.W. Van Leeuwen fir-rigward tal-ammont tal-ispejjeż u tal-primjum għall-koperta tar-riskju ta’ mewt imnaqqsa mill-assiguratur. |
14 |
Parti mit-tilwima fil-kawża prinċipali hija dwar jekk NN ikkomunikatx biżżejjed informazzjoni dwar l-imsemmija spejjeż u primjums għal riskju qabel is-sottoskrizzjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni. B’mod partikolari, hemm inkwistjoni n-nuqqas ta’ komunikazzjoni lil H.W. Van Leeuwen ta’ informazzjoni ġenerali separata jew ħjiel tal-ispejjeż attwali u/jew definittivi kif ukoll tal-istruttura tagħhom. |
15 |
Skont il-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkunsidrat li, billi sempliċement ipprovdiet, lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, l-informazzjoni dwar l-impatt tal-ispejjeż u tal-primjums tar-riskju fuq il-valur tal-investiment, NN issodisfat ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2(2)(q) u (r) tar-RIAV 1998, iżda kisret ir-“regoli miftuħa u/jew mhux miktuba” tad-dritt Olandiż, li jinkludu, fil-każ inkwistjoni, l-obbligu ta’ diliġenza tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, il-bona fide prekuntrattwali kif ukoll ir-raġonevolezza u l-ekwità. |
16 |
Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-informazzjoni msemmija fil-punt 14 ta’ din is-sentenza ma taqax ma’ dik imsemmija fl-Anness II tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja. NN tqis, madankollu, li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) ta’ din id-direttiva, ma jippermettix l-impożizzjoni, fuq l-impriżi ta’ assigurazzjoni, li jipprovdu lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, l-informazzjoni relatata ma’ dawn ir-“regoli miftuħa u/jew mhux miktuba”. |
17 |
F’dan il-kuntest, ir-Rechtbank te Rotterdam iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
18 |
Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li impriża ta’ assigurazzjoni, fuq il-bażi ta’ prinċipji ġenerali ta’ dritt intern, bħar-“regoli miftuħa u/jew mhux miktuba” inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun obbligata li tikkomunika lid-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni ċerta informazzjoni addizzjonali għal dik elenkata fl-Anness II ta’ din id-direttiva. |
19 |
Mill-premessa 23 tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja jirriżulta li din hija maħsuba, essenzjalment, biex tikkoordina d-dispożizzjonijiet minimi sabiex il-konsumatur jirċievi informazzjoni ċara u eżatta dwar il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti ta’ assigurazzjoni li jiġu proposti lilu. Bħalma huwa rrilevat fl-istess premessa, sabiex jibbenefika b’mod sħiħ, fis-suq uniku tal-assigurazzjoni, mill-għażla ikbar u iżjed varjata ta’ kuntratti u minn kompetizzjoni ikbar, il-konsumatur għandu jkollu l-informazzjoni neċessarja sabiex jagħżel il-kuntratt l-iżjed adatt għall-bżonnijiet tiegħu. |
20 |
Għal dan il-għan, l-Artikolu 31 ta’ din id-direttiva jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li mill-inqas l-informazzjoni elenkata fil-punt A tal-Anness II tal-imsemmija direttiva għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-polza qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni u, fil-paragrafu 2 tiegħu, li l-persuna kkonċernata għandha tinżamm informata, waqt it-tul kollu tal-kuntratt, dwar kull modifikazzjoni li tikkonċerna l-informazzjoni elenkata fil-punt B tal-Anness II tal-istess direttiva. L-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja, li huwa l-unika dispożizzjoni msemmija fit-talba għal deċiżjoni preliminari, jipprevedi li l-Istat Membru tal-impenn jista’ jeżiġi li l-impriżi ta’ assigurazzjoni jipprovdu informazzjoni addizzjonali għal dik elenkata fl-Anness II ta’ din id-direttiva biss jekk tali informazzjoni tkun neċessarja sabiex id-detentur tal-polza jifhem sewwa l-elementi essenzjali tal-impenn li għalih ikun ser jissottoskrivi. |
21 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jirriżulta mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja, tal-Anness II u tal-premessa 23 tagħha, li l-informazzjoni addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu, konformement ma’ dan l-artikolu, għandha tkun ċara, eżatta u neċessarja sabiex id-detentur tal-polza jifhem sew il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti ta’ assigurazzjoni li jkunu proposti lilu (sentenza Axa Royale Belge, C-386/00, EU:C:2002:136, punt 24). |
22 |
Għalhekk, obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali jista’ jiġi impost biss sa fejn din tkun neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan ta’ informazzjoni tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni u fejn l-informazzjoni mitluba tkun eżatta u ċara biżżejjed biex tilħaq dan il-għan u b’hekk, b’mod partikolari, tiggarantixxi lill-impriżi ta’ assigurazzjoni livell suffiċjenti ta’ ċertezza legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Parlament vs Il-Kunsill, C-48/14, EU:C:2015:91, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). Hekk kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tagħha, jekk l-informazzjoni rikjesta tkun vaga u ġenerali, din ma tistax titqies li hija “informazzjoni neċessarja”, fis-sens tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja. |
23 |
Għalkemm il-leġiżlatur tal-Unjoni b’hekk ħaseb li jiddefinixxi n-natura tal-informazzjoni addizzjonali li, fl-interess tal-konsumaturi, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu mill-impriżi ta’ assigurazzjoni, u dan sabiex jippermetti lill-imsemmija konsumaturi japprofittaw b’mod sħiħ mill-għażla ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni offruti fil-kuntest ta’ suq uniku tal-assigurazzjoni, l-Artikolu 31(3) ta’ din id-direttiva, min-naħa l-oħra, ma stabbilixxiex u lanqas ma llimita l-mod li bih l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt. |
24 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu li jimponu fuq l-impriżi ta’ assigurazzjoni li jikkomunikaw l-informazzjoni addizzjonali għall-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata skont l-Artikolu 31(1) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja, elenkata fil-punt A tal-Anness II tagħha, iżda li l-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu jinkludi possibbiltà li tiddependi mill-Istati Membri jekk jirrikorrux għaliha jew le. |
25 |
Barra minn hekk, mill-Artikolu 31(4) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja jirriżulta li huwa l-Istat Membru tal-impenn li għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
26 |
It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja, li twettaq armonizzazzjoni minima fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lid-detenturi tal-polza ta’ assigurazzjoni, fl-Artikolu 31(3) tirregola, madankollu, il-possibbiltà msemmija fil-punt 24 ta’ din is-sentenza billi tippreċiża, fuq naħa, li din l-informazzjoni għandha tippermetti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jifhem sewwa l-elementi essenzjali tal-impenn. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni tillimita l-informazzjoni addizzjonali li jista’ jimponi, fuq l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-Istat Membru tal-impenn għal dak li huwa neċessarju għal dan il-għan. |
27 |
Huwa, għalhekk, l-Istat Membru kkonċernat li għandu jiddetermina, skont il-karatteristiċi tal-ordinament ġuridiku tiegħu u tal-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni li jrid jirregola, il-bażi legali tal-obbligu li tiġi kkomunikata informazzjoni addizzjonali sabiex jiġi ggarantit, fl-istess waqt, li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jifhem sewwa l-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti ta’ assigurazzjoni li jkunu proposti lilu u livell suffiċjenti ta’ ċertezza legali. |
28 |
Il-bażi legali ta’ tali obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali, u b’mod partikolari ta’ jekk dan l-obbligu jirriżultax minn prinċipji ġenerali ta’ dritt intern, bħar-“regoli miftuħa u/jew mhux miktuba”, li għalihom tirreferi l-qorti tar-rinviju, ma għandhiex, bħala prinċipju, impatt fuq il-konformità tagħhom mad-Direttiva, sa fejn l-imsemmi obbligu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja msemmija fil-punti 21 u 27 ta’ din is-sentenza. |
29 |
Minn dan isegwi li l-bażi legali li minn fuqha l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja għandha tkun dik li, skont il-prinċipju ta’ ċertezza legali, tippermetti lill-impriżi ta’ assigurazzjoni jidentifikaw bi prevedibbiltà suffiċjenti l-informazzjoni addizzjonali li huma jkollhom jikkomunikaw u li fuqha d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun jista’ jiddependi. |
30 |
F’dan ir-rigward, waqt li jiġu evalwati r-rekwiżiti li għandhom jiġu imposti dwar il-prevedibbiltà tal-obbligu li tiġi kkomunikata informazzjoni addizzjonali, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li hija l-impriża ta’ assigurazzjoni li għandha tiddetermina n-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti ta’ assigurazzjoni li hija tipproponi, b’mod li hija għandha, bħala prinċipju, tkun tista’ tidentifika l-karatteristiċi ta’ dawn il-prodotti li jkunu ta’ natura li jiġġustifikaw in-neċessità li tiġi kkomunikata, lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, informazzjoni addizzjonali. |
31 |
F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li, skont in-nota ta’ spjega tar-RIAV 1998, l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament hija rregolata, b’mod partikolari, mid-dritt ċivili nazzjonali fis-seħħ, “bħar-rekwiżiti ta’ raġuni u ekwità” msemmija fl-Artikolu 2 tal-Kapitolu 6 tal-Kodiċi Ċivili. |
32 |
Il-qorti tar-rinviju, madankollu, ma pprovdiet lill-Qorti tal-Ġustizzja ebda spjegazzjonijiet dettaljati la dwar in-natura preċiża, fid-dritt Olandiż, tal-obbligu li tiġi kkomunikata informazzjoni addizzjonali, u lanqas dwar ir-rwol u l-kamp ta’ applikazzjoni eżatt, fid-dritt nazzjonali, tar-“regoli miftuħa u/jew mhux miktuba” tad-dritt Olandiż, u sempliċement semmiet l-obbligu ta’ diliġenza tal-impriża ta’ assigurazzjoni, kif ukoll il-bona fide prekuntrattwali u/jew ir-rekwiżiti ta’ raġonevolezza u ta’ ekwità li għandhom jirregolaw il-konklużjoni tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni. |
33 |
Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk ir-“regoli miftuħa u/jew mhux miktuba” fil-kawża prinċipali jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja. |
34 |
Għalhekk, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li impriża ta’ assigurazzjoni, fuq il-bażi ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt intern, bħar-“regoli miftuħa u/jew mhux miktuba” inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun obbligata li tikkomunika, lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, ċerta informazzjoni addizzjonali, minbarra dik elenkata fl-Anness II ta’ din id-direttiva, sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun ċara, eżatta u neċessarja sabiex id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jifhem sewwa l-elementi essenzjali tal-impenn u li tiggarantixxi ċertezza legali suffiċjenti, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |
Fuq it-tieni domanda
35 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-effetti li d-dritt nazzjonali jorbot man-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali fis-sens tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja humiex rilevanti sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda. |
36 |
Mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda jirriżulta li l-effetti li d-dritt intern jorbot man-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, bħala prinċipju, ma għandhomx rilevanza għall-konformità tal-obbligu ta’ komunikazzjoni mal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva. |
Fuq l-ispejjeż
37 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.